Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62012CA0274

    Kawża C-274/12 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tad- 19 ta’ Diċembru 2013 — Telefónica SA vs Il-Kummissjoni Ewropea (Appell — Rikors għal annullament — Ir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE — Dritt għal azzjoni legali — Locus standi — Persuni fiżiċi jew ġuridiċi — Att li jikkonċernahom individwalment — Att regolatorju li ma jinvolvix miżuri ta’ implementazzjoni — Deċiżjoni li tiddikjara skema ta’ għajnuna mill-Istat inkompatibbli mas-suq komuni — Dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva)

    ĠU C 52, 22.2.2014, p. 12–13 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    22.2.2014   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 52/12


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tad-19 ta’ Diċembru 2013 — Telefónica SA vs Il-Kummissjoni Ewropea

    (Kawża C-274/12 P) (1)

    (Appell - Rikors għal annullament - Ir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE - Dritt għal azzjoni legali - Locus standi - Persuni fiżiċi jew ġuridiċi - Att li jikkonċernahom individwalment - Att regolatorju li ma jinvolvix miżuri ta’ implementazzjoni - Deċiżjoni li tiddikjara skema ta’ għajnuna mill-Istat inkompatibbli mas-suq komuni - Dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva)

    2014/C 52/19

    Lingwa tal-proċedura: l-Ispanjol

    Partijiet

    Appellanti: Telefónica SA (rappreżentanti: J. Ruiz Calzado u J. Domínguez Pérez, avukati, kif ukoll minn M. Núñez Müller, avukati)

    Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: P. Němečková u C. Urraca Caviedes, aġenti)

    Suġġett

    Appell ippreżentat mid-digriet tal-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) tal-21 ta’ Marzu 2012, Telefónica vs Il-Kummissjoni (T-228/10), li permezz tiegħu l-Qorti Ġenerali ċaħdet bħala inammissibbli t-talba għall-annullament tal-Artikolu 1(1) tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/5/KE, tat-28 ta’ Ottubru 2009, dwar l-ammortizzazzjoni fiskali tal-fond tal-kummerċ finanzjarju għall-akkwiżizzjoni ta’ ishma barranin C 45/07 (ex NN 51/07, ex CP 9/07) applikata għal Spanja (ĠU 2011, L 7, p. 48)

    Dispożittiv

    (1)

    L-appell huwa miċħud

    (2)

    Telefónica SA hija kkundannata għall-ispejjeż.


    (1)  ĠU C 227, 28.07.2012.


    Top