This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62015CA0678
Case C-678/15: Judgment of the Court (Fourth Chamber) of 14 June 2017 (request for a preliminary ruling from the Bundesgerichtshof — Germany) — Mohammad Zadeh Khorassani v Kathrin Pflanz (Reference for a preliminary ruling — Directive 2004/39/EC — Markets in financial instruments — Article 4(1)(2) — Definition of ‘investment services’ — point 1 of Section A of Annex I — Reception and transmission of orders in relation to one or more financial instruments — Potential inclusion of brokering with a view to concluding a portfolio management contract)
Kawża C-678/15: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tal-14 ta’ Ġunju 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundesgerichtshof – il-Ġermanja) – Mohammad Zadeh Khorassani vs Kathrin Pflanz (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Direttiva 2004/39/KE — Swieq ta’ strumenti finanzjarji — Artikolu 4(1)(2) — Kunċett ta’ “servizzi ta’ investiment” — Punt 1 tat-Taqsima A tal-Anness I — Riċeviment u trażmissjoni ta’ ordnijiet li jirrigwardaw strument finanzjarju wieħed jew iktar — Inklużjoni eventwali tal-intermedjazzjoni fid-dawl tal-konklużjoni ta’ kuntratt ta’ ġestjoni ta’ portafoll)

ĠU C 277, 21.8.2017, p. 9–9
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
21.8.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 277/9 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tal-14 ta’ Ġunju 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundesgerichtshof – il-Ġermanja) – Mohammad Zadeh Khorassani vs Kathrin Pflanz
(Kawża C-678/15) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Direttiva 2004/39/KE - Swieq ta’ strumenti finanzjarji - Artikolu 4(1)(2) - Kunċett ta’ “servizzi ta’ investiment” - Punt 1 tat-Taqsima A tal-Anness I - Riċeviment u trażmissjoni ta’ ordnijiet li jirrigwardaw strument finanzjarju wieħed jew iktar - Inklużjoni eventwali tal-intermedjazzjoni fid-dawl tal-konklużjoni ta’ kuntratt ta’ ġestjoni ta’ portafoll))
(2017/C 277/11)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Bundesgerichtshof
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Mohammad Zadeh Khorassani
Konvenuta: Kathrin Pflanz
Dispożittiv
L-Artikolu 4(1)(2) tad-Direttiva 2004/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-21 ta’ April 2004, dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 85/611/KEE u 93/6/KEE u d-Direttiva 2000/12/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 93/22/KEE, moqri flimkien mal-punt 1 tat-Taqsima A tal-Anness I ta’ din id-direttiva, għandu jiġi interpretat fis-sens li s-servizz ta’ investiment li jikkonsisti fir-riċeviment u fit-trażmissjoni ta’ ordnijiet li jirrigwardaw strument finanzjarju wieħed jew iktar ma jinkludix l-intermedjazzjoni fid-dawl tal-konklużjoni ta’ kuntratt li għandu bħala suġġett attività ta’ ġestjoni ta’ portafoll.