Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62012CA0495

    Kawża C-495/12: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tad- 19 ta’ Diċembru 2013 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Upper Tribunal (Tax and Chancery Chamber) — ir-Renju Unit) — The Commissioners for Her Majesty’s Revenue & Customs vs The Bridport and West Dorset Golf Club Limited (Tassazzjoni — VAT — Direttiva 2006/112/KE — Eżenzjonijiet — Artikolu 132(1)(m) — Provvista ta’ servizzi li għandhom rabta mill-qrib mal-prattika tal-isport — Aċċess għal korsa tal-golf — Viżitaturi li ma humiex membri ta’ klabb tal-golf li jħallsu miżata ta’ aċċess għall-korsa tal-golf ( “green fee” ) — Esklużjoni mill-eżenzjoni — Punt (d) tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 133 — Artikolu 134(b) — Dħul addizzjonali)

    ĠU C 52, 22.2.2014, p. 20–21 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    22.2.2014   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 52/20


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tad-19 ta’ Diċembru 2013 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Upper Tribunal (Tax and Chancery Chamber) — ir-Renju Unit) — The Commissioners for Her Majesty’s Revenue & Customs vs The Bridport and West Dorset Golf Club Limited

    (Kawża C-495/12) (1)

    (Tassazzjoni - VAT - Direttiva 2006/112/KE - Eżenzjonijiet - Artikolu 132(1)(m) - Provvista ta’ servizzi li għandhom rabta mill-qrib mal-prattika tal-isport - Aċċess għal korsa tal-golf - Viżitaturi li ma humiex membri ta’ klabb tal-golf li jħallsu miżata ta’ aċċess għall-korsa tal-golf (“green fee”) - Esklużjoni mill-eżenzjoni - Punt (d) tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 133 - Artikolu 134(b) - Dħul addizzjonali)

    2014/C 52/34

    Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

    Qorti tar-rinviju

    Upper Tribunal (Tax and Chancery Chamber)

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: The Commissioners for Her Majesty’s Revenue & Customs

    Konvenuta: The Bridport and West Dorset Golf Club Limited

    Suġġett

    Talba għal deċiżjoni preliminari — Upper Tribunal (Tax and Chancery Chamber) — Ir Renju Unit — Interpretazzjoni tal-Artikoli 132(1)(m), 133(d) u 134(b) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 347, p. 1) — Eżenzjonijiet — Provvista ta’ servizzi li għandhom rabta mill-qrib mal-prattika tal-isport jew tal-edukazzjoni fiżika — Bejgħ, minn organu mingħajr skop ta’ lukru, ta’ drittijiet tal-użu ta’ korsa tal-golf matul ċertu perijodu sabiex wieħed jipprattika l-attività tal-golf

    Dispożittiv

    (1)

    L-Artikolu 134(b) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, għandu jiġi interpretat fis-sens li dan ma jeskludix mill-benefiċċju tal-eżenzjoni prevista fl-Artikolu 132(1)(m) ta’ din id-direttiva l-provvista ta’ servizzi li tikkonsisti fl-għoti, minn organu mingħajr skop ta’ lukru li jamministra korsa tal-golf u li jipproponi sistema ta’ sħubija, tad-dritt li wieħed jagħmel użu minn din il-korsa tal-golf lill-viżitaturi li ma humiex membri ta’ dan l-organu.

    (2)

    Il-punt (d) tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 133 tad-Direttiva 2006/112 għandu jiġi interpretat fis-sens li huwa ma jippermettix lill-Istati Membri, f’ċirkustanzi bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li jeskludu mill-benefiċċju tal-eżenzjoni prevista fl-Artikolu 132(1)(m) ta’ din id-direttiva l-provvista ta’ servizzi li tikkonsisti fl-għoti tad-dritt li wieħed jagħmel użu mill-korsa tal-golf amministrata minn organu mingħajr skop ta’ lukru li jipproponi sistema ta’ sħubija meta din il-provvista tiġi pprovduta lil viżitaturi li ma humiex membri tal-imsemmi organu.


    (1)  ĠU C 32, 02.02.2013.


    Top