Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62009CA0067

    Kawża C-67/09 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal- 14 ta’ Ottubru 2010 — Nuova Agricast Srl, Cofra srl vs Il-Kummissjoni Ewropea (Appell — Għajnuna mill-Istat — Skema ta’ għajnuna għal investimenti fir-reġjuni żvantaġġati tal-Italja — Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tiddikjara din l-iskema kompatibbli mas-suq komuni — Talbiet għall-kumpens għad-danni allegatament subiti minħabba l-adozzjoni ta’ din id-deċiżjoni — Miżuri tranżitorji bejn din l-iskema u l-iskema preċedenti — Kamp ta’ applikazzjoni ratione temporis tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li ma topponix l-iskema preċedenti — Prinċipji ta’ ċertezza legali, ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi u ta’ trattament ugwali)

    ĠU C 346, 18.12.2010, p. 11–11 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    18.12.2010   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 346/11


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-14 ta’ Ottubru 2010 — Nuova Agricast Srl, Cofra srl vs Il-Kummissjoni Ewropea

    (Kawża C-67/09 P) (1)

    (Appell - Għajnuna mill-Istat - Skema ta’ għajnuna għal investimenti fir-reġjuni żvantaġġati tal-Italja - Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tiddikjara din l-iskema kompatibbli mas-suq komuni - Talbiet għall-kumpens għad-danni allegatament subiti minħabba l-adozzjoni ta’ din id-deċiżjoni - Miżuri tranżitorji bejn din l-iskema u l-iskema preċedenti - Kamp ta’ applikazzjoni ratione temporis tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li ma topponix l-iskema preċedenti - Prinċipji ta’ ċertezza legali, ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi u ta’ trattament ugwali)

    2010/C 346/17

    Lingwa tal-proċedura: it-Taljan

    Partijiet

    Appellanti: Nuova Agricast Srl, Cofra srl (rappreżentant: M. A. Calabrese, avukat)

    Appellata: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: V. Di Bucci u E. Righini, aġenti)

    Suġġett

    Appell mis-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (li issa saret il-Qorti Ġenerali) (L-Ewwel Awla), tat-2 ta’ Diċembru 2008, Nuova Agricast vs Il-Kummissjoni (T-362/05 u T-363/05), li permezz tagħha l-Qorti Ġenerali ċaħdet it-talbiet għall-kumpens għad-danni allegatament subiti mir-rikorrenti minħabba li l-Kummissjoni adottat id-deċiżjoni tat-12 ta’ Lulju 2000 li tiddikjara kompatibbli mas-suq komuni skema ta’ għajnuna għall-investimenti fir-reġjuni żvantaġġati tal-Italja [għajnuna mill-Istat Nru 715/99 — Italja (SG 2000 D/105754)] u minħabba l-aġir tal-Kummissjoni matul il-proċedura li ppreċediet l-adozzjoni ta’ din id-deċiżjoni.

    Dispożittiv

    (1)

    L-appell huwa miċħud.

    (2)

    Nuova Agricast Srl u Cofra Srl huma kkundannati għall-ispejjeż.


    (1)  ĠU C 90, 18.04.2009.


    Top