Válassza ki azokat a kísérleti funkciókat, amelyeket ki szeretne próbálni

Ez a dokumentum az EUR-Lex webhelyről származik.

Dokumentum 62012CA0425

    Kawża C-425/12: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tat- 12 ta’ Diċembru 2013 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal Administrativo e Fiscal do Porto — il-Portugall) — Portgás — Sociedade de Produção e Distribuição de Gás, SA vs Ministério da Agricultura, do Mar, do Ambiente e do Ordenamento do Território (Proċeduri ta’ għoti ta’ kuntratti pubbliċi fis-setturi tal-ilma, tal-enerġija, tat-trasport u tat-telekomunikazzjonijiet — Direttiva 93/38/KEE — Nuqqas ta’ traspożizzjoni fid-dritt intern — Possibbiltà tal-Istat li jinvoka din id-direttiva fil-konfront ta’ organu konċessjonarju ta’ servizz pubbliku fl-assenza ta’ traspożizzjoni ta’ dak l-att fid-dritt intern)

    ĠU C 52, 22.2.2014., 17—18. o. (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    22.2.2014   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 52/17


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tat-12 ta’ Diċembru 2013 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal Administrativo e Fiscal do Porto — il-Portugall) — Portgás — Sociedade de Produção e Distribuição de Gás, SA vs Ministério da Agricultura, do Mar, do Ambiente e do Ordenamento do Território

    (Kawża C-425/12) (1)

    (Proċeduri ta’ għoti ta’ kuntratti pubbliċi fis-setturi tal-ilma, tal-enerġija, tat-trasport u tat-telekomunikazzjonijiet - Direttiva 93/38/KEE - Nuqqas ta’ traspożizzjoni fid-dritt intern - Possibbiltà tal-Istat li jinvoka din id-direttiva fil-konfront ta’ organu konċessjonarju ta’ servizz pubbliku fl-assenza ta’ traspożizzjoni ta’ dak l-att fid-dritt intern)

    2014/C 52/28

    Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

    Qorti tar-rinviju

    Tribunal Administrativo e Fiscal do Porto

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrent: Portgás — Sociedade de Produção e Distribuição de Gás, SA

    Konvenut: Ministério da Agricultura, do Mar, do Ambiente e do Ordenamento do Território

    Suġġett

    Talba għal deċiżjoni preliminari — Tribunal Administrativo e Fiscal do Porto — Il-Portugall — Interpretazzjoni tal-Artikoli 2(1)(b), 4(1) u 14(1)(ċ)(i) tad-Direttiva tal-Kunsill 93/38/KEE, tal-14 ta’ Ġunju 1993, li tikkoordina l-proċeduri ta’ akkwist pubbliku għal entitajiet li joperaw fis-setturi tal-ilma, tal-enerġija, tat-trasport u tat-telekomunikazzjoni (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 2, p. 194), kif emendata bid-Direttiva 98/04/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-16 ta’ Frar 1998 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 3, p. 91) — Effett dirett — Possibbiltà għall-Istat li jinvoka l-imsemmija direttiva kontra entità konċessjonarja ta’ servizz pubbliku fl-assenza ta’ traspożizzjoni ta’ dan l-imsemmi att fid-dritt intern

    Dispożittiv

    L-Artikoli 4(1), 14(1)(ċ)(i) u 15 tad-Direttiva tal-Kunsill 93/38/KEE, tal-14 ta’ Ġunju 1993, li tikkoordina l-proċeduri ta’ akkwist pubbliku għal entitajiet li joperaw fis-setturi tal-ilma, tal-enerġija, tat-trasport u tat-telekomunikazzjoni, kif emendata bid-Direttiva 98/4/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-16 ta’ Frar 1998, għandhom jiġu interpretati fis-sens li dawn ma jistgħux jiġu invokati fil-konfront ta’ impriża privata, abbażi tas-sempliċi raġuni li din tal-aħħar għandha l-kwalità ta’ konċessjonarja esklużiva ta’ servizz ta’ interess pubbliku li taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni ratione personae ta’ din id-direttiva, meta l-imsemmija direttiva ma tkunx għadha ġiet trasposta fl-ordinament intern tal-Istat Membru kkonċernat.

    Tali impriża, li tkun ġiet inkarigata permezz ta’ att tal-awtorità pubblika li twettaq, taħt il-kontroll ta’ din tal-aħħar, servizz ta’ interess pubbliku u li jkollha, għal dan l-għan, setgħat eżorbitanti b’relazzjoni mar-regoli applikabbli fir-relazzjonijiet bejn l-individwi, hija obbligata tosserva d-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 93/38 kif emendata bid-Direttiva 98/4 u għaldaqstant dawn id-dispożizzjonijiet jistgħu jiġu invokati fil-konfront tagħha mill-awtoritajiet ta’ Stat Membru.


    (1)  ĠU C 389, 15.12.2012.


    Az oldal tetejére