Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 42000A0922(06)

Ftehim dwar l-adeżjoni tar-Repubblika Ellenika għall-Konvenzjoni li timplimenta l-Ftehim ta' Schengen ta' l-14 ta' Ġunju 1985 bejn il-Gvernijiet ta' l-Istati ta' l-Unjoni Ekonomika Benelux, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja u r-Repubblika Franċiża dwar l-abolizzjoni gradwali tal-kontrolli mal-fruntieri komuni ffirmat f'Schengen fid-19 ta' Ġunju 1990, li fih ir-Repubblika ta' l-Italja ssieħbet permezz tal-Ftehim iffirmat f'Pariġi fis-27 ta' Novembru 1990, u li fih ir-Renju ta Spanja u r-Republika Ellenika ssieħbu permezz tal-Ftehim iffrmati f'Bonn fil-25 ta' Ġunju 1991

ĠU L 239, 22.9.2000, pp. 83–89 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/agree_internation/2000/922(5)/oj

42000A0922(06)



Official Journal L 239 , 22/09/2000 P. 0083 - 0089


Ftehim dwar l-adeżjoni tar-Repubblika Ellenika

għall-Konvenzjoni li timplimenta l-Ftehim Schengen ta' l-14 ta' Ġunju 1985 bejn il-Gvernijiet ta' l-Istati ta' l-Unjoni Ekonomika Benelux, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja u r-Repubblika Franċiża dwar l-abolizzjoni gradwali tal-kontrolli mal-fruntieri komuni ffirmat f'Schengen fid-19 ta' Ġunju 1990, li fih ir-Repubblika ta' l-Italja ssieħbet permezz tal-Ftehim iffirmat f'Pariġi fis-27 ta' Novembru 1990, u li fih ir-Renju ta Spanja u r-Republika Ellenika ssieħbu permezz tal-Ftehim iffrmati f'Bonn fil-25 ta' Ġunju 1991

IR-RENJU TAL-BELĠJU, IR-REPUBBLIKA FEDERALI TAL-ĠERMANJA, IR-REPUBBLIKA FRANĊIŻA, IL-GRAN DUKAT TAL-LUSSEMBURGU U R-RENJU TA' L-OLANDA, Partijiet fil-Konvenzjoni li qed timplimenta l-Ftehim Schengen ta' l-14 ta' Ġunju 1985 bejn il-Gvernijiet ta' l-Istati ta' l-Unjoni Ekonomika Benelux, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja u r-Repubblika Franċiża dwar l-abolizzjoni gradwali tal-kontrolli fil-fruntieri komuni tagħhom iffirmat f'Schengen fid-19 ta' Ġunju 1990, minn issa 'l quddiem magħrufa bħala l-Konvenzjoni ta' l-1990 kif ukoll ir-Repubblika Taljana, li ssieħbet fil-Konvenzjoni ta' l-1990 permezz tal-Ftehim iffirmat f'Pariġi fis-27 ta' Novembru 1990, u r-Renju ta' Spanja u r-Repubblika tal-Portugall, li ssieħbu fil-Konvenzjoni ta' l-1990 permezz tal-Ftehim iffirmati f'Bonn fil-25 ta' Ġunju 1991,

fuq naħa waħda, u r-Repubblika Ellenika, fuq in-naħa l-oħra,

Filwaqt li jikkunsidraw l-iffirmar f'Bonn fil-ġurnata tal-ħamsa u għoxrin ta' Ġunju tas-sena elf disa' mija u wieħed u disgħin tal-Protokoll dwar is-Sħubija tal-Gvern tar-Repubblika Portugiża fil-Ftehim Schengen ta' l-14 ta' Ġunju 1985 bejn il-pajjiżi ta' l-Unjoni Ekonomika Benelux, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja u r-Repubblika Franċiża dwar l-abolizzjoni gradwali tal-kontrolli fil-fruntieri komuni tagħhom, hekk kif emendat bil-Protokoll dwar id-Dħul tal-Gvern tar-Repubblika Taljana ffirmat f'Pariġi fis-27 ta' Novembru 1990 u l-Protokolli dwar is-Sħubija tal-Gvernijiet tar-Renju ta' Spanja u r-Repubblika Portugiża ffirmati f'Bonn fil-25 ta'Ġunju 1991,

Fuq il-bażi ta' l-Artikolu 140 tal-Konvenzjoni ta' l-1990,

QABLU U FTIEHMU KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Ir-Repubblika Ellenika b'dan tissieħeb fil-Konvenzjoni ta' l-1990.

Artikolu 2

1. L-uffiċċjali msemmija fl-Artikolu 40(4) tal-Konvenzjoni ta' l-1990 fir-rigward tar-Repubblika Ellenika għandhom ikunu: uffiċjali tal-pulizija ta' Ελληνικη Αστυνομια (pulizija Griega) u tal-Λιμενικο Σωμα (Awtorità tal-Portijiet), kull wieħed fil-limiti tal-poteri tiegħu, kif ukoll uffiċjali ta' l-Amministrazzjoni Doganali, taħt il-kondizzjonijiet stipulati fil-ftehim bilaterali addattati msemmija fl-Artikolu 40(6) tal-Konvenzjoni ta' l-1990, fir-rigward tal-poteri tagħhom b'konnessjoni mat-traffikar illeċitu ta' drogi narkotiċi u sustanzi psikotropiċi, traffikar fl-armi u l-isplussivi, u t-trasport illeċtu ta' skart tossiku u ta' periklu.

2. L-awtorità msemmija fl-Artikolu 40(5) tal-Konvenzjoni ta' l-1990 rigward ir-Repubblika Ellenika għandha tkun: Διευθυνση Διεθνους Αστυνομικης Συνεργασιας του Υπουργειου Δυμοσιας Ταξεως (Direttorat tal-Koperazzjoni tal-Pulizija Internazzjonali tal-Ministeru ta' l-Ordni Pubblika).

Artikolu 3

Il-Ministeru kompetenti msemmi fl-Artikolu 65(2) tal-Konvenzjoni ta' l-1990 rigward ir-Repubblika Ellenika se jkun il-Ministeru tal-Ġustizzja.

Artikolu 4

Għal skopijiet ta' estradizzjoni bejn il-Partijiet Kontraenti fil-Konvenzjoni ta' l-1990, ir-Repubblika Ellenika għandha żżomm lura milli tapplika r-riservi li għamlet fir-rigward ta' l-Artikoli 7, 18 u 19 tal-Konvenzjoni Ewropea dwar l-Estradizzjoni tat-13 ta' Diċembru 1957.

Artikolu 5

Għal skopijiet ta' estradizzjoni bejn il-Partijiet Kontraenti fil-Konvenzjoni ta' l-1990, ir-Repubblika Ellenika għandha żżomm lura milli tapplika r-riserva li għamlet fir-rigward ta' l-Artikoli 4 u 11 tal-Konvenzjoni Ewropea dwar Assistenza Reċiproka f'Materji Kriminali ta' l-20 ta' April 1959.

Artikolu 6

1. L-istrumenti tar-ratifika, aċċettazzjoni jew approvazzjoni għandhom jiġu depożitati mal-Gvern tal-Gran Dukat tal-Lussemburgu, li għandu jinnotifika lill-Partijiet Kontraenti kollha bl-istess.

2. Dan il-Ftehim għandu jidħol fis-seħħ fl-ewwel ġurnata tat-tieni xahar wara d-depożitu ta' l-istrumenti ta' ratifika, aċċettazzjoni u approvazzjoni mill-Istati li għalihom il-Konvenzjoni ta' l-1990 daħlet fis-seħħ u mir-Repubblika Ellenika.

Fir-rigward ta' l-Istati l-oħrajn, dan il-Ftehim għandu jidħol fis-seħħ fl-ewwel ġurnata tat-tieni xahar wara d-depożitu ta' l-istrumenti ta' ratifika, aċċettazzjoni jew approvazzjoni tagħhom, basta dan il-Ftehim ikun daħal fis-seħħ skond id-disposizzjonijiet tas-subparagrafu preċedenti.

3. Il-Gvern tal-Gran Dukat tal-Lussemburgu għandu jinnotifika lil kull wieħed mill-Partijiet Kontraenti bid-data tad-dħul fis-seħħ.

Artikolu 7

1. Il-Gvern tal-Gran Dukat tal-Lussemburgu għandu jgħaddi lill-Gvern tar-Repubblika Ellenika kopja ċertifikata tal-Konvenzjoni ta' l-1990 fil-lingwa Olandiża, Franċiża, Ġermaniża, Taljana, Portugiża u Spanjola.

2. It-test tal-Konvenzjoni ta' l-1990 miktub bil-Grieg huwa anness ma' dan il-Ftehim, u għandu jkun awtentiku taħt l-istess kondizzjonijiet bħat-testi tal-Konvenzjoni ta' l-1990 miktubin bil-lingwa Olandiża, Franċiża, Ġermaniża, Taljana, Portugiża u Spanjola.

Bħala xhieda ta' dan, il-firmatarji ta' hawn taħt, awtorizzati kif xieraq għal dan l-iskop, iffirmaw dan il-Ftehim.

Magħmul f'Madrid din is-sitt ġurnata ta' Novembru tas-sena elf disa' mija u wieħed u disgħin f'kopja oriġinali individwali fil-lingwa Olandiża, Franċiża, Ġermaniża, Griega, Taljana, Portugiża u Spanjola, bis-seba' testi jkunu ugwalment awtentiċi, u b'din il-kopja oriġinali tibqa' depożitata fl-Arkivji tal-Gran Dukat tal-Lussemburgu, li għandu jibgħat kopja ċertifikata lil kull wieħed mill-Partijiet Kontraenti.

Għall-Gvern tar-Renju tal-Belġju

+++++ TIFF +++++

Għall-Gvern tar-Repubblika Federali tal-Ġermanja

+++++ TIFF +++++

Għall-Gvern tar-Repubblika Ellenika

+++++ TIFF +++++

Għall-Gvern tar-Renju ta' Spanja

+++++ TIFF +++++

Għall-Gvern tar-Repubblika Franċiża

+++++ TIFF +++++

Għall-Gvern tar-Repubblika Taljana

+++++ TIFF +++++

Għall-Gvern tal-Gran Dukat tal-Lussemburgu

+++++ TIFF +++++

Għall-Gvern tar-Renju ta' l-Olanda

+++++ TIFF +++++

Għall-Gvern tar-Repubblika tal-Portugall

+++++ TIFF +++++

--------------------------------------------------

ATT FINALI

I. Fil-waqt ta' l-iffirmar tal-Ftehim dwar is-Sħubija tar-Repubblika Ellenika fil-Ftehim Schengen ta' l-14 ta' Ġunju 1985 bejn il-pajjiżi ta' l-Unjoni Ekonomika Benelux, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja u r-Repubblika Franċiża dwar l-abolizzjoni gradwali tal-kontrolli fil-fruntieri komuni tagħhom, iffirmat f'Schengen fid-19 ta' Ġunju 1990, li fih ir-Repubblika ta' l-Italja ssieħbet permezz tal-Ftehim iffirmat f'Pariġi fis-27 ta' Novembru 1990 u li fih ir-Renju ta' Spanja u r-Repubblika tal-Portugall issieħbu permezz tal-Ftehim ta' Sħubija ffirmati f'Bonn fil-25 ta' Ġunju 1991, ir-Repubblika Ellenika ffirmat għall-Att Finali, il-Minuti u d-Dikjarazzjoni Konġunta tal-Ministri u segretarji ta' l-Istat li ġew iffirmati fl-istess waqt tal-Konvenzjoni ta' l-1990.

Il-Gvern tar-Repubblika Ellenika ffirma d-Dikjarazzjonijiet Konġunti u nnota d-Dikjarazzjonijiet unilaterali tagħhom.

Il-Gvern tal-Gran Dukat tal-Lussemburgu għandu jgħaddi lill-Gvern tar-Repubblika Ellenika kopja ċertifikata ta' l-Att Finali, il-Minuti u d-Dikjarazzjoni konġ'unta tal-Ministri u Segretarji ta' l-Istat, li ġew iffirmati fi żmien l-iffirmar tal-Konvenzjoni ta 1990, fil-lingwa Olandiża, Franċiża, Ġermaniża, Taljana, Portugiża u Spanjola.

It-testi ta' l-Att Finali, il-Minuti u d-Dikjarazzjoni Konġunta tal-Ministri u Segretarji ta' l-Istat li ġew iffirmati fil-mument ta' l-iffirmar tal-Konvenzjoni ta' l-1990, miktubin bil-Grieg, huma annessi ma' dan l-Att Finali u għandhom jitqiesu bħala awtentiċi taħt l-istess kondizzjonijiet bħat-testi miktubin bil-lingwa Olandiża, Franċiża, Ġermaniża, Taljana, Portugiża u Spanjola.

II. Fil-mument ta' l-iffirmar tal-Ftehim dwar is-Sħubija tar-Repubblika Ellenika fil-Ftehim Schengen ta' l-14 ta' Ġunju 1985 bejn il-pajjiżi ta' l-Unjoni Ekonomika Benelux, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja u r-Repubblika Franċiża dwar l-abolizzjoni gradwalli tal-kontrolli fil-fruntieri komuni tagħhom, li fih ir-Repubblika Taljana ssieħbet permezz tal-Ftehim iffirmat f'Pariġi fis-27 ta' Novembru 1990, u li fih ir-Renju ta' Spanja u r-Renju Portugiż issieħbu permezz tal-Ftehim ta' Sħubija ffirmati f'Bonn fil-25 ta' Ġunju 1991, il-Partijiet Kontraenti adottaw id-Dikjarazzjonijiet li ġejjin:

1. Dikjarazzjoni Konġunta dwar l-Artikolu 6 tal-Ftehim ta' Sħubija

L-Istati Firmatarji għandhom, qabel id-dħul fis-seħħ tal-Ftehim ta' Sħubija, jinfurmaw lil xulxin dwar iċ-ċirkostanzi kollha li jista' jkollhom impatt sinifikattiv fuq l-oqsma koperti mill-Konvenzjoni ta' l-1990 u t-tiġjib fis-seħħ tal-Ftehim ta' Sħubija.

Dan il-Ftehim ta' Sħubija ma jidħolx fis-seħħ bejn l-Istati li għalihom il-Konvenzjoni ta' l-1990 daħlet fis-seħħ u r-Repubblika Ellenika sakemm il-prekondizzjonijiet għall-implimentazzjoni tal-Konvenzjoni ta' l-1990 ikunu twettqu f'dawn l-Istati u l-kontrolli fil-fruntieri esterni jkunu effettivi hemmhekk.

Fir-rigward ta' l-Istati l-oħrajn, dan il-Ftehim tad-Dħul m'għandux jidħol fis-seħħ sakemm il-prekondizzjonijiet għall-implimentazzjoni tal-Konvenzjoni ta' l-1990 ma jkunux twettqu fl-Istati Firmatarji ta' l-imsemmi Ftehim u l-kontrolli fil-fruntieri esterni jkunu effettivi hemmhekk.

2. Dikjarazzjoni Konġunta dwar l-Artikolu 9(2) tal-Konvenzjoni ta' l-1990

Il-Partijiet Kontraenti jispeċifikaw li fil-waqt ta' l-iffirmar tal-Ftehim dwar is-Sħubija tar-Repubblika Ellenika tal-Konvenzjoni ta' l-1990, l-arranġamenti komuni tal-viża msemmija fl-Artikolu 9(2) tal-Konvenzjoni ta' l-1990 għandhom jittieħdu bħala li jfissru l-arranġamenti komuni applikati mill-Partijiet Firmatarji ta' din il-Konvenzjoni sa mid-19 ta' Ġunju 1990.

3. Dikjarazzjoni Konġunta dwar il-protezzjoni ta' l-informazzjoni

Il-Partijiet Kontraenti jinnotaw li l-Gvern tar-Repubblika Ellenika jaċċetta li jieħu l-miżuri kollha neċessarji qabel ir-ratifikazzjoni tal-Ftehim dwar Sħubija fil-Konvenzjoni ta' l-1990 sabiex jassigura li l-leġislazzjoni Griega tkun supplimentata skond il-Konvenzjoni tal-Kunsill ta' l-Ewropa għall-Protezzjoni ta' Individwi fir-rigward ta' l-Ipproċessar Awtomatiku ta' Informazzjoni Personali tat-28 ta' Jannar 1981 u skond ir-Rakkomandazzjoni Nru R (87) 15 tas-17 ta' Settembru 1987 tal-Kumitat tal-Ministri tal-Kunsill ta' l-Ewropa rigward l-użu ta' informazzjoni personali fis-settur polizjesk, sabiex tiġi assigurata l-applikazzjoni sħiħa tad-disposizzjonijiet ta' l-Artikoli 117 u 126 tal-Konvenzjoni ta' l-1990 rigward il-protezzjoni ta' informazzjoni personali bil-għan li jintlaħaq livell ta' protezzjoni kompatibbli mad-disposizzjonijiet rilevanti tal-Konvenzjoni ta' l-1990.

4. Dikjarazzjoni dwar l-Artikolu 41 tal-Konvenzjoni ta' l-1990

Il-Partijiet Kontraenti jinnutaw li, fl-isfond tas-sitwazzjoni ġeografika tar-Repubblika Ellenika, id-disposizzjonijiet ta' l-Artikolu 41(5)(b) jipprekludu l-applikazzjoni ta' l-Artikolu 41 fir-relazzjonijiet bejn ir-Repubblika Ellenika u l-Partijiet Kontraenti l-oħrajn. Ir-Repubblika Ellenika għalhekk ma ħatritx awtoritajiet skond it-tifsira ta' l-Artikolu 41(6) jew għamlet dikjarazzjoni skond it-tifsira ta' l-Artikolu 41 (9).

Din il-proċedura applikata mill-Gvern Grieg ma tmurx kontra d-disposizzjonijiet ta' l-Artikolu 137.

5. Dikjarazzjoni Konġunta dwar il-Muntanja Athos

Filwaqt li jirrikonoxxu li l-istatus speċjali tal-Muntanja Athos, kif garantit mill-Artikolu 105 tal-Kostituzzjoni Ellenika u l-Karta tal-Muntanja Athos, huwa ġustifikat esklussivament fuq bażi ta' natura spiritwali u reliġjuża, il-Partijiet Kontraenti għandhom jassiguraw illi dan l-istatus jiġi kkunsidrat fl-applikazzjoni u l-preparazzjoni sussegwenti tad-disposizzjonijiet ta' l-1985 u l-Konvenzjoni ta' l-1990.

III. Il-Partijiet Kontraenti nnutaw id-dikjarazzjonijiet li ġejjin magħmulin mir-Repubblika Ellenika:

1. Dikjarazzjoni mir-Repubblika Ellenika fuq il-Ftehim dwar is-Sħubija tar-Repubblika ta' l-Italja, ir-Renju ta' Spanja u r-Repubblika Portugiża

Il-Gvern tar-Repubblika Ellenika jinnota l-kontenut tal-Ftehim dwar is-Sħubija tar-Repubblika ta' l-Italja, ir-Renju ta' Spanja u r-Repubblika tal-Portugall fil-Konvenzjoni ta' l-1990, u tal-kontenut ta' l-Atti Finali u d-Dikjarazzjonijiet annessi ma' l-imsemmija Ftehim.

Il-Gvern tal-Gran Dukat tal-Lussemburgu għandu jibgħat kopja ċertifikata ta' l-istrumenti sopraċitati lill-Gvern tar-Repubblika Ellenika.

2. Dikjarazzjoni tar-Repubblika Ellenika dwar assistenza reċiproka f'materji kriminali

Ir-Repubblika Ellenika tintrabat li tipproċessa talbiet għall-għajnuna mill-Partijiet Kontraenti l-oħrajn bid-diliġenza kollha dovuta, inkluż meta jsiru direttament lill-awtoritajiet ġudizzjarji Griegi skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 53(1) tal-Konvenzjoni ta' l-1990.

3. Dikjarazzjoni dwar l-Artikolu 121 tal-Konvenzjoni ta' l-1990

Il-Gvern tar-Repubblika Ellenika jiddikjara illi, ħlief fir-rigward ta' frott taċ-ċitru frisk, qoton u żerriegħa tax-xnien, huwa għandu japplika s-simplifikazzjoni ta' kontrolli u rekwiżiti dwar is-saħħa tal-pjanti msemmija fl-Artikolu 121 tal-Konvenzjoni ta' l-1990 mid-data ta' l-iffirmar tal-Ftehim dwar is-Sħubija fil-Konvenzjoni ta' l-1990.

Iżda, fir-rigward ta' frott taċ-ċitru frisk, ir-Repubblika Ellenika għandha tittrasponi d-disposizzjonijiet ta' l-Artikolu 121 u miżuri relatati sa mhux aktar tard mill-1 ta' Jannar 1993.

Magħmul f'Madrid f'din is-sitt ġurnata ta' Novembru tas-sena elf disa' mija u tnejn u disgħin f'kopja oriġinali individwali fil-lingwa Olandiża, Franċiża, Ġermaniża, Griega, Taljana, Portugiża u Spanjola, bis-seba' testi jkunu ugwalment awtentiċi, u b'tali kopja oriġinali tibqa' depożitata fl-Arkivji tal-Gran Dukat tal-Lussemburgu, li għandu jibgħat kopja ċertifikata lil kull wieħed mill-Partijiet Kontraenti.

Għall-Gvern tar-Renju tal-Belġju

+++++ TIFF +++++

Għall-Gvern tar-Repubblika Federali tal-Ġermanja

+++++ TIFF +++++

Għall-Gvern tar-Repubblika Ellenika

+++++ TIFF +++++

Għall-Gvern tar-Renju ta' Spanja

+++++ TIFF +++++

Għall-Gvern tar-Repubblika Franċiża

+++++ TIFF +++++

Għall-Gvern tar-Repubblika ta' l-Italja

+++++ TIFF +++++

Għall-Gvern tal-Gran Dukat tal-Lussemburgu

+++++ TIFF +++++

Għall-Gvern tar-Renju ta' l-Olanda

+++++ TIFF +++++

Għall-Gvern tar-Repubblika tal-Portugall

+++++ TIFF +++++

--------------------------------------------------

DIKJARAZZJONI TAL-MINISTRI U SEGRETARJI TA' L-ISTAT

Fis-sitt ġurnata ta' Novembru tas-sena elf disa' mija u tnejn u disgħin, ir-rappreżentanti tal-Gvernijiet tar-Renju tal-Belġju, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, ir-Renju ta' Spanja, ir-Repubblika Franċiża, ir-Repubblika Ellenika, ir-Repubblika Taljana, il-Gran Dukat tal-Lussemburgu, ir-Renju ta' l-Olanda u r-Repubblika Portugiża ffirmaw f'Bonn il-Ftehim dwar id-Dħul tar-Repubblika Portugiża fil-Konvenzjoni li timplimenta l-Ftehim Schengen ta' l-14 ta' Ġunju 1985 bejn il-Gvernijiet ta' l-Unjoni Ekonomika Benelux, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja u r-Repubblika Franċiża dwar l-abolizzjoni gradwalli tal-kontrolli mal-fruntieri komuni ffirmat f'Schengen fid-19 ta' Ġunju 1990, li fih ir-Repubblika Taljana ssieħbet permezz tal-Ftehim iffirmat f'Pariġi fis-27 ta' Novembru 1990 u li fih ir-Renju ta' Spanja u r-Repubblika Portugiża ssieħbu permezz tal-Ftehim iffirmati f'Bonn fil-25 ta' Ġunju 1991.

Innutaw li r-rappreżentant tal-Gvern Grieg iddikjara appoġġ għad-Dikjarazzjoni magħmula f'Schengen fid-19 ta' Ġunju 1990 mill-Ministri u Segretarji ta' l-Istat li jirrappreżentaw il-Gvernijiet ta' l-Unjoni Ekonomika Benelux, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja u r-Repubblika Franċiża,, il-Gran Dukat tal-Lussemburgu u r-Renju ta' l-Olanda u għad-deċiżjoni kkonfermata fl-istess jum wara l-iffirmar tal-Konvenzjoni li timplimenta l-Ftehim Schengen, liema Dikjarazzjoni u deċiżjoni l-Gvernijiet tar-Repubblika Taljana, ir-Renju ta' Spanja u r-Repubblika Portugiża appoġġjaw ukoll.

--------------------------------------------------

Top