EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52020XG0731(03)

Avviż għall-attenzjoni tal-persuni, gruppi u entitajiet inklużi fil-lista’ soġġetti għall-Artikoli 2, 3 u 4 tal-Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill 2001/931/PESK dwar l-applikazzjoni ta’ miżuri speċifiki fil-ġlieda kontra t-terroriżmu, kif aġġornata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2020/1132, u għall-Artikolu 2(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2580/2001 dwar miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet bil-għan li jiġi miġġieled it-terroriżmu, kif implimentat bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2020/1128 2020/C 251/04

ST/9320/2020/INIT

ĠU C 251, 31.7.2020, p. 7–7 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

31.7.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 251/7


Avviż għall-attenzjoni tal-persuni, gruppi u entitajiet inklużi fil-lista’ soġġetti għall-Artikoli 2, 3 u 4 tal-Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill 2001/931/PESK dwar l-applikazzjoni ta’ miżuri speċifiki fil-ġlieda kontra t-terroriżmu, kif aġġornata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2020/1132, u għall-Artikolu 2(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2580/2001 dwar miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet bil-għan li jiġi miġġieled it-terroriżmu, kif implimentat bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2020/1128

(2020/C 251/04)

Qed tinġibed l-attenzjoni tal-persuni, il-gruppi u l-entitajiet imsemmija hawn fuq elenkati fid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2020/1132 (1) u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2020/1128 (2) + għall-informazzjoni li ġejja.

Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea ddetermina li r-raġunijiet għall-inklużjoni tal-persuni, il-gruppi u l-entitajiet fil-lista msemmija hawn soġġetti għall-Artikoli 2, 3 u 4 tal-Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill 2001/931/PESK (3) tas-27 ta’ Diċembru 2001 dwar l-applikazzjoni ta’ miżuri speċifiki fil-ġlieda kontra t-terroriżmu u għall-Artikolu 2(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2580/2001 (4) tas-27 ta’ Diċembru 2001 dwar miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet bil-għan li jiġi miġġieled it-terroriżmu, għadhom validi. Konsegwentement, il-Kunsill iddeċieda li jżomm dawk il-persuni, il-gruppi u l-entitajiet fil-lista.

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2580/2001 jipprevedi l-iffriżar tal-fondi, l-assi finanzjarji u r-riżorsi ekonomiċi l-oħrajn kollha li jappartjenu lill-persuni, il-gruppi u l-entitajiet ikkonċernati u li l-ebda fondi, assi finanzjarji u riżorsi ekonomiċi oħrajn ma jistgħu jsiru disponibbli għalihom, kemm direttament jew indirettament.

Qed tinġibed l-attenzjoni tal-persuni, il-gruppi u l-entitajiet ikkonċernati għall-possibbiltà li ssir applikazzjoni quddiem l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat(i) Membru/i rilevanti kif elenkati fl-Anness għar-Regolament, sabiex tinkiseb awtorizzazzjoni biex il-fondi ffriżati jintużaw għal ħtiġijiet bażiċi jew ħlasijiet speċifiċi, skont l-Artikolu 5(2) ta’ dak ir-Regolament.

Il-persuni, il-gruppi jew l-entitajiet ikkonċernati jistgħu jippreżentaw talba biex jiksbu dikjarazzjoni tar-raġunijiet tal-Kunsill għaż-żamma tagħhom fil-lista msemmija hawn fuq (dment li d-dikjarazzjoni tar-raġunijiet ma tkunx ġiet diġà kkomunikata lilhom). Din it-talba għandha tintbagħat fl-indirizz li ġej:

Council of the European Union (Attn: COMET designations)

Rue de la Loi/Wetstraat 175

B-1048 Brussels

BELGIUM

Indirizz elettroniku: sanctions@consilium.europa.eu

Il-persuni, il-gruppi u l-entitajiet ikkonċernati jistgħu jippreżentaw fi kwalunkwe ħin talba lill-Kunsill, flimkien ma’ kwalunkwe dokumentazzjoni ta’ appoġġ, biex id-deċiżjoni li jiġu inklużi u jinżammu fil-lista tiġi kkunsidrata mill-ġdid, fl-indirizz ipprovdut hawn fuq. Tali talbiet ikunu kkunsidrati meta jiġu riċevuti. F’dan ir-rigward, qed tinġibed l-attenzjoni tal-persuni, il-gruppi u l-entitajiet ikkonċernati għar-reviżjoni regolari mill-Kunsill tal-lista skont l-Artikolu 1(6) tal-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK. Sabiex it-talbiet jiġu kkunsidrati fir-reviżjoni li jmiss, huma għandhom jiġu ppreżentati sal-1 ta’ Ottubru 2020.

Qed tinġibed ukoll l-attenzjoni tal-persuni, il-gruppi u l-entitajiet ikkonċernati għall-possibbiltà li jikkontestaw id-deżinjazzjoni tagħhom quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea, f’konformità mal-kondizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 263(4) u (6) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.


(1)  ĠU L 247, 31.7.2001, p. 18.

(2)  ĠU L 247, 31.7.2001, p. 1.

(3)  ĠU L 344, 28.12.2001, p. 93.

(4)  ĠU L 344, 28.12.2001, p. 70.


Top