EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32008D0339

2008/339/KE: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal- 25 ta' April 2008 li temenda l-Anness XI tad-Direttiva tal-Kunsill 2003/85/KE fir-rigward tal-lista tal-laboratorji awtorizzati li jimmaniġġjaw il-virus ħaj tal-marda ta’ l-ilsien u d-dwiefer (notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 1577) Test b’relevanza għaż-ŻEE

OJ L 115, 29.4.2008, p. 39–40 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
Special edition in Croatian: Chapter 03 Volume 051 P. 204 - 205

In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2008/339/oj

29.4.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 115/39


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tal-25 ta' April 2008

li temenda l-Anness XI tad-Direttiva tal-Kunsill 2003/85/KE fir-rigward tal-lista tal-laboratorji awtorizzati li jimmaniġġjaw il-virus ħaj tal-marda ta’ l-ilsien u d-dwiefer

(notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 1577)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2008/339/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2003/85/KE tad-29 ta’ Settembru 2003 dwar miżuri tal-Komunità fuq il-kontroll tal-marda ta’ l-ilsien u d-dwiefer li tirrevoka d-Direttiva 85/511/KEE u d-Deċiżjoni 89/531/KEE u 91/665/KEE u temenda d-Direttiva 92/46/KEE (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 67(2) tagħha,

Billi:

(1)

Id-Direttiva 2003/85/KE tistipula miżuri minimi ta’ kontroll li għandhom jiġu applikati fil-każ ta’ tifqigħa tal-marda ta’ l-ilsien u d-dwiefer u ċerti miżuri preventivi bl-għan li jiżdiedu l-kuxjenza u t-tlestija mill-awtoritajiet kompetenti u mill-komunità agrikola għal dik il-marda.

(2)

Il-miżuri preventivi stipolati fid-Direttiva 2003/85/KE jinkludu d-dispożizzjoni li l-Istati Membri għandhom jaċċertaw li l-immaniġġjar tal-virus ħaj tal-marda ta’ l-ilsien u d-dwiefer għar-riċerka, id-dijanjożi u l-manifattura jsir biss f’laboratorji approvati elenkati fl-Anness XI ta’ dik id-Direttiva.

(3)

Il-Parti A ta’ l-Anness XI tad-Direttiva 2003/85/KE telenka l-laboratorji nazzjonali awtorizzati biex jimmaniġġjaw il-virus ħaj tal-marda ta’ l-ilsien u d-dwiefer għal finijiet dijanjostiċi u ta’ riċerka.

(4)

Id-Danimarka infurmat uffiċjalment lill-Kummissjoni bil-bidliet marbuta ma’ l-amministrazzjoni tal-laboratorju ta’ referenza nazzjonali għall-marda ta’ l-ilsien u d-dwiefer.

(5)

Il-Latvja u s-Slovenja infurmaw uffiċjalment lill-Kummissjoni li l-laboratorji ta’ referenza nazzjonali rispettivi tagħhom ma għadhomx meqjusa li jissodisfaw l-istandards ta’ sikurezza stipulati fl-Artikolu 65(d) u u għalhekk għandhom jitħassru mil-lista tal-Parti A ta’ l-Anness XI tad-Direttiva 2003/85/KE.

(6)

L-Olanda infurmat uffiċjalment lill-Kummissjoni bil-bidliet marbuta ma’ isem il-laboratorju ta’ referenza nazzjonali tagħha għall-marda ta’ l-ilsien u d-dwiefer.

(7)

Għal raġunijiet ta’ sikurezza huwa importanti li l-lista ta’ laboratorji nazzjonali awtorizzati biex jimmaniġġjaw il-virus ta’ l-ilsien u d-dwiefer li tinsab fid-Direttiva 2003/85/KE tibqa' aġġornata.

(8)

Għaldaqstant, huwa meħtieġ li l-lista ta’ laboratorji li huma awtorizzati li jimmaniġġjaw il-virus ħaj tal-marda ta’ l-ilsien u d-dwiefer li tinsab fil-Parti A ta’ l-Anness XI tad-Direttiva 2003/85/KE tinbidel bil-lista stabbilita fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.

(9)

Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti għall-Katina Alimentari u s-Saħħa ta’ l-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Fl-Anness XI tad-Direttiva 2003/85/KE, il-Parti A qiegħda tinbidel bit-test fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussell, 25 ta’ April 2008.

Għall-Kummissjoni

Androulla VASSILIOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 306, 22.11.2003, p. 1. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar mid-Direttiva 2006/104/KE (ĠU L 363, 20.12.2006, p. 352).


ANNESS

“PARTI A

Il-laboratorji nazzjonali awtorizzati li jimmaniġġjaw il-virus ħaj tal-marda ta' l-ilsien u d-dwiefer

L-Istat Membru fejn jinsab il-laboratorju

Laboratorju

L-Istati Membri li qed jużaw is-servizzi tal-laboratorju

Kodiċi ISO

Isem

AT

L-Awstrija

Österreichische Agentur für Gesundheit und Ernährungssicherheit

Veterinärmedizinische Untersuchungen Mödling

L-Awstrija

BE

Il-Belġju

Veterinary and Agrochemical Research Centre CODA-CERVA-VAR Uccle

Il-Belġju

Il-Lussemburgu

BG

Il-Bulgarija

Национален диагностичен научноизследователски ветеринарно-медицински институт Проф. д-р Георги Павлов, Национална референтна лаборатория Шап и везикулозна болест по свинете

(National Diagnostic Veterinary Research Institute Prof. Dr. Georgi Pavlov, National Reference Laboratory for Foot-and-Mouth Disease and Swine Vesicular Diseases)

Il-Bulgarija

CZ

Ir-Repubblika Ċeka

Statní veterinární ústav Praha, Praha

Ir-Repubblika Ċeka

DE

Il-Ġermanja

Friedrich-Loeffler-Institut

Bundesforschungsinstitut für Tiergesundheit,

Greifswald - Insel Riems

Il-Ġermanja

Is-Slovakkja

DK

Id-Danimarka

Danmarks Tekniske Universitet, Veterinærinstituttet

Afdeling for Virologi, Lindholm

Danish Technical University, Veterinary Institute,

Department of Virology, Lindholm

Id-Danimarka

Il-Finlandja

L-Iżvezja

EL

Il-Greċja

Ινστιτούτο αφθώδους πυρετού,

Αγία Παρασκευή Αττικής

Il-Greċja

ES

Spanja

Laboratorio Central de Sanidad Animal, Madrid

Spanja

FR

Franza

Agence française de sécurité sanitaire des aliments (AFSSA)

Laboratoire d’études et de recherches en pathologie bovine et hygiène des viandes, Lyon

Laboratoire d’études et de recherches en pathologie animale et zoonoses, Maisons-Alfort

Franza

HU

L-Ungerija

Országos Állategészségügyi Intézet (OÁI), Budapest

L-Ungerija

IT

L-Italja

Istituto zooprofilattico sperimentale della Lombardia e dell'Emilia-Romagna, Brescia

L-Italja

Ċipru

LT

Il-Litwanja

Nacionalinė veterinarijos laboratorija, Vilnius

Il-Litwanja

NL

L-Olanda

Central Veterinary Institute of Wageningen UR, Lelystad

L-Olanda

PL

Il-Polonja

Zakład Pryszczycy Państwowego

Instytutu Weterynaryjnego – Państwowego

Instytutu Badawczego, Zduńska Wola

Il-Polonja

RO

Ir-Rumanija

Institutul de Diagnostic și Sănătate Animală, București

Ir-Rumanija

UK

Ir-Renju Unit

Institute for Animal Health, Pirbright

Ir-Renju Unit

L-Estonja

Il-Finlandja

L-Irlanda

Il-Latvja

Malta

Is-Slovenja

L-Iżvezja”


Top