EUR-Lex Acesso ao direito da União Europeia

Voltar à página inicial do EUR-Lex

Este documento é um excerto do sítio EUR-Lex

Documento 31991L0692

Id-Direttiva tal-Kunsill tat-23 ta' Diċembru, 1991, biex tistandardizza u tirrazzjonalizza rapporti dwar l-implimentazzjoni ta' ċerti direttivi fuq l-ambjent

ĠU L 377, 31.12.1991, p. 48—54 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)

Estatuto jurídico do documento Já não está em vigor, Data do termo de validade: 03/07/2018; Imħassar b' 32018D0853

ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/1991/692/oj

31991L0692



Official Journal L 377 , 31/12/1991 P. 0048 - 0054
Finnish special edition: Chapter 15 Volume 10 P. 0208
Swedish special edition: Chapter 15 Volume 10 P. 0208


ID-DIRETTIVA TAL-KUNSILL

tat-23 ta' Diċembru, 1991,

biex tistandardizza u tirrazzjonalizza rapporti dwar l-implimentazzjoni ta' ċerti direttivi fuq l-ambjent

(91/692/KEE)

IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u partikolarment l-Artikolu 103s tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni ([1]),

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew ([2]),

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali ([3]),

Billi dwar xi Direttivi tal-Komunità fuq l-ambjent jeħtieġ li l-Istati Membri jħejju rapport fuq il-miżuri meħuda biex jimplimentawhom; billi l-Kummissjoni tagħmel abbozz ta' rapport konsolidat; billi Direttivi oħra tal-Komunità dwar l-ambjent ma jitolbux li jkun hemm rapporti bħal dawn;

Billi d-dispożizzjonijiet li hemm fis-seħħ bħalissa biex isiru rapporti jistipulaw intervalli differenti bejn ir-rapporti u jistabbilixxu ħtiġijiet differenti dwar il-kontenut tagħhom;

Billi obbligazzjoni bħal din għandha tiddaħħal biex kemm l-Istati Membri kif ukoll il-Kummissjoni jkunu jistgħu jeżaminaw il-progress li jkun sar fl-implimentazzjoni ta' dawk id-Direttivi fit-territorju kollu tal-Komunità u, fl-istess ħin, biex il-pubbliku inġenerali jkollu minn fejn jieħu informazzjoni fuq dan is-suġġett;

Billi d-dispożizzjonijiet li hemm fis-seħħ bħalissa għandhom għalhekk ikunu armonizzati biex isiru aktar konsistenti u aktar kompleti fuq bażi settorjali;

Billi l-intervall li fih l-Istati Membri jibagħtu dawn ir-rapporti lill-Kummissjoni għandu jkun dak stabbilit ta' tliet snin, b'intervall ta' sena bejn is-setturi; billi r-rapporti għandhom isiru skond kwestjonarju magħmul mill-Kummissjoni bl-għajnuna ta' kumitat, u mibgħuta lill-Istati Membri sitt xhur qabel il-bidu tal-perjodu msemmi fir-rapport; billi l-Kummissjoni għandha tippubblika rapport konsolidat fis-settur interessat fi żmien disa' xhur minn meta l-Istati Membri jibagħtu r-rapporti rispettivi tagħhom;

Billi, b'mod partikolari, ir-rapport dwar l-implimentazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 76/160/KEE tat-8 ta' Diċembru, 1975, dwar il-kwalità ta' l-ilma ta' l-għawm ([4]), kif l-aħħar emendata bl-Att ta' Aċċessjoni ta' l-1985, għandu joħroġ kull sena u fi żmien biżżejjed biex jgħarraf lill-pubbliku dwar il-kwalità ta' l-ilma fejn wieħed jgħum sa l-aktar żmien qarib.

Billi l-miżuri li jenħtieġ jittieħdu mill-Istati Membri ma jitolbux li jsiru liġijiet jew regolamenti billi t-tħejjija ta' rapporti dwar l-implimentazzjoni tad-Direttivi tal-Komunità bħalissa ma titlobx li jsiru dawk id-dispożizzjonijiet mill-Istati Membri,

ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA:

L-Artikolu 1

L-iskop ta' din id-Direttiva huwa li tirrazzjonalizza u ttejjeb fuq bażi settorjali d-dispożizzjonijiet fuq it-tixrid ta' informazzjoni u l-pubblikazzjoni ta' rapporti dwar ċerti Direttivi tal-Komunità fuq il-ħarsien ta' l-ambjent, bla ħsara għad-dispożizzjonijiet ta' l-ewwel vers ta' l-Artikolu 155 tat-Trattat.

L-Artikolu 2

1. Id-dispożizzjonijiet imsemmija fl-Anness I għandhom jinbidlu b'dan li ġej:

"F'intervalli ta' tliet snin l-Istati Membri għandhom jibagħtu informazzjoni lill-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva, permezz ta' rapport settorjali li għandu jiġbor fih ukoll Direttivi oħra relevanti tal-Komunità. Dan ir-rapport għandu jkun imsejjes fuq kwestjonarju jew punti prinċipali magħmula mill-Kummissjoni skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 6 tad-Direttiva 91/692/KEE (*). Il-kwestjonarju jew punti prinċipali għandhom jintbagħtu lill-Istati Membri sitt xhur qabel ma jibda l-perjodu li għalih ikun sar ir-rapport. Ir-rapport għandu jintbagħat lill-Kummissjoni fi żmien disa' xhur mit-tmiem tal-perjodu ta' tliet snin li għalih ikun sar.

L-ewwel rapport għandu jkun għall-perjodu mill-1993 sa l-1995, biż-żewġ dati magħduda.

Il-Kummissjoni għandha tippubblika rapport tal-Komunità dwar l-implimentazzjoni tad-Direttiva fi żmien disa' xhur minn meta tirċievi r-rapporti mill-Istati Membri.

___________

(*) ĠU L 377, tal-31.12.1991, p. 48."

2. It-test li jidher fil-paragrafu 1 għandu jiddaħħal fid-Direttivi msemmija fl-Anness II kif indikat.

L-Artikolu 3

L-Artikolu 13 tad-Direttiva 76/160/KEE għandu jinbidel b'dan li ġej:

"L-Artikolu 13

Kull sena, u għall-ewwel darba sal-31 ta' Diċembru, 1993, l-Istati Membri għandhom jibagħtu lill-Kummissjoni rapport dwar l-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva fis-sena li tkun għaddejja. Ir-rapport għandu jkun imsejjes fuq kwestjonarju jew punti prinċipali magħmula mill-Kummissjoni skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 6 tad-Direttiva 91/692/KEE (*). Il-kwestjonarju jew punti prinċipali għandhom jintbagħtu lill-Istati Membri sitt xhur qabel ma jibda l-perjodu li għalih ikun sar ir-rapport. Ir-rapport għandu jsir lill-Kummissjoni qabel l-aħħar tas-sena inkwistjoni.

Il-Kummissjoni għandha tippubblika rapport tal-Komunità dwar l-implimentazzjoni tad-Direttiva fi żmien erba' xhur minn meta tirċievi r-rapporti mill-Istati Membri.

__________

(*) ĠU L 377, tal-31.12.1991, p. 48."

L-Artikolu 4

1. Id-dispożizzjonijiet imsemmija fl-Anness III għandhom ikunu sostitwiti b'dan li ġej:

"F'intervalli ta' tliet snin l-Istati Membri għandhom jibagħtu informazzjoni lill-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva, permezz ta' rapport settorjali li għandu jiġbor fih ukoll Direttivi oħra relevanti tal-Komunità. Dan ir-rapport għandu jsir fuq kwestjonarju jew punti prinċipali magħmula mill-Kummissjoni skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 6 tad-Direttiva 91/692/KEE (*). Il-kwestjonarju jew punti prinċipali għandhom jintbagħtu lill-Istati Membri sitt xhur qabel ma jibda l-perjodu li għalih ikun sar ir-rapport. Ir-rapport għandu jintbagħat lill-Kummissjoni fi żmien disa' xhur mit-tmiem tal-perjodu ta' tliet snin li għalih ikun sar.

L-ewwel rapport għandu jkun għall-perjodu mill-1994 sal-1996, biż-żewġ dati magħduda.

Il-Kummissjoni għandha tippubblika rapport tal-Komunità dwar l-implimentazzjoni tad-Direttiva fi żmien disa' xhur minn meta tirċievi r-rapporti mill-Istati Membri.

__________

(*) ĠU L 377, tal-31.12.1991, p. 48."

2. It-test li jidher fil-paragrafu 1 għandu jiddaħħal fid-Direttivi msemmija fl-Anness IV kif hemm indikat.

3. It-test li ġej għandu jiddaħħal fid-Direttivi msemmija fl-Anness V kif hemm indikat.

"Il-Kummissjoni għandha kull sena tgħaddi lill-Istati Membri l-informazzjoni li tkun irċeviet skond dan l-Artikolu."

L-Artikolu 5

Id-dispożizzjonijiet imsemmija fl-Anness VI għandhom ikunu sostitwiti b'dan li ġej:

"F'intervalli ta' tliet snin l-Istati Membri għandhom jibagħtu informazzjoni lill-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva, permezz ta' rapport settorjali li għandu jiġbor fih ukoll Direttivi oħra relevanti tal-Komunità. Ir-rapport għandu jkun imsejjes fuq kwestjonarju jew punti prinċipali magħmula mill-Kummissjoni skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 6 tad-Direttiva 91/692/KEE (*). Il-kwestjonarju jew punti prinċipali għandhom jintbagħtu lill-Istati Membri sitt xhur qabel ma jibda l-perjodu li għalih ikun sar ir-rapport. Ir-rapport għandi jiġi magħmul lil Kummissjoni fi żmien disa' xhur fit-tmiem il-perjodu ta' tliet snin kopert minnu.

L-ewwel rapport għandu jkun għall-perjodu mill-1995 sal-1997, biż-żewġ dati magħduda.

Il-Kummissjoni għandha tippubblika rapport tal-Komunità dwar l-implimentazzjoni tad-Direttiva fi żmien disa' xhur minn meta tirċievi r-rapporti mill-Istati Membri.

____________

(*) ĠU L 377, tal-31.12.1991, p. 48."

L-Artikolu 6

Il-Kummissjoni għandha tkun assistita minn kumitat magħmul mir-rappreżentanti ta' l-Istati Membri u mmexxi mir-rappreżentant tal-Kummissjoni.

Ir-rappreżentant tal-Kummissjoni għandu jibgħat lill-kumitat abbozz tal-miżuri li jkunu ser jittieħdu. Il-Kumitat għandu jagħti l-opinjoni tiegħu fuq dak l-abbozz fi żmien li l-president tiegħu jista' jistabbilixxi skond l-urġenza tal-każ. L-opinjoni għandha tingħata bil-maġġoranza stabbilita fl-Artikolu 148(2) tat-Trattat fil-każ ta' deċiżjonijiet li l-Kunsill ikun irid jieħu fuq proposta tal-Kummissjoni. Il-voti tar-rappreżentanti ta' l-Istati Membri fil-Kumitat għandu jkollhom piż skond kif imsemmi f'dak l-Artikolu. Il-president m'għandux vot.

Il-Kummissjoni għandha tieħu miżuri li għandhom japplikaw minnufih. Iżda jekk dawn il-miżuri ma jkunux skond l-opinjoni tal-kumitat, huma għandhom ikunu kkomunikati mill-Kummissjoni lill-Kunsill minnufih. F'dak il-każ:

- il-Kummissjoni tista' tħalli l-applikazzjoni tal-miżuri li tkun iddeċidiet fuqhom għal perjodu ta' mhux aktar minn xahar mid-data ta' din il-komunika.

- il-Kunsill, li jaġixxi b'maġġoranza kwalifikata, jista' jieħu deċiżjoni differenti fil-perjodu taż-żmien imsemmi fl-ewwel inċiż.

L-Artikolu 7

1. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri li huma meħtieġa biex ikunu konformi mad-dispożizzjonijiet ta':

- l-Artikoli 2 u 3, l-aktar tard sa l-1 ta' Jannar, 1993,

- l-Artikolu 4, l-aktar tard sa l-1 ta'Jannar, 1994,

- l-Artikolu 5, l-aktar tard sa l-1 ta' Jannar, 1995.

Huma għandhom jgħarrfu minnufih lill-Kummissjoni dwar il-miżuri meħuda.

2. Id-dispożizzjonijiet li hemm fis-seħħ bħalissa tad-Direttivi varji li ġew emendati b'dispożizzjonijiet ġodda għandhom jibqgħu fis-seħħ sad-dati msemmija fl-ewwel subparagrafu 1.

3. Meta l-Istati Membri jieħdu l-miżuri msemmija fil-paragrafu 1, dawn għandhom jagħmlu referenza għal din id-Direttiva jew ikollhom magħhom referenza bħal dik meta jkunu ppubblikati uffiċjalment. Il-metodi ta' kif issir din ir-referenza għandhom ikunu stabbiliti mill-Istati Membri.

L-Artikolu 8

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, fit-23 ta' Diċembru, 1991.

Għall-Kunsill

Il-President

V. VAN ROOY

L-ANNESS I

Direttivi emendati skond l-Artikolu 2(1) ta' din id-Direttiva

(a) L-Artikolu 13(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 76/464/KEE ta' l-14 ta' Mejju 1976, dwar it-tniġġis ikkawżat minn ċerti sustanzi perikolużi mitfugħa fl-ambjent ta' l-ilma tal-Komunità ([5]).

(b) L-Artikolu 14 tad-Direttiva tal-Kunsill 78/176/KEE ta' l-20 ta' Frar 1978, fuq skart mill-industrija ta' l-ossidu tat-titanju ([6]), kif emendata bid-Direttiva 83/29/KEE ([7]).

(ċ) L-Artikolu 16 tad-Direttiva tal-Kunsill 78/659/KEE tat-18 ta' Lulju 1978, fuq il-kwalità ta' ilma ħelu li għandu jkun imħares jew imtejjeb biex il-ħut iżomm ħaj ([8]), kif l-aħħar emendata bl-Att ta' Aċċessjoni ta' l-1985.

(d) L-Artikolu 8 tad-Direttiva tal-Kunsill 79/869/KEE tad-9 ta' Ottubru, 1979, dwar il-metodi ta' kif u meta jitkejlu kampjuni u analiżi ta' l-ilma tal-wiċċ maħsub biex minnu jittieħed ilma għax-xorb fl-Istati Membri ([9]), kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 81/855/EEC ([10]).

(e) L-Artikolu 14 tad-Direttiva tal-Kunsill 79/923/KEE tat-30 ta' Ottubru, 1979, fuq il-kwalità ta' ilmijiet meħtieġa għal frott tal-baħar bil-qoxra ([11]).

(f) L-Artikolu 16(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 80/68/KEE tas-17 ta' Diċembru, 1979, fuq il-ħarsien ta' l-ilma ta' taħt l-art kontra t-tniġġis ikkawżat minn ċerti sustanzi perikolużi ([12]).

(g) L-Artikolu 5(1) u (2)(1) l-ewwel subparagrafu tad-Direttiva tal-Kunsill 82/176/KEE tat-22 ta' Marzu, 1982, fuq valuri ta' limitu u mira fil-kwalità ta' rimi ta' merkurju fl-industrija ta' l-elettrolisi tal-kloro-alkali ([13]).

(h) L-Artikolu 5(1) u (2) tad-Direttiva tal-Kunsill 83/513/KEE tas-26 ta' Settembru 1983, fuq il-valuri ta' limitu u mira fil-kwalità ta' rimita' kadmju([14]).

(i) L-Artikolu 6(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 84/156/KEE tat-8 ta' Marzu, 1984, fuq valuri ta' limitu u mira fil-kwalità fir-rimi ta' merkurju minn bnadi oħra barra dawk ta' l-industrija ta' l-elettrolisi tal-kloro-alkali ([15]).

(j) L-Artikolu 5(1) u (2) tad-Direttiva tal-Kunsill 84/491/KEE tad-9 ta' Ottubru, 1982, fuq il-valuri ta' limitu u mira fil-kwalità fir-rimi ta' idrokarbon esakloroċiklu likwidu ([16]).

(k) L-Artikolu 6(1) u (2) tad-Direttiva tal-Kunsill 86/280/KEE tat-12 ta' Ġunju, 1986, fuq il-valuri ta' limitu u mira fil-kwalità fir-rimi ta' ċerti sustanzi perikolużi msemmija fil-lista ta' l-Anness tad-Direttiva 76/464/KEE ([17]), kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 90/415/KEE ([18]).

L-ANNESS II

Direttivi ssupplimentati skond l-Artikolu 2(2) ta' din id-Direttiva

(a) Id-Direttiva tal-Kunsill 75/440/KEE tas-16 ta' Ġunju, 1975, dwar il-kwalità ta' l-ilma tal-wiċċ maħsub biex minnu jittieħed ilma għax-xorb fl-Istati Membri ([19]), kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 79/869/KEE ([20]).

It-test ta' l-Artikolu 2(1) ta' din id-Direttiva huwa inkorporat fl-Artikolu 9a.

(b) Id-Direttiva tal-Kunsill 80/778/KEE tal-15 ta' Lulju, 1980, dwar il-kwalità ta' l-ilma maħsub għall-konsum tan-nies ([21]), kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 81/858/KEE ([22]).

It-test ta' l-Artikolu 2(1) ta' din id-Direttiva huwa inkorporat fl-Artikolu 17a.

L-ANNESS III

Direttivi emendati skond l-Artikolu 4(1) ta' din id-Direttiva

(a) L-Artikolu 8 tad-Direttiva tal-Kunsill 80/779/KEE tal-15 ta' Lulju fuq il-valuri ta' limitu tal-kwalità ta' l-arja u valuri ta' gwida għal diossidu tal-kubrit u partikuli sospiżi ([23]), kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 89/427/KEE ([24]).

(b) L-Artikolu 18 tad-Direttiva tal-Kunsill 82/501/KEE ta' l-24 ta' Ġunju 1982 dwar riskji ta' aċċidenti gravi minn ċerti attivitajiet industrijali ([25]), kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 88/610/EEC ([26]).

(ċ) L-Artikolu 6 tad-Direttiva tal-Kunsill 82/884/KEE tat-3 ta' Diċembru 1982 fuq il-valur ta' limitu għal ċomb fl-arja ([27]).

(d) L-Artikolu 8 tad-Direttiva tal-Kunsill 85/203/KEE tas-7 ta' Marzu 1985 fuq livelli ta' kwalità ta' l-arja għal diossidu tan-nitroġenu ([28]), kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 85/580/KEE ([29]).

(e) L-Artikolu 13(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 87/217/KEE tad-19 ta' Marzu 1987 biex jinżamm u jitnaqqas it-tniġġis ta' l-ambjent mill-asbestos ([30]).

L-ANNESS IV

Direttivi emendati skond l-Artikolu 4(2) ta' din id-Direttiva

(a) Id-Direttiva tal-Kunsill 75/716/KEE ta' l-24 ta' Novembru 1975 fuq l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri dwar il-kontenut ta' kubrit ta' ċerti kombustibbli likwidi ([31]), kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 87/219/KEE ([32]).

It-test ta' l-Artikolu 4(2) ta' din id-Direttiva huwa Inkorporat fl-Artikolu 7a.

(b) Id-Direttiva tal-Kunsill 84/360/KEE tat-28 ta' Ġunju 1984 fil-ġlieda kontra t-tniġġis ta' l-arja minn impjanti industrijali ([33]).

It-test ta' l-Artikolu 4(2) ta' din id-Direttiva huwa inkorporat fl-Artikolu 15a.

L-ANNESS V

Direttivi emendati skond l-Artikolu 4(3) ta' din id-Direttiva

(a) Id-Direttiva tal-Kunsill 80/779/KEE tal-15 ta' Lulju 1980 fuq il-valuri ta' limiti tal-kwalità ta' l-arja u valuri ta' gwida għal diossidu tal-kubrit u partikuli sospiżi, kif emendata bid-Direttiva 89/427/KEE.

It-test ta' l-Artikolu 4(3) ta' din id-Direttiva huwa inkorporat fl-Artikolu 7(4).

(b) Id-Direttiva tal-Kunsill 82/884/KEE tat-3 ta' Diċembru 1982 fuq valur ta' limitu għal ċomb fl-arja.

It-test ta' l-Artikolu 4(3) ta' din id-Direttiva huwa inkorporat fl-Artikolu 5(4).

(d) Id-Direttiva tal-Kunsill 85/203/KEE tas-7 ta' Marzu 1985 fuq livelli ta' kwalità ta' l-arja għal diossidu tan-nitroġenu, kif emendata bid-Direttiva 85/580/KEE.

It-test ta' l-Artikolu 4(3) ta' din id-Direttiva huwa inkorporat fl-Artikolu 7(4).

L-ANNESS VI

Direttivi emendati skond l-Artikolu 5 ta' din id-Direttiva

(a) L-Artikolu 18 tad-Direttiva tal-Kunsill 74/439/KEE tas-16 ta' Ġunju 1975 fuq ir-rimi ta' skart ta' żjut ([34]), kif emendata bid-Direttiva 87/101/KEE ([35]).

(b) L-Artikolu 16 tad-Direttiva tal-Kunsill 75/442/KEE tal-15 ta' Lulju, 1975, fuq l-iskart ([36]), kif emendata bid-Direttiva 91/156/KEE ([37]).

(ċ) L-Artikolu 10 tad-Direttiva tal-Kunsill 76/403/KEE tas-6 ta' April 1976 fuq ir-rimi ta' bifenil miżjud bil-poliklorin u terfenil miżjud bil-poliklorin ([38]).

(d) L-Artikolu 16 tad-Direttiva tal-Kunsill 78/319/KEE ta' l-20 ta' Marzu, 1978, fuq skart tossiku u perikoluż ([39]), kif l-aħħar emendata bl-Att ta' Aċċessjoni ta' l-1985.

(e) L-Artikolu 13(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 84/631/KEE tas-6 Diċembru 1984 dwar is-sorveljanza u l-kontroll fil-Komunità Ewropea fuq it-trasport bil-vapuri bejn il-fruntieri ta' skart perikoluż ([40]), kif l-aħħar emendata bid-Direttiva tal-Kummissjoni 87/112/EEC ([41]).

(f) L-Artikolu 6 tad-Direttiva tal-Kunsill 85/339/KEE tas-27 ta' Ġunju 1985 fuq kontenituri ta' likwidi għall-konsum tan-nies ([42]).

(g) L-Artikolu 17 tad-Direttiva tal-Kunsill 86/278/KEE tat-12 ta' Ġunju, 1986, fuq il-ħarsien ta' l-ambjent, u partikolarment tal-ħamrija, meta tajn tad-drenaġġ jintuża fl-agrikoltura ([43]).

[1] ĠU C 214, tad-29.8.1990, p. 6.

[2] ĠU C 19, tat-28.1.1991, p. 587.

[3] ĠU C 60, tat-8.3.1991, p. 15.

[4] ĠU L 31, tal-5.2.1976, p. 1.

[5] ĠU L 129, tat-18.5.1976, p. 23.

[6] ĠU L 54, tal-25.2.1978, p. 19.

[7] ĠU L 32, tat-3.2.1983, p. 28.

[8] ĠU L 222, ta' l-14.8.1978, p. 1.

[9] ĠU L 271, tad-29.10.1979, p. 44.

[10] ĠU L 319, tas-7.11.1981, p. 16.

[11] ĠU L 281, ta' l-10.11.1979, p. 47.

[12] ĠU L 20, tas-26.1.1980, p. 43.

[13] ĠU L 81, tas-27.3.1982, p. 29.

[14] ĠU L 291, ta' l-24.10.1983, p. 2.

[15] ĠU L 74, tas-17.3.1984, p. 49.

[16] ĠU L 274, tas-17.10.1984, p. 11.

[17] ĠU L 181, ta' l-4.7.1986, p. 16.

[18] ĠU L 219, ta' l-14.8.1990, p. 49.

[19] ĠU L 194, tal-25.7.1975, p. 26.

[20] ĠU L 271, tad-29.10.1979, p. 44.

[21] ĠU L 229, tat-30.8.1980, p. 11.

[22] ĠU L 319, tas-7.11.1981, p. 19.

[23] ĠU L 229, tat-30.8.1980, p. 30.

[24] ĠU L 201, ta' l-14.7.1989, p. 53.

[25] ĠU L 230, tal-5.8.1982, p. 1.

[26] ĠU L 336, tas-7.12.1988, p. 14.

[27] ĠU L 378, tal-31.12.1982, p. 15.

[28] ĠU L 87, tas-27.3.1985, p. 1.

[29] ĠU L 372, tal-31.12.1985, p. 36.

[30] ĠU L 85, tat-28.3.1987, p. 40.

[31] ĠU L 307, tas-27.11.1975. p. 22.

[32] ĠU L 91, tat-3.4.1987, p. 19.

[33] ĠU L 188, tas-16.7.1984, p. 20.

[34] ĠU L 194, tal-25.7.1975, p. 23.

[35] ĠU L 42, tat-12.2.1987, p. 43.

[36] ĠU L 194, tal-25.7.1975, p. 39.

[37] ĠU L 78, tas-26.3.1991, p. 32.

[38] ĠU L 108, tas-26.4.1976, p. 41.

[39] ĠU L 84, tal-31.3.1978, p. 43.

[40] ĠU L 236, tat-13.12.1984, p. 31.

[41] ĠU L 48, tas-17.2.1987, p. 31.

[42] ĠU L 176, tas-6.7.1985, p. 18.

[43] ĠU L 181, ta' l-4.7.1986. p. 6.

Início