Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62013FN0119

Kawża F-119/13: Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Diċembru 2013 – ZZ vs Il-Kummissjoni

ĠU C 129, 28.4.2014, p. 37–37 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

28.4.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 129/37


Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Diċembru 2013 – ZZ vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-119/13)

(2014/C 129/45)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: ZZ (rappreżentanti: D. de Abreu Caldas u J.-N. Louis, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża

Annullament tad-deċiżjonijiet dwar it-trasferiment tad-drittijiet għall-pensjoni tar-rikorrenti fl-iskema tal-pensjoni tal-Unjoni li tapplika d-DGE l-ġodda dwar l-Artikoli 11 u 12 tal-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Persunal.

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjonijiet dwar il-kalkolu tal-akkreditazzjoni tad-drittijiet tagħhom għal pensjoni qabel ma daħlu fis-servizz tal-Kummissjoni

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.


Top