Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62014CN0113

Kawża C-113/14: Rikors ippreżentat fl-10 ta’ Marzu 2014 – Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja vs Il-Parlament Ewropew, Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

ĠU C 129, 28.4.2014, pp. 15–16 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

28.4.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 129/15


Rikors ippreżentat fl-10 ta’ Marzu 2014 – Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja vs Il-Parlament Ewropew, Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

(Kawża C-113/14)

(2014/C 129/19)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja (rappreżentanti: T. Henze, A. Wiedmann)

Konvenuti: Il-Parlament Ewropew u Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla l-Artikolu 7 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-17 ta’ Diċembru 2013, li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1);

tannulla l-Artikolu 2 tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1370/2013, tas-16 ta’ Diċembru 2013, li jiddetermina miżuri dwar l-iffissar ta’ ċerti għajnuniet u rifużjonijiet relatati mal-organizzazzjoni komuni tas-swieq tal-prodotti agrikoli (2), li jirreferi għall-Artikolu 7 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013;

tikkonstata ż-żamma tal-effetti tad-dispożizzjonijiet iċċitati iktar ’il fuq sakemm jidħlu fis-seħħ ir-regoli adottati fuq il-bażi legali xierqa,

u tikkundanna lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja titlob l-annullament tal-Artikolu 7 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013. Ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 ġie adottat, fit-totalità tiegħu, bħala organizzazzjoni komuni tas-swieq agrikoli, fuq il-bażi tal-Artikolu 43(2) TFUE.

Madankollu, skont il-Gvern federali, ir-regola tal-Artikolu 7 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tikkostitwixxi “miżur[a] dwar l-iffissar tal-prezzijiet” fis-sens tal-Artikolu 43(3) TFUE. Konsegwentement, il-Gvern federali huwa tal-fehma li l-Artikolu 7 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 ma setax jiġi adottat fuq il-bażi legali tal-Artikolu 43(2) TFUE, iżda fuq il-bażi legali tal-Artikolu 43(3) TFUE. Huwa jqis li l-Artikolu 7 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 huwa għalhekk ibbażat fuq bażi legali żbaljata.

Għal raġunijiet ta’ ċertezza u ta’ ċarezza legali, il-Gvern federali jqis li l-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) Nru 1370/2013, li jirreferi għall-Artikolu 7 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, għandu wkoll jiġi annullat. Billi jirreferi għar-regola tal-Artikolu 7 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 li, skont dan il-gvern, għandha tiġi annullata, l-Artikolu 2 jikkontribwixxi għal impressjoni żbaljata li din hija bbażata fuq il-bażi legali xierqa u li hija legali.

Skont il-Gvern federali, għall-finijiet ta’ protezzjoni ta’ interessi superjuri, għal raġunijiet ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi tal-impriżi agrikoli kif ukoll, b’mod ġenerali, għal raġunijiet ta’ ċertezza legali skont it-tieni paragrafu tal-Artikolu 264 TFUE, jeħtieġ ukoll li tiġi kkonstatata ż-żamma tal-effetti tad-dispożizzjonijiet iċċitati iktar ’il fuq sakemm jidħlu fis-seħħ ir-regoli adottati fuq il-bażi legali xierqa.


(1)   ĠU L 347, p. 671.

(2)   ĠU L 346, p. 12.


Top