Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62012CA0456

Kawża C-456/12: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tat- 12 ta’ Marzu 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tar-Raad van State – il-Pajjiżi l-Baxxi) – O vs Minister voor Immigratie, Integratie en Asiel, Minister voor Immigratie, Integratie en Asiel vs B Direttiva 2004/38/KE  — Artikolu 21(1) TFUE  — Dritt ta’ moviment liberu u dritt ta’ residenza libera fit-territorju tal-Istati Membri  — Benefiċjarji  — Dritt ta’ residenza ta’ ċittadin ta’ Stat terz, membru tal-familja ta’ ċittadin tal-Unjoni, fl-Istat Membru li dan iċ-ċittadin għandu n-nazzjonalità tiegħu  — Ritorn taċ-ċittadin tal-Unjoni f’dan l-Istat Membru wara residenzi qosra fi Stat Membru ieħor

ĠU C 135, 5.5.2014, p. 6–6 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

5.5.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 135/6


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tat-12 ta’ Marzu 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tar-Raad van State – il-Pajjiżi l-Baxxi) – O vs Minister voor Immigratie, Integratie en Asiel, Minister voor Immigratie, Integratie en Asiel vs B

(Kawża C-456/12) (1)

(Direttiva 2004/38/KE - Artikolu 21(1) TFUE - Dritt ta’ moviment liberu u dritt ta’ residenza libera fit-territorju tal-Istati Membri - Benefiċjarji - Dritt ta’ residenza ta’ ċittadin ta’ Stat terz, membru tal-familja ta’ ċittadin tal-Unjoni, fl-Istat Membru li dan iċ-ċittadin għandu n-nazzjonalità tiegħu - Ritorn taċ-ċittadin tal-Unjoni f’dan l-Istat Membru wara residenzi qosra fi Stat Membru ieħor)

2014/C 135/06

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Raad van State

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: O, Minister voor Immigratie, Integratie en Asiel

Konvenut: Minister voor Immigratie, Integratie en Asiel, B

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari – Raad van State – Il-Pajjiżi l-Baxxi – Interpretazzjoni tal-Artikoli 20, 21, 45 u 56 TFUE u tal-Artikoli 3(1), 6 u 7(1) u (2) tad-Direttiva 2004/38/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tad-29 ta’ April 2004, dwar id-drittijiet taċ-ċittadini tal-Unjoni u tal-membri tal-familja tagħhom biex jiċċaqilqu u jgħixu liberament fir-territorju tal-Istati Membri u li temenda r-Regolament (KEE) Nru 1612/68 u li tħassar id-Direttivi 64/221/KEE, 68/360/KEE, 72/194/KEE, 73/148/KEE, 75/34/KEE, 75/35/KEE, 90/364/KEE, 90/365/KEE u 93/96/KEE (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 5, p. 46) – Dritt ta’ dħul u ta’ residenza ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi, membri tal-familja ta’ ċittadin tal-Unjoni – Ritorn taċ-ċittadin tal-Unjoni fl-Istat Membru ta’ oriġini tiegħu wara residenza fi Stat Membru ieħor bħala ċittadin tal-Unjoni fis-sens tal-Artikolu 21 TFUE u bħala destinatarju ta’ servizzi fis-sens tal-Artikolu 56 TFUE – Applikazzjoni b’analoġija tad-Direttiva, bħal fil-Kawżi C-370/90 (Singh) u C-291/05 (Eind)

Dispożittiv

L-Artikolu 21(1) TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li, f’sitwazzjoni fejn ċittadin tal-Unjoni jkun żviluppa jew ikkonsolida ħajja tal-familja ma’ ċittadin ta’ Stat terz meta rrisjeda effettivament, skont u b’osservanza tal-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 7(1) u (2) jew 16(1) u (2) tad-Direttiva 2004/38/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tad-29 ta’ April 2004, dwar id-drittijiet taċ-ċittadini tal-Unjoni u tal-membri tal-familja tagħhom biex jiċċaqilqu u jgħixu liberament fit-territorju tal-Istati Membri u li temenda r-Regolament (KEE) Nru 1612/68 u li tħassar id-Direttivi 64/221/KEE, 68/360/KEE, 72/194/KEE, 73/148/KEE, 75/34/KEE, 75/35/KEE, 90/364/KEE, 90/365/KEE u 93/96/KEE, fi Stat Membru differenti minn dak tan-nazzjonalità tiegħu, id-dispożizzjonijiet ta’ din l-istess direttiva japplikaw b’analoġija meta l-imsemmi ċittadin tal-Unjoni jerġa’ lura, flimkien mal-membru tal-familja tiegħu kkonċernat, fl-Istat Membru ta’ oriġni tiegħu. Għaldaqstant, il-kundizzjonijiet għall-għoti ta’ dritt ta’ residenza derivat liċ-ċittadin ta’ Stat terz, membru tal-familja tal-imsemmi ċittadin tal-Unjoni, fl-Istat Membru ta’ oriġini ta’ dan tal-aħħar, bħala regola, ma għandhomx ikunu iktar stretti minn dawk previsti mill-imsemmija direttiva għall-għoti ta’ dritt ta’ residenza derivat lil ċittadin ta’ Stat terz, membru tal-familja ta’ ċittadin tal-Unjoni, li jkun eżerċita d-dritt tiegħu ta’ moviment liberu billi joqgħod fi Stat Membru differenti minn dak tan-nazzjonalità tiegħu.


(1)  ĠU 26, 26.01.2013


Top