Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52020XC0731(01)

    Eżenzjonijiet nazzjonali għall-fornituri ta’ servizzi tal-logħob tal-azzard mid-dispożizzjonijiet nazzjonali li jittrasponu d-Direttiva (UE) 2015/849 (AMLD) Lista tal-Istati Membri li ddeċidew li jeżentaw lil fornituri ta’ ċerti servizzi tal-logħob tal-azzard minn dispożizzjonijiet nazzjonali li jittrasponu d-Direttiva (UE) 2015/849 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-finijiet tal-ħasil tal-flus jew il-finanzjament tat-terroriżmu (Dan it-test jikkanċella u jissostitwixxi t-test ippubblikat f’Il-ĠU C 170, 18.5.2020, p. 23) 2020/C 251/13

    PUB/2020/585

    ĠU C 251, 31.7.2020, p. 16–18 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    31.7.2020   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 251/16


    Eżenzjonijiet nazzjonali għall-fornituri ta’ servizzi tal-logħob tal-azzard mid-dispożizzjonijiet nazzjonali li jittrasponu d-Direttiva (UE) 2015/849 (AMLD)

    Lista tal-Istati Membri li ddeċidew li jeżentaw lil fornituri ta’ ċerti servizzi tal-logħob tal-azzard minn dispożizzjonijiet nazzjonali li jittrasponu d-Direttiva (UE) 2015/849 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-finijiet tal-ħasil tal-flus jew il-finanzjament tat-terroriżmu

    (Dan it-test jikkanċella u jissostitwixxi t-test ippubblikat f’Il-ĠU C 170, 18.5.2020, p. 23)

    (2020/C 251/13)

    Jekk Stat Membru jiddeċiedi li jeżenta, għalkollox jew parzjalment, il-fornituri ta’ ċerti servizzi tal-logħob tal-azzard mid-dispożizzjonijiet nazzjonali li jittrasponu din id-Direttiva, dan għandu jinnotifika lill-Kummissjoni b’din id-deċiżjoni, flimkien ma’ ġustifikazzjoni bbażata fuq il-valutazzjoni speċifika tar-riskju. Stat Membru jista’ jagħti jew jirrevoka tali notifika fi kwalunkwe mument. Il-Kummissjoni għandha tikkomunika tali deċiżjonijiet lill-Istati Membri l-oħra.

    L-Istati Membri li nnotifikaw lill-Kummissjoni b’deċiżjonijiet bħal dawn sa Lulju 2020 huma:

    Stat Membru

    Fornitur(i) ta’ servizzi tal-logħob tal-azzard eżentati

    L-Awstrija

    Skont l-Artikolu 31c, il-paragrafu 3, il-punti 1 u 2 tal-Att dwar il-Logħob tal-Azzard Federali tat-28 ta’ Novembru 1989 (Glücksspielgesetz — GSpG, il-Gazzetta tal-Liġi Federali Nru 620/1989, fil-verżjoni emendata tiegħu bħal fil-Gazzetta tal-Liġi Federali Nru 118/2016), il-logħob tal-lotteriji li ġejjin huma parzjalment eżentati:

    Lottu (it-Taqsima 6 tal-Att dwar il-Logħob tal-Azzard)

    Pools tal-futbol (it-Taqsima 7 tal-Att dwar il-Logħob tal-Azzard)

    Logħba supplimentari (it-Taqsima 8 tal-Att dwar il-Logħob tal-Azzard)

    Lotteriji istantanji (it-Taqsima 9 tal-Att dwar il-Logħob tal-Azzard)

    Lotteriji tal-klassi (it-Taqsima 10 tal-Att dwar il-Logħob tal-Azzard)

    Lottu tan-numri (it-Taqsima 11 tal-Att dwar il-Logħob tal-Azzard)

    Lotteriji tan-numri (it-Taqsima 12 tal-Att dwar il-Logħob tal-Azzard)

    logħob tal-azzard online (it-Taqsima 12a paragrafu 1 tal-Att dwar il-Logħob tal-Azzard)

    Bingo u Keno (it-Taqsima 12b tal-Att dwar il-Logħob tal-Azzard)

    Dawn l-eżenzjonijiet parzjali jiddependu fuq il-valutazzjoni attwali li dawn is-servizzi tal-logħob tal-azzard jippreżentaw riskju iżgħar u għandhom jieqfu milli japplikaw jekk dan il-livell ta’ riskju jitqies li qed jiżdied f’valutazzjonijiet futuri.

    Il-Belġju

    F’konformità mal-Artikolu 5.1 tal-Liġi dwar il-prevenzjoni tal-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu tat-18 ta’ Settembru 2017:

    il-Lotterija Nazzjonali

    Skont l-Artikolu 25 (1) (9) tal-liġi tas-7 ta’ Mejju 1999 dwar il-logħob tal-azzard, l-imħatri, l-istabbilimenti tal-logħob u l-protezzjoni tal-plejers, u d-digriet irjali tat-30 ta’ Jannar 2019. ippubblikat fit-08 ta’ Frar 2019:

    Detenturi ta’ liċenzja (tal-Klassi C), li, għal perjodi rinnovabbli ta’ ħames snin, skont il-kundizzjonijiet li tiddetermina, jippermettu l-operazzjoni ta’ stabbiliment ta’ gaming (Klassi III) jew stabbiliment tax-xorb;

    Detenturi ta’ liċenzja (tal-klassi G1), li, għal perjodi rinnovabbli ta’ ħames snin, skont il-kundizzjonijiet li tiddetermina, jippermettu l-isfruttar ta’ logħob tax-xorti fi programmi tat-televiżjoni permezz ta’ numru ta’ numri mill-pjan ta’ numerazzjoni Belġjana u li jiffurmaw programm sħiħ ta’ logħob;

    Detenturi ta’ liċenzja (tal-klassi G2), li, għal perjodu ta’ sena, skont il-kundizzjonijiet li tiddetermina, jippermettu l-isfruttament ta’ logħob tal-ażżard permezz ta’ mezz ieħor għajr dawk ippreżentati fi programmi tat-televiżjoni permezz ta’ numri tas-serje tal-pjan tan-numerazzjoni Belġjan u li jiffurmaw programm sħiħ ta’ logħob.

    Iċ-Ċekja

    F’konformità mal-Att Nru 253/2008 tal-5 ta’ Ġunju 2008 dwar miżuri speċifiċi kontra l-leġittimizzazzjoni tar-rikavati minn attivitajiet kriminali u l-finanzjament tat-terroriżmu:

    Logħob tal-bingo

    Tombla

    Lotteriji b’rebħ ta’ flus

    Lotteriji b’rebħ materjali

    Lotteriji istantanji u/jew numeriċi

    Id-Danimarka

    Skont l-Artikolu 1(5) tal-Att Nru 651 tat-8 ta’ Ġunju 2017 dwar il-prevenzjoni tal-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu u n-Notifika tal-eżenzjoni parzjali ta’ ċertu logħob mil-liġijiet tal-ħasil tal-flus tas-26 ta’ Ġunju 2017:

    Imħatri lokali bil-pools

    Magni tal-logħob barra l-każinòs li joffru rebħ ta’ flus b’rebħ b’ishma/limiti ta’ ħlas

    Il-lotteriji, Klassotteriet (“lotteriji ta’ klassi”) u lotteriji mingħajr skop ta’ qligħ (inkluż logħob Bingo u Tomabola meta jikkwalifikaw bħala lotteriji mingħajr skop ta’ qligħ)

    Poker ibbażat fuq l-art meta jintlagħab f’format ta’ tornament, f’junjins u meta jkun mingħajr qligħ għad-detentur tal-liċenzja

    Online Bingo mxandra fuq it-televiżjoni

    Logħob ta’ maniġer (sports ta’ fantasija staġġjonali, mhux kuljum)

    Kompetizzjonijiet fejn wieħed jipparteċipa b’SMS jew mod simili

    Logħob offrut skont it-Taqsima 9-15 tal-ordni eżekuttiva dwar logħob pubbliku.

    L-Estonja

    F’konformità mas-§ 6 Att Estonjan dwar il-Logħob tal-Azzard tal-15 ta’ Ottubru 2008, f’konformità mal-Att dwar il-Prevenzjoni tal-Ħasil tal-Flus u l-Finanzjament tat-Terroriżmu tas-26 ta’ Ottubru 2017:

    Lotteriji kummerċjali

    Il-Finlandja

    F’konformità mal-Kapitolu 1 Taqsima 3(4) tal-Liġi dwar il-prevenzjoni tal-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu tat-28 ta’ Ġunju 2017 (444/2017):

    Magni tal-logħob li ma jinsabux f’każinò

    Il-Ġermanja

    Skont l-Artikolu 2 (1) (15) tal-Att dwar il-Ħasil tal-Flus (Geldwäschegesetz) tat-23 ta’ Ġunju 2017:

    operaturi ta’ magni tal-logħob tal-azzard/magni tal-logħob kif definiti fit-Taqsima 33c tal-Gewerbeordnung;

    assoċjazzjonijiet li jmexxu negozju ta’ intermedjarju skont it-Taqsima 1 tal-Att dwar l-Imħatri u l-Lotteriji (Rennwet- und Lotteriegesetz);

    lotteriji, ħlief lotteriji online, li l-operaturi jew is-sensara tagħhom għandhom liċenzja pubblika tal-awtorità kompetenti fil-Ġermanja;

    lotteriji soċjali

    L-Ungerija

    Skont il-Liġi dwar il-prevenzjoni tal-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu (li daħlet fis-seħħ fis-26 ta’ Ġunju 2017):

    għat-tpinġija tal-logħob, kif definit u rregolat skont l-Artikoli 15–24 tal-Liġi 34 tal-1991 dwar l-Operazzjonijiet tal-Logħob tal-Azzard (il-logħob tal-UE jinkludu t-tpinġija ta’ logħob, tombolla, scratch cards u l-hekk imsejħa logħob ieħor għat-tpinġija, bħal off-line tat-tombla).

    L-Irlanda

    Fis-sens tat-taqsima 25(8) tal-Att dwar il-Ġustizzja Kriminali (Ħasil tal-Flus u Finanzjament tat-Terroriżmu) tal-2010 fil-verżjoni emendata u tar-Regolament 3 tal-Istrument Statutorju487/2018:

    Magni tal-logħob jew magni tad-divertiment ipprovduti skont it-taqsima 14 tal-Att dwar il-Logħob tal-Azzard u l-Lotteriji 1956

    Il-lotteriji fit-tifsira tal-Att dwar il-Logħob tal-Azzard u l-Lotteriji 1956 inkluż Bingo

    Il-poker f’post fiżiku barra minn każinò jew klabb ta’ membri privati

    In-Netherlands

    Skont l-Artikolu 2 tar-Regolament tal-Ministeru tal-Finanzi u l-Ministru tal-Ġustizzja u s-Sigurtà tat-13 ta’ Lulju 2018, nru 2018–0000113969, (Regolament dwar l-implimentazzjoni tar-raba’ direttiva kontra l-ħasil tal-flus)

    il-lotteriji għall-karità (l-Artikolu 3 tal-Att dwar il-Logħob tal-Azzard);

    il-fornituri ta’ promozzjonijiet ta’ kull ġimgħa għax-xiri u logħob tal-ażżard żgħir (l-Artikolu 7a tal-Att dwar il-Logħob tal-Azzard);

    il-lotterija tal-istat (l-Artikolu 8 tal-Att dwar il-Logħob tal-Azzard);

    Lotterju Instant (l-Artikolu 14a tal-Att dwar il-Logħob tal-Azzard);

    provdituri ta’ kompetizzjonijiet sportivi (l-Artikolu 15 tal-Att dwar il-Logħob tal-Azzard);

    totalizzaturi (l-Artikolu 23 tal-Att dwar il-Logħob tal-Azzard);

    l-Lottu (l-Artikolu 27a tal-Att dwar il-Logħob tal-Azzard);

    kull min għandu slot machines (l-Artikolu 30b tal-Att dwar il-Logħob tal-Azzard);

    operaturi ta’ slot machines (Sezzjoni 30h tal-Att dwar il-Logħob tal-Azzard).

    Is-Slovenja

    F’konformità mad-Digriet dwar l-eżenzjoni tal-organizzaturi tal-logħob klassiku mill-implimentazzjoni ta’ miżuri għad-detezzjoni u l-prevenzjoni tal-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu (Gazzetta Uffiċjali tar-Repubblika tas-Slovenja, Nru 66/18 tat-12 ta’ Ottubru 2018):

    soċjetajiet u organizzazzjonijiet umanitarji mingħajr skop ta’ qligħ stabbiliti fir-Repubblika tas-Slovenja li jipprovdu servizzi klassiċi ta’ logħob tal-azzard fuq bażi okkażjonali huma kompletament eżentati mill-implimentazzjoni ta’ miżuri f’konformità mal-Att dwar il-Prevenzjoni tal-Ħasil tal-Flus u l-Iffinanzjar tat-Terroriżmu (Gazzetta Uffiċjali tar-Repubblika tas-Slovenja, Nru 68/16 tat-4 ta’ Novembru 2016);

    operaturi li jipprovdu servizzi tal-logħob tal-azzard klassiċi b’mod permanenti bbażati fuq konċessjoni mill-Gvern tar-Repubblika tas-Slovenja huma parzjalment eżentati mill-implimentazzjoni ta’ miżuri relatati mad-diliġenza dovuta mal-klijent, li għandhom jiġu implimentati skont dan id-Digriet.

    L-Iżvezja

    F’konformità mal-Kapitolu 8, l-Artikolu 1 tal-Att dwar il-Miżuri kontra l-Ħasil tal-Flus u l-Finanzjament tat-Terroriżmu (SFS 2017: 630), l-Artikolu 20 tal-ordinanza dwar il-Miżuri kontra l-Ħasil tal-Flus u l-Finanzjament tat-Terroriżmu (SFS 2009: 92) u l-Kapitolu 1 tal-Artikolu 2 tar-Regolamenti tal-Awtorità tal-Logħob tal-Azzard tal-Iżvezja dwar Miżuri kontra l-Ħasil tal-Flus u l-Finanzjament tat-Terroriżmu (SIFS 2019: 2):

    1

    Il-lotteriji mwettqa f’konformità mal-liċenzja skont il-Kapitolu 5 tal-Att dwar il-Logħob tal-Azzard (SFS 2018: 1138) u li mhumiex logħob tal-azzard online jew logħob tal-każinò f’każinò;

    2

    Il-lotteriji mwettqa f’konformità ma’ liċenzja jew reġistrazzjoni skont il-Kapitolu 6 tal-Att dwar il-Logħob tal-Azzard u li mhumiex logħob tal-azzard online;

    3

    Logħob tal-każinò u logħob fuq magni tal-logħob tal-azzard b’liċenzja skont il-Kapitolu 9 tal-Att dwar il-Logħob tal-Azzard;

    4

    Logħob f’magni tal-logħob bil-flus u token, bl-eċċezzjoni ta’ logħob tal-karti tat-turnew, b’liċenzja skont il-Kapitolu 10 tal-Att dwar il-Logħob tal-Azzard.

    L-eżenzjonijiet 1 u 2 ma japplikawx jekk il-klijent jitħalla jżid fondi f’kont ta’ ġugatur, jiġifieri fondi li mhumiex pagamenti diretti għall-parteċipazzjoni fil-lotterija.


    Top