This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62012CA0340
Joined Cases C-337/12 P to C-340/12 P: Judgment of the Court (Seventh Chamber) of 6 March 2014 — Pi-Design AG, Bodum France SAS, Bodum Logistics A/S v Yoshida Metal Industry Co. Ltd, Office for Harmonisation in the Internal Market (Trade Marks and Designs) (Appeal — Community trade mark — Registration of signs consisting of a surface with black dots — Declaration of invalidity — Regulation (EC) No 40/94 — Article 7(1)(e)(ii) — Distortion of the evidence)
Kawżi magħquda C-337/12 P sa C-340/12 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tas-6 ta’ Marzu 2014 – Pi-Design AG, Bodum France SAS, Bodum Logistics A/S vs Yoshida Metal Industry Co. Ltd, L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (Appell — Trade mark Komunitarja — Reġistrazzjoni ta’ sinjali li jikkonsistu f’wiċċ b’tikek suwed — Dikjarazzjoni ta’ invalidità — Regolament (KE) Nru 40/94 — Artikolu 7(1)(e)(ii) — Żnaturament tal-provi)
Kawżi magħquda C-337/12 P sa C-340/12 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tas-6 ta’ Marzu 2014 – Pi-Design AG, Bodum France SAS, Bodum Logistics A/S vs Yoshida Metal Industry Co. Ltd, L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (Appell — Trade mark Komunitarja — Reġistrazzjoni ta’ sinjali li jikkonsistu f’wiċċ b’tikek suwed — Dikjarazzjoni ta’ invalidità — Regolament (KE) Nru 40/94 — Artikolu 7(1)(e)(ii) — Żnaturament tal-provi)
ĠU C 129, 28.4.2014, p. 2–2
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
|
28.4.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 129/2 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tas-6 ta’ Marzu 2014 – Pi-Design AG, Bodum France SAS, Bodum Logistics A/S vs Yoshida Metal Industry Co. Ltd, L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
(Kawżi magħquda C-337/12 P sa C-340/12 P) (1)
((Appell - Trade mark Komunitarja - Reġistrazzjoni ta’ sinjali li jikkonsistu f’wiċċ b’tikek suwed - Dikjarazzjoni ta’ invalidità - Regolament (KE) Nru 40/94 - Artikolu 7(1)(e)(ii) - Żnaturament tal-provi))
(2014/C 129/02)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Appellanti: Pi-Design AG, Bodum France SAS, Bodum Logistics A/S (rappreżentant: H. Pernez, avukat)
Partijiet oħra fil-proċedura: Yoshida Metal Industry Co. Ltd (rappreżentanti: S. Verea, K. Muraro u M. Balestriero, avukati), L-Uffiċċju għall-Armonizzazjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: A. Folliard-Monguiral, aġent)
Suġġett
Appelli mis-sentenzi tal-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla), tat-8 ta’ Mejju 2012, – Yoshida Metal Industry vs UASI – Pi-Design et (T-331/10 u T-416/10), li permezz tagħhom il-Qorti Ġenerali annullat id-Deċiżjonijiet R 1235/2008-1 u R 1237/2008-1, tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (UASI), tal-20 ta’ Mejju 2010, li jannullaw id-deċiżjonijiet tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni li jiċħdu t-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità, imressqa minn Pi-Design (T-331/10) u minn Pi-Design, Bodum France u minn Bodum Logistics A/S (T-416/10), ta’ trade mark figurattiva li tirrappreżenta wiċċ miksi b’diski suwed, għal prodotti fil-klassijiet 8 u 21 – Interpretazzjoni tal-Artikolu 7(1)(e)(ii) tar-Regolament (KE) 207/2009 dwar it-trade mark Komunitarja – Sinjal li jikkonsisti esklużivament fil-forma tal-prodott li hija neċessarja sabiex jinkiseb riżultat tekniku
Dispożittiv
|
1) |
Is-sentenzi tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea, tat-8 ta’ Mejju 2012, Yoshida Metal Industry vs UASI – Pi-Design et (Rappreżentazjoni ta’ wiċċ trijangolari b’tikek suwed (T-331/10), u Yoshida Metal Industry vs UASI – Pi-Design et (Rappreżentazzjoni ta’ wiċċ b’tikek suwed) (T-416/10), huma annullati. |
|
2) |
Il-kawżi huma rrinvijati quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea. |
|
3) |
L-ispejjeż huma rriżervati. |