EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32006L0008

2006/8/KE: Direttiva tal-Kummissjoni 2006/8/KE tat- 23 ta’ Jannar 2006 li temenda, għal raġunijiet ta’ l-adattament tagħhom għall-progress tekniku, l-Annessi II, III u V lid-Direttiva 1999/45/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tirrigwarda l-approssimazzjoni tal-liġijiet, tar-regolamenti u tad-dispożizzjonijiet amministrattivi ta’ l-Istati Membri dwar il-klassifikazzjoni, l-imballaġġ u l-ittikkettjar tal-preparazzjonjijiet perikolużi Test b’rilevanza għaż-ŻEE.

ĠU L 19, 24.1.2006, p. 12–19 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
ĠU L 330M, 28.11.2006, p. 25–32 (MT)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (BG, RO, HR)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/05/2015; Impliċitament imħassar minn 32008R1272

ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2006/8/oj

28.11.2006   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

25


DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 2006/8/KE

tat-23 ta’ Jannar 2006

li temenda, għal raġunijiet ta’ l-adattament tagħhom għall-progress tekniku, l-Annessi II, III u V lid-Direttiva 1999/45/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tirrigwarda l-approssimazzjoni tal-liġijiet, tar-regolamenti u tad-dispożizzjonijiet amministrattivi ta’ l-Istati Membri dwar il-klassifikazzjoni, l-imballaġġ u l-ittikkettjar tal-preparazzjonjijiet perikolużi

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat lid-Direttiva 1999/45/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta’ Mejju 1999 li tirrigwarda l-armonizzazzjoni tal-liġijiet, tar-regolamenti u tad-dispożizzjonijiet amministrattivi ta’ l-Istati Membri dwar il-klassifikazzjoni, l-imballaġġ u l-ittikkettjar tal-preparazzjonjijiet perikolużi (1) u b’ mod partikolari l-ewwel subparagrafu ta’ l-Artikolu 20 tagħha.

Billi:

(1)

Il-preparazzjonijiet li fihom iktar minn sustanza waħda li hija kklassifikata fl-Anness I mad-Direttiva tal-Kunsill 67/548/KEE tas-27 ta’ Ġunju 1967 dwar l-approssimazjoni tal-liġijiet, tar-regolamenti u tad-dispożizjonijiet amministrattive fir-rigward tal-klassifikazzjoni, ta’ l-imballaġġ u l-ittikkettjar tas-sustanzi perikolużi (2) bħala karċinoġeniċi, mutaġeniċi u/jew tossiċi għar-riproduzzjoni għandhom issa jiġu ttikkettjati bil-frażijiet dwar riskji (frażijiet-R) sabiex jiġu indikati l-klassifikazzjoni tal-kategorija 1 jew 2 u l-kategorija 3. Madanakollu, l- taż-żewġ frażijiet-R iwassal għall-messaġġ konfliġġenti. Il-preparazzjonijiet għandhom għalhekk jiġu kklassifikati u ttikkettjati skondl-kategorija li hija aktar għolja.

(2)

Għas-sustanzi li huma tossiċi ħafna għall-ambjent akwatiku (kklassifikati N) u mogħtija l-frażi R R50 jew R50/53, il-limiti speċifiċi ta’ konċentrazzjoni (SCLs) huma bħalissa użati għas-sustanzi li huma elenkati fl-Anness I mad-Direttiva tal-Kunsill 67/548/KEE sabiex ikun evitat li l-periklu jiġi sottovalutat. Din il-miżura toħloq distorsjonijiet bejn il-preparazzjonijiet li fihom sustanzi li huma elenkati fl-Anness I mad-Direttiva 67/548/KEE, li għandhom l-SCLs assoċjati magħhom, kif ukoll il-preparazzjonijiet li fihom is-sustanzi li għadhom mhux inklużi fl-Anness I, iżda li huma kklassifikati u ttikkettjati proviżorjament skond l-Artikolu 6 tad-Direttiva 67/548/KEE u li għalihom ebda SCL mhuwa applikabbli. Huwa għalhekk meħtieġ li wieħed jaċċerta li l-SCLs huma applikati bl-istess mod għall-preparazzjonijiet kollha li fihom sustanzi li huma tossiċi ħafna għall-ambjent akwatiku.

(3)

Fis-6 ta’ Awissu 2001 il-Kummissjoni adottat id-Direttiva 2001/59/KE li tadatta għall-progress tekniku d-Direttiva tal-Kunsill 67/548/KEE (3). Id-Direttiva 2001/59/KE irrivediet il-kriterji fl-Anness VI tad-Direttiva tal-Kunsill 67/548/KEE għall-klassifikazzjoni u l-ittikkettjar tas-sustanzi li jeqirdu s-saff ta’ l-ożonu. L-Anness II rivedut issa jipprovdi biss għall-allokament tas-simbolu N flimkien mal-frażi R R59.

(4)

It-terminoloġija użata biex tiddeskrivi l-kondizzjonijiet ta’ l-imballaġġ u l-ittikkettjar fl-Anness V mad-Direttiva 1999/45/KE qajmet xi dubji minħabba n-nuqas tal-konsistenza. Huwa għalhekk xieraq li jiġi mmodifikat il-kliem fl-Anness V tad-Direttiva 1999/45/KE sabiex dan isir iktar b’ mod preċiż.

(5)

L-Annessi II, III u V mad-Direttiva 1999/45/KE għandhom għalhekk jiġu emendati kif xieraq.

(6)

Il-miżuri stipolati f’ din id-Direttiva huma skond l-opinjoni tal-Kumitat għall-adattament għall-progress tekniku mid-Direttiva dwar it-tneħħija ta’ l-ostakli tekniċi għall-kummerċ fil-preparazzjonijiet tas-sustanzi perikolużi stabbiliti skond l-Artikolu 20 tad-Direttiva 1999/45/KE,

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

L-Annessi II, III, u V tad-Direttiva 1999/45/KE huma emendati skond it-test fl-Anness ta’ din id-Direttiva.

Artikolu 2

1.   L-Istati Membri għandhom iġibu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti, u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji biex jiġu f’ konformità ma’ din id-Direttiva sa mhux aktar tard mill-1 ta’ Marzu 2007. Għandhom jikkomunikaw minnufih lill-Kummissjoni bit-test ta’ dawn id-dispożizzjonijiet u tabella ta’ korrelazzjoni bejn dawn id-dispożizzjonijiet u din id-Direttiva.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawn id-disposizzjonijiet, dawn għandhom ikollhom referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati b’referenza bħal din fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu kif għandha ssir referenza bħal din.

2.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li jadottaw fil-qasam kopert b’ din id-Direttiva.

Artikolu 3

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum ATP wara l-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Artikolu 4

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussell, nhar il-23 ta’ Jannar 2006.

Għall-Kummissjoni

Gunter VERHEUGEN

Viċi-President


(1)  ĠU L 200, tat-30.7.1999, p. 1. Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva tal-Kunsill 2004/66/KE (ĠU L 168, ta’ l-1.5.2004, p. 35).

(2)  ĠU 196, tas-16.8.1967, p. 1. Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2004/73/KE (ĠU L 152. tat-30.4.2004, p. 1).

(3)  ĠU L 225, tal-21.8.2001, p. 1.


ANNESS

Id-Direttiva 1999/45/KE hija emendata kif ġej:

(1)

L-Anness II jiġi emendat kif ġej:

(a)

It-Tabella VI hija mibdula bit-tabella li ġejja:

“Tabella VI

Klassifikazzjoni tas-sustanza

Klassifikazzjoni tal-preparazzjoni

Kategoriji 1 u 2

Kategorija 3

Sustanzi karċinoġeniċi tal-kategorija 1 jew 2 bl-R45 jew R49

Konċentrazzjoni ≥ 0.1 %

R45, R49 karċinoġeniċi obbligatorji kif inhu xieraq

 

Sustanzi karċinoġeniċi tal-kategorija 3 bl-R40

 

Konċentrazzjoni ≥ 1 %

R40 karċinoġeniku obbligatorju (sakemm mmhux diġà assenja R45  (*)

Sustanzi mutaġeniċi tal-kategorija 1 jew 2 bl-R46

Konċentrazzjoni ≥ 0.1 %

R46 mutaġeniku obbligatorju

 

Sustanzi mutaġeniċi tal-kategorija 3 bl-R68

 

Konċentrazzjoni ≥ 1 %

R68 mutaġeniku obbligatorju (sakemm mhux diġà assenjat R46)

Sustanzi ‘tossiċi għar-riproduzzjoni’ tal-kategorija 1 jew 2 bl-R60 (fertilità)

Konċentrazzjoni ≥ 0,5 %

tosiku għar-riproduzzjoni (fertilità) R60 obbligatorju

 

Sustanzi ‘tossiċi għar-riproduzzjoni’ tal-kategorija 3 bl-R62 (fertilità)

 

Konċentrazzjoni ≥ 5 %

tosiku għar-riproduzzjoni (fertilità) R62 obbligatorju (sakemm mhux diġà assenjat R60)

Sustanzi ‘tossiċi għar-riproduzzjoni’ tal-kategorija 1 jew 2 bl-R61 (żvilupp)

Konċentrazzjoni ≥ 0,5 %

tosiku għar-riproduzzjoni (żvilupp) R61 obbligatorju

 

Sustanzi ‘tossiċi għar-riproduzzjoni’ tal-kategorija 3 bl-R63 (Żvilupp)

 

Konċentrazzjoni ≥ 5 %

tossiku għar-riproduzzjoni (żvilupp) R63 obbligatorju (sakemm mhux diġà assenjat R61)

(b)

It-Tabella VI A hija mibdula bit-tabella li ġejja:

“Tabella VI A

Klassifikazzjoni tas-sustanza

Klassifikazzjoni tal-preparazzjoni

Kategoriji 1 u 2

Kategorija 3

Sustanzi karċinoġeniċi tal-kategorija 1 jew 2 bl-R45 jew R49

Konċentrazzjoni ≥ 0,1 %

R45, R49 karċinoġeniċi obbligatorji kif inhu xieraq

 

Sustanzi karċinoġeniċi tal-kategorija 3 bl-R40

 

Konċentrazzjoni ≥ 1 %

carcinogenic R40 karċinoġeniku obbligatorju (sakemm mhux diġà assenjat R45  (**))

Sustanzi mutaġeniċi tal-kategorija 1 jew 2 bl-R46

Konċentrazzjoni ≥ 0,1 %

R46 mutaġeniku obbligatorju

 

Sustanzi mutaġeniċi tal-kategorija 3 bl-R68

 

Konċentrazzjoni ≥ 1 %

R68 mutaġeniku obbligatorju (sakemm mhux diġà assenjat R46)

Sustanzi ‘tossiċi għar-riproduzzjoni’ tal-kategorija 1 jew 2 bl-R60 (fertilità)

Konċentrazzjoni ≥ 0,2 %

tossiku għar-riproduzzjoni (fertilità) R60 obbligatorju

 

Sustanzi ‘tossiċi għar-riproduzzjoni’ tal-kategorija 3 bl-R62 (fertilità)

 

Konċentrazzjoni ≥ 1.000000 %

tossiku għar-riproduzzjoni (fertilità) R62 obbligatorju (sakemm mhux diġà assenjat R60)

Sustanzi ‘tossiċi għar-riproduzzjoni’ tal-kategorija 1 jew 2 bl-R61 (żżvilupp)

Konċentrazzjoni ≥ 0,2 %

tosiku għar-riproduzzjoni (żvilupp) R61 obbligatorju

 

Sustanzi ‘tossiċi għar-riproduzzjoni’ tal-kategorija 3 bl-R63 (żvilupp)

 

Konċentrazzjoni ≥ 1.000000 %

tossiku għar-riproduzzjoni (żżvilupp) R63 obbligatorju (sakemm mhux diġà assenjat R61)

(2)

L-Anness III jiġi emendat kif ġej:

(a)

Fil-Parti A, punt 2 fit-taqsima (b)(1), hu mħassar;

(b)

Fil-Parti B, Tabella 1 mibdula bit-tabelli li ġejjin:

“Tabella 1a

Tossiċità akwatika akuta u effetti ta’ ħsara fit-tul

Klassifikazzjoni tas-sustanza

Klassifikazzjoni tal-preparazzjoni

N, R50-53

N, R51-53

R52-53

N, R50-53

ara Tabella 1b

ara Tabella 1b

ara Tabella 1b

N, R51-53

 

Cn ≥ 25 %

2,5 % ≤ Cn < 25 %

R52-53

 

 

Cn ≥ 25 %

Preparazzjonijiet li fihom sustanzi li huma kklassifikati ma’ l-N, R50-53, japplikaw il-limiti ta’ konċentrazzjoni u l-klassifikazzjoni riżultanti li jinsabu fit-Tabella 1b.

Tabella 1b

Tossiċità akwatika akuta u effetti ta’ ħsara fit-tul ta’ sustanzi li huma tossiċi ħafna għall-ambjent akwatiku

Valur LC50 jew EC50 (‘L(E)C50’) tas-sustanza kklassifikata N, R50-53 (mg/l)

Klassifikazzjoni tal-preparazzjoni

N, R50-53

N, R51-53

R52-53

0,1 < L(E)C50≤ 1

Cn ≥ 25 %

2,5 % ≤ Cn < 25 %

0,25 % ≤ Cn < 2,5 %

0,01 < L(E)C50≤ 0,1

Cn ≥ 2,5 %

0,25 % ≤ Cn < 2,5 %

0,025 % ≤ Cn < 0,25 %

0,001 < L(E)C50≤ 0,01

Cn ≥ 0,25 %

0,025 % ≤ Cn < 0,25 %

0,0025 % ≤ Cn < 0,025 %

0,0001 < L(E)C50≤ 0,001

Cn ≥ 0,025 %

0,0025 % ≤ Cn < 0,025 %

0,00025 % ≤ Cn < 0,0025 %

0,00001 < L(E)C50≤ 0,0001

Cn ≥ 0,0025 %

0,00025 % ≤ Cn < 0,0025 %

0,000025 % ≤ Cn < 0,00025 %

Għall-preparazzjonijiet li fihom sustanzi li għandhom LC50 jew EC50 iktar baxx minn 0,00001mg/l, il-limiti ta’ konċentrazzjoni korrispondenti huma kkalkulati kif xieraq (f’ intervalli ta’ fattur ta’ multiplikazzjoni ta’ 10).”

(c)

Fil-Parti B, Tabella 2 hi mibdula bit-tabella li ġejja:

“Tabella 2

Tossiċità akuta akwatika

valur LC50 jew EC50 (‘L(E)C50’) tas-sustanza kklassifikata N, R50 jew bħala N, R50-53 (mg/l)

Klassifikazzjoni tal-preparazzjoniN, R50

0,1 < L(E)C50≤ 1

Cn ≥ 25 %

0,01 < L(E)C50≤ 0,1

Cn ≥ 2,5 %

0,001 < L(E)C50≤ 0,01

Cn ≥ 0,25 %

0,0001 < L(E)C50≤ 0,001

Cn ≥ 0,025 %

0,00001 < L(E)C50≤ 0,0001

Cn ≥ 0,0025 %

Għall-preparazzjonijiet li fihom sustanzi li għandhom LC50 jew EC50 iktar baxx minn 0,00001mg/l, il-limiti ta’ konċentrazzjoni korrispondenti huma kkalkulati kif xieraq (f’ intervalli ta’ fattur ta’ multiplikazzjoni ta’ 10).”

(d)

Fil-Parti B, Tabella 5 tal-punt II, hi mibdula bit-tabella li ġejja:

“Tabella 5

Perikolużi għas-saff ta’ l-ożonu

Klassifikazzjoni tas-sustanza

Klassifikazzjoni tal-preparazzjoni N, R59

N ma’ R59

Cn ≥ 0,1 %”

(3)

Anness V hu mibdul bli ġej:

“ANNESS V

DISPOŻIZZJONIJIET SPEĊJALI LI JIKKONĊERNAW IT-TIKKETTJAR TA’ ĊERTI PREPARAZZJONIJIET

A.   Għall-preparazzjonijiet li huma kklassifikati bħala perikolużi skond it-tifsira ta’ l-Artikoli 5, 6 u 7

1.   Preparazzjonijiet li jinbiegħu lill-pubbliku ġenerali

1.1

It-tikketta fuq l-imballaġġ li fih tali sustanzi, flimkien ma’ l-avviż ta’ speċifiku ta’ sikurezza, għandha jkollha jidher l-avviż ta’ sikurezza rilevanti S1, S2, S45 jew S46 skond il-kriterji stipolati fl-Anness VI tad-Direttiva 67/548/KEE.

1.2

Meta tali preparazzjonijiet huma kklassifikati bħala tossiċi ħafna (T+), tossiċi (T) jew korrożivi (C) u fejn huwa fiżikament impossibbli li tingħata tali informazzjoni fuq l-imballaġġ innifsu, l-imballaġġi li fihom tali preparazzjonijiet għandhom jiġu akkumpanjati minn istruzzjonijiet preċiżi dwar l-użu u li huma komprensibbli faċilment li jinkludu, fejn huwa xieraq, istruzzjonijiet għall-qerda ta’ l-imballaġġ vojt.

2.   Preparazzjonijiet li huma intenzjonati għall-użu bħala sprej

It-tikketta fuq l-imballaġ li fih tali preparazzjonijiet għandha jkollha obbligatorjament l-avviż ta’ sikurezza S23 akkumpanjat mill-avviż tas-sikurezza S38 jew S51 assenjat għalih skond il-kriterji stipolati fl-Anness VI tad-Direttiva 67/548/KEE.

3.   Preparazzjonijiet li fihom sustanza li hi assenjata l-frażi R33: Periklu ta’ effetti kumulattivi

Meta preparazzjoni jkun fiha mill-inqas sustanza waħda li hija assenjata l-frażi R33, it-tikketta fuq l-imballaġġ tal-preparazzjoni għandha jkollha l-kliem ta’ din il-frażi kif stipolat fl-Anness III tad-Direttiva 67/548/KEE, meta l-konċentrazzjoni ta’ din is-sustanza preżenti fil-preparazzjoni hija l-istess jew ikbar minn 1 %, sakemm ma jiġux stipolati valuri differenti fl-Anness I mad-Direttiva 67/548/KEE.

4.   Preparazzjonijiet li fihom sustanza li hija assenjata l-frażi R64: Jista’ jikkawża ħsara għat-TRABI LI JREDDGĦU

Meta preparazzjoni jkun fiha mill-inqas sustanza waħda li hija assenjata l-frażi R64, it-tikketta fuq l-imballaġġ tal-preparazzjoni għandha jkollha l-kliem ta’ din il-frażi kif stipolat fl-Anness III tad-Direttiva 67/548/KEE, meta l-konċentrazzjoni ta’ din is-sustanza preżenti fil-preparazzjoni hija l-istess jew ikbar minn 1 %, sakemm ma jiġux stipolati valuri differenti fl-Anness I mad-Direttiva 67/548/KEE.

B.   Għall-preparazzjonijiet, irrispettivament mill-klassifikazzjoni tagħhom skond it-tifsira ta’ l-Artikoli 5, 6 u 7

1.   Preparazzjonijiet li fihom iċ-ċomb

1.1   Żebgħa u verniċ

It-tikketta fuq l-imballaġġ li fih żebgħa jew verniċ li fihom iċ-ċomb fi kwantitajiet li jaqbżu l-0,15 % (espress bħala l-piż tal-metall) tal-piż totali tal-preparazzjoni, kif misjub skond l-istandard ISO 6503/1984, għandhom ikollohom id-dettallji li ġejjin:

‘Fih iċ-ċomb. M’ għandhux jintuża fuq uċuħ li jistgħu jomgħoduhom jew isoffuhom it-tfal’.

Fil-każ ta’ l-imballaġġi li l-kontenut tagħhom huma inqas minn 125 milliltri, id-dettallji għandhom jidhru kif ġej:

‘Twissija! Fih iċ-ċomb’.

2.   Preparazzjonijiet li fihom is-cyanoacrylates

2.1   Adeżivi

It-tikketta fuq l-imballaġġ immedjat ta’ l-adeżivi li huma bbażati fuq is-cyanoacrylate għandha tinkludi l-iskrizzjonijiet li ġejjin:

 

‘Cyanoacrylate

Periklu

Iwaħħal il-ġilda u l-għajnejn f’ sekondi

Żomm ‘il bogħod mit-tfal’.

Parir xieraq dwar l-użu tal-prodott għandu jakkumpanja l-imballaġġ.

3.   Preparazzjonijiet li fihom l-isocyanates

It-tikketta fuq l-imballaġġ tal-preparazzjonijiet li fihom l-isocyanates (bħala monomers, oligomonomers, prepolymers, eċċ., jew bħala taħlita tagħhom) għandha tinkludi l-iskrizzjonijiet li ġejjin:

 

‘Fih l-isocyanates.

Ara l-informazzjoni mill-produttur’.

4.   Preparazzjonijiet li fihom epoxy kostitwenti ta’ piż molekolari medju ≤ 700

It-tikketta fuq l-imballaġġ tal-preparazzjonijiet li fihom l-epoxy kostitwenti ta’ piż molekolari medju ta’ ≤ 700 għandha jkollha l-iskrizzjonijiet li ġejjin:

 

‘Fih l-epoxy kostitwenti.

Ara l-informazzjoni mill-produttur’.

5.   Preparazzjonijiet li jinbiegħu lill-pubbliku ġenerali li fihom il-kloru

It-tikketta fuq l-imballaġġ tal-preparazzjonijiet li fihom iktar minn 1 % ta’ kloru attiv għandha tinkludi l-iskrizzjonijiet partikolari li ġejjin:

‘Twissija! tużax dawn il-prodotti flimkien ma’ prodotti oħrajn. Jistgħu joħorġu gassijiet perikolużi (kloru)’.

6.   Preparazzjonijiet li fihom il-kadmju (alloys) u li huma intenzjonati għall-użu fl-ibbrejżjar u fis-saldjar

It-tikketta fuq l-imballaġġ tal-preparazzjonijiet li jissemmew hawn fuq għandha jkollha l-iskrizzjonijiet stampati b’ karattri li huma jistgħu jinqraw b’mod ċar u li ma jistgħux jitħassru:

 

‘Twissija! Fih il-kadmju.

Jifformaw gassijiet perikolużi waqt l-użu.

Ara l-informazzjoni mill-produttur.

Ħares l-istruzzjonijiet tas-sikurezza’.

7.   Preparazjonijiet DISPONIBBLI bħala aerosols

Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva, il-preparazzjonijiet disponibbli bħala aerosols huma wkoll soġġetti għad-dispożizzjonijiet tat-tikkettjar skond il-punti 2.2 u 2.3 ta’ l-Anness mad-Direttiva 75/324/KEE kif emendati l-aħħar mid-Direttiva 94/1/KE.

8.   Preparazzjonijiet li fihom is-sustanzi li għadhom mhux elenkati kompletament

Meta preparazzjoni fiha mill-inqas sustanza waħda li, skond l-Artikolu 13.3 ta-Direttiva 67/548/KEE, tinkludi l-iskrizzjoni ‘Twissija- sustanza li għadha mhux ittestjata kompletament’, it-tikketta fuq l-imballaġġ tal-preparazzjoni għandha tinkludi l-iskrizzjoni ‘Twissija - din il-preparazzjoni fiha sustanza li għadha mhux ittestata’ jekk din is-sustanza tkun preżenti f’ konċentrazzjoni ta’ >=1 %.

9.   Preparazzjonijiet li mhumiex ikklassifikati bħala sensitizzanti iżda li fihom mill-inqas sustanza sensitizzanti waħda

It-tikketta fuq l-imballaġġ tal-preparazzjonijiet li fihom mill-inqas sustanza waħda li hija kklassifikata bħala sensitizzanti u li hija preżenti f’ konċentrazzjoni ta’ jew ikbar minn 0,1 % jew f’ konċentrazzjoni li hija l-istess jew ikbar minn dik speċifikata skond nota speċifika għas-sustanza f’ Anness I tad-Direttiva 67/548/KEE għandha tinkludi l-iskrizzjoni:

‘Fih (isem tas-sustanza sensitizzanti). Jista’ jwassal għal reazzjoni allerġika’.

10.   Preparazzjonijiet likwidi li fihom l-idrokarburi aloġenati

Għall-preparazzjonijiet likwidi li ma juru ebda limitu ta’ temperatura ta’ meta jaqbdu n-nar (flashpoint) jew flashpoint li huwa ogħla minn 55 °C u li fihom idrokarburu aloġenat u iktar minn 5 % ta’ sustanzi li huma fjammabbli jew fjammabbli ħafna, it-tikketta fuq l-imballaġġ għandha tinkludi l-iskrizzjoni li ġejja kif inhu xieraq:

‘Jista’ jsir fjammabbli ħafna waqt l-użu’ jew ‘Jista’ jsir fjammabbli waqt l-użu’.

11.   Preparazzjonijiet li fihom sustanza li hija allokata l-frażi R67: fwawar jistgħu jikkawżaw ħedla u sturdament

Meta preparazzjoni jkun fiha sustanza waħda jew iktar li hija allokata l-frażi R67, it-tikketta tal-preparazzjoni għandha tinkludi l-kliem ta’ din il-frażi kif stipolat fl-Anness III tad-Direttiva 67/548/KEE, meta l-konċentrazzjoni totali ta’ dawn is-sustanzi preżenti fil-preparazzjoni hija l-istess jew ogħla minn 15 %, sakemm:

il-preparazzjoni hija diġà kklassifikata bil-frażijiet R20, R23, R26, R68/20, R39/23 jew R39/26,

jew il-preparazzjoni tinsab f’imballaġġ li ma jaqbiżx il-125 ml.

12.   Simentijiet u preparazzjonijiet tas-siment

L-imballaġġ tas-simentijiet u tal-preparazzjonijiet tas-siment li fihom iktar minn 0,0002 % tal-kromju solubili (VI) tal-piż niexef totali għandu jinkludi l-iskrizzjoni:

‘Fih il-kromju (VI). Jista’ jwassal għal reazzjoni allerġika’.

sakemm il-preparazzjoni ma tkunx diġà kklassifikata jew ittikkettjata bħala sensitizzant permezz tal-frażi R43.

C.   Għall-preparazzjonijiet li mhumiex ikklassifikati fi ħdan it-tifsira ta’ l-artikoli 5, 6 u7 iżda li fihom mill-inqas sustanza perikoluża waħda

1.   Preparazzjonijet li mhumiex intenzjonati għall-pubbliku ġenerali

It-tikketta ta’ l-imballaġġ tal-preparazzjonijiet li jissemmew fl-Artikolu 14.2.1(b) għandha tinkludi l-iskrizzjoni li ġejja:

‘Skeda tad-data tas-sikurezza għall-użu minn utent professjonist tingħata fuq talba’,”


(*)  fil-każijiet fejn il-preparazzjoni hija assenjata l-R49 u l-R40, iż-żewġ frażi R għandhom jinżammu, minħabba li l-R40 ma jiddistingwix bejn ir-rotot ta’ l-esponiment, filwaqt li l-R49 huwa assenjat biss għar-rotta ta’ inalazzjoni.”

(**)  fil-każijiet fejn il-preparazzjoni hija assenjata l-R49 u l-R40, iż-żewġ frażi R għandhom jinżammu, minħabba li l-R40 ma jiddistingwix bejn ir-rotot ta’ l-esponiment, filwaqt li l-R49 huwa assenjat biss għar-rotta ta’ inalazzjoni.”


Top