This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32008D0819
2008/819/EC: Commission Decision of 20 October 2008 concerning the non-inclusion of butralin in Annex I to Council Directive 91/414/EEC and the withdrawal of authorisations for plant protection products containing that substance (notified under document number C(2008) 6066) (Text with EEA relevance)
2008/819/KE: Deċiżjoni tal-Kummissjoni ta’ l- 20 ta’ Ottubru 2008 dwar l-esklużjoni tal-butralin mill-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE u l-irtirar ta’ awtorizzazzjonijiet għal prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom dik is-sustanza (notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 6066) Test b’relevanza għaż-ŻEE
2008/819/KE: Deċiżjoni tal-Kummissjoni ta’ l- 20 ta’ Ottubru 2008 dwar l-esklużjoni tal-butralin mill-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE u l-irtirar ta’ awtorizzazzjonijiet għal prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom dik is-sustanza (notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 6066) Test b’relevanza għaż-ŻEE
ĠU L 285, 29.10.2008, p. 15–16
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
In force
29.10.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 285/15 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
ta’ l-20 ta’ Ottubru 2008
dwar l-esklużjoni tal-butralin mill-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE u l-irtirar ta’ awtorizzazzjonijiet għal prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom dik is-sustanza
(notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 6066)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
(2008/819/KE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE tal-15 ta’ Lulju 1991 li tikkonċerna t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (1), u b’mod partikolari r-raba’ subparagrafu tal-Artikolu 8(2) tagħha,
Billi:
(1) |
L-Artikolu 8(2) tad-Direttiva 91/414/KEE jipprevedi li Stat Membru jista’, matul perjodu ta’ 12-il sena wara n-notifika ta’ din id-Direttiva, jawtorizza t-tqegħid fis-suq fit-territorju tiegħu ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li jkun fihom sustanzi attivi li ma jkunux jinsabu fl-Anness I ta’ dik id-Direttiva li jkunu diġà qegħdin fis-suq sentejn wara n-notifika, filwaqt li dawk is-sustanzi qed jiġu investigati b’mod gradwali fil-qafas ta’ programm ta’ ħidma. |
(2) |
Ir-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 451/2000 (2) u (KE) Nru 1490/2002 (3) jistipulaw ir-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tat-tielet stadju tal-programm ta’ ħidma msemmi fl-Artikolu 8(2) tad-Direttiva 91/414/KEE u jistabbilixxu lista ta’ sustanzi attivi li għandhom jiġu vvalutati, bl-għan tal-inklużjoni possibbli tagħhom fl-Anness I għad-Direttiva 91/414/KEE. Din il-lista tinkludi l-butralin. |
(3) |
Għall-butralin l-effetti fuq is-saħħa tal-bniedem u fuq l-ambjent ġew evalwati skont id-dispożizzjonijiet stipulati mir-Regolamenti (KE) Nru 451/2000 u (KE) Nru 1490/2002 għal firxa ta’ użi proposti min-notifikant. Barra minn hekk, dawn ir-Regolamenti jaħtru lill-Istati Membri relaturi li għandhom jippreżentaw ir-rapporti ta’ valutazzjoni u r-rakkomandazzjonijiet rilevanti lill-Awtorità Ewropea dwar is-Sikurezza tal-Ikel (EFSA) skont l-Artikolu 8(1) tar-Regolament (KE) Nru 451/2000. Rigward il-butralin l-Istat Membru relatur kien Franza u l-informazzjoni kollha rilevanti tressqet fl-20 ta’ Frar 2006. |
(4) |
Il-Kummissjoni investigat il-butralin skont l-Artikolu 11a tar-Regolament (KE) Nru 1490/2002. Abbozz tar-reviżjoni tar-rapport għal dik is-sustanza ġie rrivedut mill-Istati Membri u mill-Kummissjoni fi ħdan il-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali u ġie ffinalizzat fl-20 ta’ Mejju 2008 fil-format tar-rapport ta’ reviżjoni tal-Kummissjoni. |
(5) |
Matul l-investigazzjoni ta’ din is-sustanza attiva mill-Kumitat, ġie konkluż, b’kunsiderazzjoni tal-kummenti li waslu mingħand l-Istati Membri, li hemm indikazzjoni ċara li jista’ jiġi mistenni li għandha effetti ta’ ħsara fuq is-saħħa tal-bnedmin u b’mod partikolari fuq l-operaturi, minħabba li l-espożizzjoni hija ogħla minn 100 % tal-Livell(i) Aċċettabbli ta’ Espożizzjoni għall-Operaturi - LAEO. Barra minn dan, tħassib ieħor li ġie identifikat mill-Istat Membru relatur fir-rapport ta’ valutazzjoni tiegħu huwa inkluż fir-rapport ta’ reviżjoni għas-sustanza. |
(6) |
Il-Kummissjoni stiednet lin-notifikant sabiex jippreżenta l-kummenti tiegħu dwar l-investigazzjoni tal-butralin u dwar jekk kienx biħsiebu jappoġġja jew ma jappoġġjax aktar is-sustanza. In-notifikant ippreżenta l-kummenti tiegħu li ġew investigati bir-reqqa. Madankollu, minkejja l-argumenti mressqa min-notifikant, it-tħassib identifikat ma setax jitneħħa, u l-valutazzjonijiet li saru fuq il-bażi tat-tagħrif ippreżentat ma wrewx li jista’ jiġi mistenni li, fil-kundizzjonijiet ta’ użu proposti, prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom il-butralin jissodisfaw b’mod ġenerali r-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 5(1)(a) u (b) tad-Direttiva 91/414/KEE. |
(7) |
Għalhekk il-butralin ma għandux jiġi inkluż fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE. |
(8) |
Għandhom jittieħdu miżuri biex ikun żgurat li awtorizzazzjonijiet mogħtija għall-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom il-butralin jiġu rtirati f’perjodu ta’ żmien preskritt u li ma jiġġeddux, u li ma tingħata l-ebda awtorizzazzjoni ġdida lill-prodotti bħal dawn. |
(9) |
Kwalunkwe perjodu ta’ konċessjoni mogħti minn Stat Membru għar-rimi, il-ħażna, it-tqegħid fis-suq u l-użu tal-ħażniet eżistenti ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom il-butralin għandu jkun limitat għal 12-il xahar biex jippermetti li l-ħażniet eżistenti jkunu użati fi staġun wieħed ieħor ta’ tkabbir, li jiżgura li l-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom il-butralin jistgħu jibqgħu disponibbli 18-il xahar mill-adozzjoni ta’ din id-Deċiżjoni. |
(10) |
Din id-Deċiżjoni hija bla ħsara għall-preżentazzjoni ta’ applikazzjoni għall-butralin skont l-Artikolu 6(2) tad-Direttiva 91/414/KEE u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 33/2008 tas-17 ta’ Jannar 2008 li jistipula regoli dettaljati għall-applikazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE fir-rigward ta’ proċedura regolari u aċċellerata għall-valutazzjoni ta’ sustanzi attivi li kienu jagħmlu parti mill-programm ta’ ħidma msemmi fl-Artikolu 8(2) ta’ dik id-Direttiva iżda li ma ġewx inklużi fl-Anness I tagħha (4), bil-ħsieb ta’ inklużjoni possibbli fl-Anness I tagħha. |
(11) |
Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-butralin ma għandux jiġi inkluż bħala sustanza attiva fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE.
Artikolu 2
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li:
(a) |
l-awtorizzazzjonijiet għal prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom il-butralin se jiġu rtirati sal-20 ta’ April 2009; |
(b) |
l-ebda awtorizzazzjoni għal prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom il-butralin mhija se tingħata jew tiġġedded mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni. |
Artikolu 3
Kull perjodu ta’ konċessjoni mogħti mill-Istati Membri skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 4(6) tad-Direttiva 91/414/KEE, għandu jkun qasir kemm jista’ jkun u għandu jiskadi mhux aktar tard mill-20 ta’ April 2010.
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmula fi Brussell, 20 ta’ Ottubru 2008.
Għall-Kummissjoni
Androulla VASSILIOU
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 230, 19.8.1991, p. 1.
(2) ĠU L 55, 29.2.2000, p. 25.
(3) ĠU L 224, 21.8.2002, p. 23.