Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32017R0161

Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/161 tal-31 ta' Jannar 2017 li jikkoreġi l-verżjoni bl-ilsien Franċiż tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 139/2014 li jistabbilixxi rekwiżiti u proċeduri amministrattivi b'rabta mal-ajrudromi skont ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Test b'rilevanza għaż-ŻEE. )

C/2017/0407

ĠU L 27, 1.2.2017, pp. 99–100 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2017/161/oj

1.2.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 27/99


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/161

tal-31 ta' Jannar 2017

li jikkoreġi l-verżjoni bl-ilsien Franċiż tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 139/2014 li jistabbilixxi rekwiżiti u proċeduri amministrattivi b'rabta mal-ajrudromi skont ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Frar 2008 dwar regoli komuni fil-kamp tal-avjazzjoni ċivili u li jistabblixxi Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni, u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 91/670/KEE, ir-Regolament (KE) Nru 1592/2002 u d-Direttiva 2004/36/KE (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 8a(5) tiegħu,

Billi:

(1)

Kien hemm żbalji fil-verżjoni bl-ilsien Franċiż tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 139/2014 (2) li jistabbilixxi rekwiżiti u proċeduri amministrattivi b'rabta mal-ajrudromi. Għalhekk hija meħtieġa korrezzjoni tal-verżjoni bl-ilsien Franċiż tal-Annessi II u IV ta' dak ir-Regolament. Il-verżjonijiet bil-lingwi l-oħra ma jintlaqtux.

(2)

Għaldaqstant ir-Regolament (UE) Nru 139/2014 għandu jiġi emendat skont dan.

(3)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 65 tar-Regolament (KE) Nru 216/2008,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

(Jikkonċerna biss il-verżjoni bl-ilsien Franċiż).

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-31 ta' Jannar 2017.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)   ĠU L 79, 19.3.2008, p. 1.

(2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 139/2014 tat-12 ta' Frar 2014 li jistabbilixxi rekwiżiti u proċeduri amministrattivi b'rabta mal-ajrudromi skont ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 44, 14.2.2014, p. 1).


Top