Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62011TA0385

    Kawża T-385/11: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas- 16 ta’ Jannar 2014 — BP Products North America vs Il-Kunsill ( “Dumping — Sussidji — Importazzjonijiet ta’ biodiżil li joriġinaw mill-Istati Uniti — Evażjoni — Artikolu 13 tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009 — Artikolu 23 tar-Regolament Nru 597/2009 — Prodotti simili ftit modifikati — Ċertezza legali — Użu ħażin ta’ poter — Żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni — Obbligu ta’ motivazzjoni — Ugwaljanza fit-trattament — Prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba” )

    ĠU C 52, 22.2.2014, p. 33–33 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    22.2.2014   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 52/33


    Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Jannar 2014 — BP Products North America vs Il-Kunsill

    (Kawża T-385/11) (1)

    (Dumping - Sussidji - Importazzjonijiet ta’ biodiżil li joriġinaw mill-Istati Uniti - Evażjoni - Artikolu 13 tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009 - Artikolu 23 tar-Regolament Nru 597/2009 - Prodotti simili ftit modifikati - Ċertezza legali - Użu ħażin ta’ poter - Żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni - Obbligu ta’ motivazzjoni - Ugwaljanza fit-trattament - Prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba)

    2014/C 52/59

    Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrenti: BP Products North America, Inc. (Naperville, Illinois, L-Istati Uniti) (rappreżentanti: inizjalment C. Farrar, solicitor, H. J. Prieß, B. Sachs u M. Schütte, avukati, sussegwentement C. Farrar, H. J. rieß, M. Schütte u K. Arend, avukati)

    Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: J. P. Hix, aġent, assistit minn B. O’Connor, solicitor, u S. Gubel, avokat)

    Intervenjenti insostenn tal-konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: M. França u A. Stobiecka-Kuik, aġenti); u European Biodiesel Board (EBB) (rappreżentanti: O. Prost u M. S. Dibling, avukati)

    Suġġett

    Talba għall-annullament parzjali, minn naħa, tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 443/2011, tal-5 ta’ Mejju 2011, li jestendi d-dazju kompensatorju definittiv impost mir-Regolament (KE) Nru 598/2009 fuq l-importazzjonijiet tal-bijodiżil li joriġinaw mill-Istati Uniti tal-Amerika għall-importazzjonijiet tal-bijodiżil ikkunsinnati mill-Kanada, kemm jekk iddikjarati li joriġinaw mill-Kanada, kif ukoll jekk le, u li jestendi d-dazju kompensatorju definittiv impost mir-Regolament (KE) Nru 598/2009 fuq l-importazzjonijiet tal-bijodiżil f’taħlita li fiha bil-piż 20 % jew inqas ta’ bijodiżil li joriġinaw mill-Istati Uniti tal-Amerika, u li jwaqqaf l-investigazzjoni fir-rigward tal-importazzjonijiet ikkunsinnati minn Singapor (ĠU L 122, p. 1), u, min-naħa l-oħra, tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 444/2011, tal-5 ta’ Mejju 2011, li jestendi d-dazju anti-dumping definittiv impost mir-Regolament (KE) Nru 599/2009 fuq l-importazzjonijiet tal-bijodiżil li joriġinaw mill-Istati Uniti tal-Amerika għall-importazzjonijiet tal-bijodiżil ikkunsinnati mill-Kanada, kemm jekk iddikjarat li joriġinaw mill-Kanada, kif ukoll jekk le, u li jestendi d-dazju anti-dumping definittiv impost mir-Regolament (KE) Nru 599/2009 fuq l-importazzjonijiet tal-bijodiżil f’taħlita li fiha bil-piż 20 % jew inqas ta’ bijodiżil li joriġina mill-Istati Uniti tal-Amerika, u li jtemm l-investigazzjoni fir-rigward tal-importazzjonijiet ikkunsinnati minn Singapor (ĠU L 122, p. 12), sa fejn dawn ir-regolamenti jaffettwaw lir-rikorrenti

    Dispożittiv

    (1)

    Ir-rikors huwa miċħud.

    (2)

    BP Products North America Inc. għandha tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha, dawk sostnuti mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropeau mill-European Biodiesel Board (EBB).

    (3)

    Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha.


    (1)  ĠU C 282, 24.09.2011.


    Top