EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62012CA0174

Kawża C-174/12: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tad- 19 ta’ Diċembru 2013 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Handelsgericht Wien — l-Awstrija) — Alfred Hirmann vs Immofinanz AG (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Dritt tal-kumpanniji — It-Tieni Direttiva 77/91/KEE — Responsabbiltà ta’ kumpannija b’responsabbiltà limitata għal ksur tal-obbligi tagħha fil-qasam tar-reklamar — Ineżattezza tal-informazzjoni inkluża fi prospett ta’ sottoskrizzjoni — Portata tar-responsabbiltà — Leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li tipprevedi r-radd lura tal-prezz li l-akkwirent ikun ħallas għax-xiri tal-ishma)

ĠU C 52, 22.2.2014, p. 9–10 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

22.2.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 52/9


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tad-19 ta’ Diċembru 2013 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Handelsgericht Wien — l-Awstrija) — Alfred Hirmann vs Immofinanz AG

(Kawża C-174/12) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Dritt tal-kumpanniji - It-Tieni Direttiva 77/91/KEE - Responsabbiltà ta’ kumpannija b’responsabbiltà limitata għal ksur tal-obbligi tagħha fil-qasam tar-reklamar - Ineżattezza tal-informazzjoni inkluża fi prospett ta’ sottoskrizzjoni - Portata tar-responsabbiltà - Leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li tipprevedi r-radd lura tal-prezz li l-akkwirent ikun ħallas għax-xiri tal-ishma)

2014/C 52/13

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Handelsgericht Wien

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Alfred Hirmann

Konvenuta: Immofinanz AG

Fil-preżenza ta’: Aviso Zeta AG

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Handelsgericht Wien — Interpretazzjoni tal-Artikoli 12, 15, 16, 18, 19 u 42 tat-Tieni Direttiva tal-Kunsill 77/91/KEE, tat-13 ta’ Diċembru 1976, dwar il-koordinazzjoni ta’ salvagwardji li, għall-protezzjoni tal-interessi ta’ membri u oħrajn, huma meħtieġa mill-Istati Membri ta’ kumpanniji fis-sens tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 58 tat-Trattat, dwar il-formazzjoni ta’ kumpanniji pubbliċi ta’ responsabbiltà limitata u ż-żamma u t-tibdil tal-kapital tagħhom, bil-għan li jagħmlu dawn is-salvagwardi ekwivalenti (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 17, Vol. 1, p. 8), kif emendata, tal-Artikoli 6 u 25 tad-Direttiva 2003/71/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-4 ta’ Novembru 2003, dwar il-prospett li għandu jiġi ppubblikat meta titoli jiġu offruti lill-pubbliku jew jiġu ammessi għall-kummerċ u li temenda d-Direttiva 2001/34/KE (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 6, p. 356), kif emendata bid-Direttiva 2008/11/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-11 ta’ Marzu 2008 (ĠU L 76, p. 37), tal-Artikoli 12 u 13 tad-Direttiva 2009/101/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-16 ta’ Settembru 2009, dwar il-koordinazzjoni ta’ salvagwardji li, għall-protezzjoni tal-interessi ta’ membri u oħrajn, huma meħtieġa mill-Istati Membri minn kumpaniji fis-sens tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 48 tat-Trattat, bil-għan li tagħmel dawn is-salvagwardji ekwivalenti (ĠU L 258, p. 11), tal-Artikoli 7, 17 u 28 tad-Direttiva 2004/109/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-15 ta’ Diċembru 2004, dwar l-armonizzazzjoni tar-rekwiżiti ta’ trasparenza f’dak li għandu x’jaqsam ma’ informazzjoni dwar emittenti li t-titoli tagħhom huma ammessi għall-kummerċ f’suq regolat u li temenda d-Direttiva 2001/34/KE (ĠU L 390, p. 38) kif ukoll tal-Artikolu 14 tad-Direttiva 2003/6/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-28 ta’ Jannar 2003, dwar insider dealing u manipulazzjoni tas-suq (abbuż tas-suq) (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 4, p. 367) — Responsabbiltà ta’ kumpannija pubblika b’responsabbiltà limitata għall-ksur tal-obbligi tagħha fil-qasam ta’ reklamar — Ineżattezza tal-informazzjoni li tinsab fi prospett ta’ ħruġ — Leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li tipprevedi f’każ bħal dan il-ħlas lura tal-prezz li x-xerrej ikun ħallas għall-azzjonijiet sottoskritti — Sitwazzjoni li fiha dawn l-azzjonijiet inxtraw fis-suq sekondarju, abbażi tal-prospett ta’ ħruġ

Dispożittiv

(1)

L-Artikoli 12, 15, 16, 18, 19 u 42 tat-Tieni Direttiva tal-Kunsill 77/91/KEE, tat-13 ta’ Diċembru 1976, dwar il-koordinazzjoni ta’ salvagwardji li, għall-protezzjoni ta’ l-interessi ta’ membri u oħrajn, huma meħtieġa mill-Istati Membri ta’ kumpanniji fis-sens tat-tieni paragrafu ta’ l-Artikolu [48 KE], dwar il-formazzjoni ta’ kumpanniji pubbliċi ta’ responsabbilità limitata u ż-żamma u t-tibdil tal-kapital tagħhom, bil-għan li jagħmlu dawn is-salvagwardji ekwivalenti, kif emendata bid-Direttiva tal-Kunsill 92/101/KE, tat-23 ta’ Novembru 1992, għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jipprekludux leġiżlazzjoni nazzjonali li, fil-kuntest tat-traspożizzjoni tad-Direttivi

2003/71/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-4 ta’ Novembru 2003, dwar il-prospett li għandu jiġi ppubblikat meta titoli jiġu offruti lill-pubbliku jew jiġu ammessi għall-kummerċ u li temenda d-Direttiva 2001/34,

2004/109/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-15 ta’ Diċembru 2004, dwar l-armonizzazzjoni tar-rekwiżiti ta’ trasparenza f’dak li għandu x’jaqsam ma’ informazzjoni dwar emittenti li t-titoli tagħhom huma ammessi għall-kummerċ f’suq regolat u li temenda d-Direttiva Nru 2001/34/KE,

u 2003/6/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-28 ta’ Jannar 2003, dwar insider dealing u manipulazzjoni tas-suq (abbuż tas-suq),

minn naħa, tipprevedi r-responsabbiltà ta’ kumpannija b’responsabbiltà limitata, inkwantu dik li ħarġet l-ishma, fil-konfront ta’ dak li jkun xtara ishma tal-istess kumpannija, minħabba ksur tal-obbligi ta’ informazzjoni previsti minn dawn id-direttivi, u, min-naħa l-oħra, timponi, minħabba din ir-responsabbiltà, l-obbligu tal-kumpannija kkonċernata li tirrimborsa lill-akkwirent l-ammont li jikkorrispondi għall-prezz tax-xiri tal-ishma u li tieħu lura l-imsemmija ishma.

(2)

L-Artikoli 12 u 13 tad-Direttiva 2009/101/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-16 ta’ Settembru 2009, dwar il-koordinazzjoni ta’ salvagwardji li, għall-protezzjoni tal-interessi ta’ membri u oħrajn, huma meħtieġa mill-Istati Membri minn kumpaniji fis-sens tat-tieni paragrafu tal-Artikolu [48 KE], bil-għan li tagħmel dawn is-salvagwardji ekwivalenti għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jipprekludux leġiżlazzjoni nazzjonali li, f’ċirkustanzi bħal dawk fil-kawża prinċipali, tipprevedi l-annullament retroattiv ta’ kuntratt ta’ xiri ta’ ishma.

(3)

L-Artikoli 12, 15, 16, 18, 19 u 42 tat-Tieni Direttiva 77/91, kif emendata bid-Direttiva 92/101, kif ukoll 12 u 13 tad-Direttiva 2009/101 għandhom jiġu interpretati fis-sens li r-responsabbiltà stabbilita bil-leġiżlazzjoni nazzjonali inkwistjoni fil-kawża prinċipali ma hijiex neċessarjament limitata għall-valur tal-ishma, ikkalkolat skont il-prezz ta’ dawn fil-borża jekk il-kumpannija hija kkwotata fil-borża, fil-mument li fih tiġi eżerċitata l-għażla.


(1)  ĠU C 151, 26.5.2012


Top