This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32008D0339
2008/339/EC: Commission Decision of 25 April 2008 amending Annex XI to Council Directive 2003/85/EC as regards the list of laboratories authorised to handle live foot-and-mouth disease virus (notified under document number C(2008) 1577) (Text with EEA relevance)
2008/339/KE: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal- 25 ta' April 2008 li temenda l-Anness XI tad-Direttiva tal-Kunsill 2003/85/KE fir-rigward tal-lista tal-laboratorji awtorizzati li jimmaniġġjaw il-virus ħaj tal-marda ta’ l-ilsien u d-dwiefer (notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 1577) Test b’relevanza għaż-ŻEE
2008/339/KE: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal- 25 ta' April 2008 li temenda l-Anness XI tad-Direttiva tal-Kunsill 2003/85/KE fir-rigward tal-lista tal-laboratorji awtorizzati li jimmaniġġjaw il-virus ħaj tal-marda ta’ l-ilsien u d-dwiefer (notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 1577) Test b’relevanza għaż-ŻEE
ĠU L 115, 29.4.2008, p. 39–40
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
No longer in force, Date of end of validity: 13/07/2021; Imħassar b' 32020R0687
29.4.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 115/39 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tal-25 ta' April 2008
li temenda l-Anness XI tad-Direttiva tal-Kunsill 2003/85/KE fir-rigward tal-lista tal-laboratorji awtorizzati li jimmaniġġjaw il-virus ħaj tal-marda ta’ l-ilsien u d-dwiefer
(notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 1577)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
(2008/339/KE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2003/85/KE tad-29 ta’ Settembru 2003 dwar miżuri tal-Komunità fuq il-kontroll tal-marda ta’ l-ilsien u d-dwiefer li tirrevoka d-Direttiva 85/511/KEE u d-Deċiżjoni 89/531/KEE u 91/665/KEE u temenda d-Direttiva 92/46/KEE (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 67(2) tagħha,
Billi:
(1) |
Id-Direttiva 2003/85/KE tistipula miżuri minimi ta’ kontroll li għandhom jiġu applikati fil-każ ta’ tifqigħa tal-marda ta’ l-ilsien u d-dwiefer u ċerti miżuri preventivi bl-għan li jiżdiedu l-kuxjenza u t-tlestija mill-awtoritajiet kompetenti u mill-komunità agrikola għal dik il-marda. |
(2) |
Il-miżuri preventivi stipolati fid-Direttiva 2003/85/KE jinkludu d-dispożizzjoni li l-Istati Membri għandhom jaċċertaw li l-immaniġġjar tal-virus ħaj tal-marda ta’ l-ilsien u d-dwiefer għar-riċerka, id-dijanjożi u l-manifattura jsir biss f’laboratorji approvati elenkati fl-Anness XI ta’ dik id-Direttiva. |
(3) |
Il-Parti A ta’ l-Anness XI tad-Direttiva 2003/85/KE telenka l-laboratorji nazzjonali awtorizzati biex jimmaniġġjaw il-virus ħaj tal-marda ta’ l-ilsien u d-dwiefer għal finijiet dijanjostiċi u ta’ riċerka. |
(4) |
Id-Danimarka infurmat uffiċjalment lill-Kummissjoni bil-bidliet marbuta ma’ l-amministrazzjoni tal-laboratorju ta’ referenza nazzjonali għall-marda ta’ l-ilsien u d-dwiefer. |
(5) |
Il-Latvja u s-Slovenja infurmaw uffiċjalment lill-Kummissjoni li l-laboratorji ta’ referenza nazzjonali rispettivi tagħhom ma għadhomx meqjusa li jissodisfaw l-istandards ta’ sikurezza stipulati fl-Artikolu 65(d) u u għalhekk għandhom jitħassru mil-lista tal-Parti A ta’ l-Anness XI tad-Direttiva 2003/85/KE. |
(6) |
L-Olanda infurmat uffiċjalment lill-Kummissjoni bil-bidliet marbuta ma’ isem il-laboratorju ta’ referenza nazzjonali tagħha għall-marda ta’ l-ilsien u d-dwiefer. |
(7) |
Għal raġunijiet ta’ sikurezza huwa importanti li l-lista ta’ laboratorji nazzjonali awtorizzati biex jimmaniġġjaw il-virus ta’ l-ilsien u d-dwiefer li tinsab fid-Direttiva 2003/85/KE tibqa' aġġornata. |
(8) |
Għaldaqstant, huwa meħtieġ li l-lista ta’ laboratorji li huma awtorizzati li jimmaniġġjaw il-virus ħaj tal-marda ta’ l-ilsien u d-dwiefer li tinsab fil-Parti A ta’ l-Anness XI tad-Direttiva 2003/85/KE tinbidel bil-lista stabbilita fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni. |
(9) |
Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti għall-Katina Alimentari u s-Saħħa ta’ l-Annimali, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Fl-Anness XI tad-Direttiva 2003/85/KE, il-Parti A qiegħda tinbidel bit-test fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmula fi Brussell, 25 ta’ April 2008.
Għall-Kummissjoni
Androulla VASSILIOU
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 306, 22.11.2003, p. 1. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar mid-Direttiva 2006/104/KE (ĠU L 363, 20.12.2006, p. 352).
ANNESS
“PARTI A
Il-laboratorji nazzjonali awtorizzati li jimmaniġġjaw il-virus ħaj tal-marda ta' l-ilsien u d-dwiefer
L-Istat Membru fejn jinsab il-laboratorju |
Laboratorju |
L-Istati Membri li qed jużaw is-servizzi tal-laboratorju |
|||||
Kodiċi ISO |
Isem |
||||||
AT |
L-Awstrija |
Österreichische Agentur für Gesundheit und Ernährungssicherheit Veterinärmedizinische Untersuchungen Mödling |
L-Awstrija |
||||
BE |
Il-Belġju |
Veterinary and Agrochemical Research Centre CODA-CERVA-VAR Uccle |
Il-Belġju Il-Lussemburgu |
||||
BG |
Il-Bulgarija |
Национален диагностичен научноизследователски ветеринарно-медицински институт Проф. д-р Георги Павлов, Национална референтна лаборатория Шап и везикулозна болест по свинете (National Diagnostic Veterinary Research Institute Prof. Dr. Georgi Pavlov, National Reference Laboratory for Foot-and-Mouth Disease and Swine Vesicular Diseases) |
Il-Bulgarija |
||||
CZ |
Ir-Repubblika Ċeka |
Statní veterinární ústav Praha, Praha |
Ir-Repubblika Ċeka |
||||
DE |
Il-Ġermanja |
Friedrich-Loeffler-Institut Bundesforschungsinstitut für Tiergesundheit, Greifswald - Insel Riems |
Il-Ġermanja Is-Slovakkja |
||||
DK |
Id-Danimarka |
Danmarks Tekniske Universitet, Veterinærinstituttet Afdeling for Virologi, Lindholm Danish Technical University, Veterinary Institute, Department of Virology, Lindholm |
Id-Danimarka Il-Finlandja L-Iżvezja |
||||
EL |
Il-Greċja |
Ινστιτούτο αφθώδους πυρετού, Αγία Παρασκευή Αττικής |
Il-Greċja |
||||
ES |
Spanja |
Laboratorio Central de Sanidad Animal, Madrid |
Spanja |
||||
FR |
Franza |
Agence française de sécurité sanitaire des aliments (AFSSA)
|
Franza |
||||
HU |
L-Ungerija |
Országos Állategészségügyi Intézet (OÁI), Budapest |
L-Ungerija |
||||
IT |
L-Italja |
Istituto zooprofilattico sperimentale della Lombardia e dell'Emilia-Romagna, Brescia |
L-Italja Ċipru |
||||
LT |
Il-Litwanja |
Nacionalinė veterinarijos laboratorija, Vilnius |
Il-Litwanja |
||||
NL |
L-Olanda |
Central Veterinary Institute of Wageningen UR, Lelystad |
L-Olanda |
||||
PL |
Il-Polonja |
Zakład Pryszczycy Państwowego Instytutu Weterynaryjnego – Państwowego Instytutu Badawczego, Zduńska Wola |
Il-Polonja |
||||
RO |
Ir-Rumanija |
Institutul de Diagnostic și Sănătate Animală, București |
Ir-Rumanija |
||||
UK |
Ir-Renju Unit |
Institute for Animal Health, Pirbright |
Ir-Renju Unit L-Estonja Il-Finlandja L-Irlanda Il-Latvja Malta Is-Slovenja L-Iżvezja” |