Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 42005D0446

    Deċiżjoni tar-Rappreżentanti tal-Gvernijiet ta' l-Istati Membri li ltaqgħu fi ħdan il-Kunsill tat- 30 ta' Mejju 2005 li tistabbilixxi terminu perentorju għall-impenn tal-fondi tad-Disa’ Fond Ewropew għall-Iżvilupp (EDF)

    ĠU L 156, 18.6.2005, p. 19–20 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
    ĠU L 164M, 16.6.2006, p. 186–187 (MT)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (BG, RO, HR)

    Legal status of the document In force: This act has been changed. Current consolidated version: 26/11/2007

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2005/446/oj

    16.6.2006   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    186


    DEĊIŻJONI TAR-RAPPREŻENTANTI TAL-GVERNIJIET TA' L-ISTATI MEMBRI LI LTAQGĦU FI ĦDAN IL-KUNSILL

    tat-30 ta' Mejju 2005

    li tistabbilixxi terminu perentorju għall-impenn tal-fondi tad-Disa’ Fond Ewropew għall-Iżvilupp (EDF)

    (2005/446/KE)

    IR-RAPPREŻENTANTI TAL-GVERNIJIET TA' L-ISTATI MEMBRI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ LI LTAQGĦU FI ĦDAN IL-KUNSILL,

    Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni,

    Wara li kkunsidraw il-Ftehim bejn il-membri tal-grupp ta' l-Istati ta' l-Afrika, tal-Karibew u tal-Paċifiku, min-naħa l-waħda, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-oħra, iffirmat f’Cotonou nhar it-23 ta’ Ġunju 2000 (1), minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim ta' Sħubija”,

    Wara li kkunsidraw il-Ftehim Intern bejn ir-rappreżentanti tal-Gvernijiet ta’ l-Istati Membri, li jiltaqgħu fi ħdan il-Kunsill, dwar l-Iffinanzjar u l-Amministrazzjoni ta’ l-Għajnuna tal-Komunità taħt il-Protokoll Finanzjarju għall-Ftehim ta’ Sħubija (2), minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim Intern”, u b'mod partikulari l-Artikolu 2(4) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Il-punt 5 ta’ l-Anness I (il-Protokoll Finanzjarju) tal-Ftehim ta’ Sħubija jipprovdi li l-ammont ġenerali tal-Protokoll Finanzjarju, miżjud bil-bilanċi li kienu ġew trasferiti mill-EDF ta’ qabel, għandu jkopri l-perijodu 2000-2007.

    (2)

    Il-punt 7 ta’ l-istess Anness I u l-Artikolu 2(3) tal-Ftehim Intern jipprovdu li għandu jkun hemm valutazzjoni tal-grad ta’ kemm il-fondi jkunu ġew impenjati u mħallsa bħala bażi biex tkun tista’ tiġi analizzata l-ħtieġa għal riżorsi ġodda wara li jkun għalaq iż-żmien tal-Protokoll Finanzjarju eżistenti.

    (3)

    Id-Dikjarazzjoni ta’ l-UE dwar il-Protokoll Finanzjarju, annessa bħala d-Dikjarazzjoni XVIII għall-Ftehim ta’ Sħubija, tispeċifika li, meta ssir valutazzjoni tal-ħtieġa għal riżorsi ġodda, għandha titqies b’mod sħiħ id-data li minnha ’l quddiem ma jistgħux jiġu impenjati l-fondi tad-Disa’ EDF.

    (4)

    Għalhekk huwa meħtieġ, skond l-Artikolu 2(4) tal-Ftehim Intern, li tiġi stabbilita, qabel ma jiskadi d-Disa’ EDF, id-data, li tista' tkun riveduta f'każ ta' bżonn, li minnha ’l quddiem ma jkunux jistgħu jiġu impenjati l-fondi tad-Disa’ EDF.

    IDDEĊIDEW KIF ĠEJ:

    Artikolu 1

    Id-data li minnha ’l quddiem il-fondi tad-Disa’ EDF amministrati mill-Kummissjoni, is-sussidji ta’ l-interessi amministrati mill-Bank Ewropew ta’ l-Investiment (EIB), kif ukoll id-dħul li jkun ġej mill-interessi fuq dawn l-approprjazzjonijiet ma jkunux jistgħu jiġu impjenjati, qed tiġi ffissata għall-31 ta’ Diċembru 2007. Din id-datat tista' tkun riveduta f'każ ta' bżonn.

    Artikolu 2

    L-ammont allokat biex tkun iffinanzjata l-Faċilità ta’ Investiment, bħala fond li jiġġedded, u amministrat mill-EIB, mhux se jintlaqat b’din id-Deċiżjoni.

    Artikolu 3

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

    Magħmula fi Brussel, 30 ta' Mejju 2005.

    Għar-Gvernijiet ta' l-Istati Membri

    Il-President

    F. BODEN


    (1)  ĠU L 317, 15.12.2000, p. 3. Ftehim kif emendat l-aħħar mid-Deċiżjoni Nru 2/2004 tal-Kunsill tal-Ministri (ACP-KE) (ĠU L 297, 22.9.2004, p. 18).

    (2)  ĠU L 317, 15.12.2000, p. 355.


    Top