Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62012CA0241

    Kawżi magħquda C-241/12 u C-242/12: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat- 12 ta’ Diċembru 2013 (talba għal deċiżjoni preliminari tar-Rechtbank te Rotterdam — Il-Pajjiżi l-Baxxi) — Proċeduri kriminali kontra Shell Nederland Verkoopmaatschappij BV (C-241/12), Belgian Shell NV (C-242/12) (Ambjent — Skart — Kunċett — Direttiva 2006/12/KE — Vjaġġi ta’ skart — Informazzjoni tal-awtoritajiet nazzjonali kompetenti — Regolament (KEE) Nru 259/93 — Eżistenza ta’ azzjoni, ta’ intenzjoni jew ta’ obbligu li tintrema’ sustanza jew oġġett)

    ĠU C 52, 22.2.2014, p. 11–11 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    22.2.2014   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 52/11


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat-12 ta’ Diċembru 2013 (talba għal deċiżjoni preliminari tar-Rechtbank te Rotterdam — Il-Pajjiżi l-Baxxi) — Proċeduri kriminali kontra Shell Nederland Verkoopmaatschappij BV (C-241/12), Belgian Shell NV (C-242/12)

    (Kawżi magħquda C-241/12 u C-242/12) (1)

    (Ambjent - Skart - Kunċett - Direttiva 2006/12/KE - Vjaġġi ta’ skart - Informazzjoni tal-awtoritajiet nazzjonali kompetenti - Regolament (KEE) Nru 259/93 - Eżistenza ta’ azzjoni, ta’ intenzjoni jew ta’ obbligu li tintrema’ sustanza jew oġġett)

    2014/C 52/16

    Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

    Qorti tar-rinviju

    Rechtbank te Rotterdam

    Parti fil-proċedura kriminali prinċipali

    Shell Nederland Verkoopmaatschappij BV BV (C-241/12), Belgian Shell NV (C-242/12)

    Suġġett

    Talba għal deċiżjoni preliminari — Rechtbank te Rotterdam — Il-Pajjiżi l-Baxxi — Interpretazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 259/93, tal-1 ta’ Frar 1993, dwar is-superviżjoni u l-kontroll ta’ vjaġġi bil-baħar ta’ skart fi, għal u mill-Komunità Ewropea (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 2, p. 176) u tar-Regolament (KE) Nru 1013/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-14 ta’ Ġunju 2006, dwar vjeġġi ta’ skart (ĠU L 190, p. 1) — Kunċett ta’ “skart” — Trasferiment ta’ Ultra Light Sulphur Diesel (ULSD) permezz ta’ bastiment mill-Pajjiżi l-Baxxi lejn il-Belġju — ULSD imħallat aċċidentalment, fil-mument tat-tagħbija tal-bastiment, ma’ Methyl Tertiary Butyl Ether (MTBE) — Prodott li ma jikkorrispondix iktar mal-ispeċifikazzjonijiet tal-kuntratt konkluż bejn ix-xerrej u l-bejjiegħ — Xerrej li sar jaf dwar dan il-fatt waqt il-kunsinna fil-Belġju — Diesel meħud lura mill-bejjiegħ u ttrasferit lejn il-Pajjiżi l-Baxxi — Prezz tax-xiri mħallas lura lix-xerrej — Bejjiegħ li għandu l-intenzjoni li jerġa’ joħroġ id-diesel fis-suq, wara li jitħallat (jew le) ma’ prodott ieħor — Inklużjoni (jew nuqqas ta’ inklużjoni) fil-kunċett ta’ skart

    Dispożittiv

    L-Artikolu 2(a) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 259/93, tal-1 ta’ Frar 1993, dwar is-superviżjoni u l-kontroll ta’ vjaġġi bil-baħar ta’ skart fi, għal u mill-Komunità Ewropea, kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2557/2001, tat-28 ta’ Diċembru 2001, għandu jiġi interpretat fis-sens li, f’sitwazzjoni bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, tagħbija ta’ gass li aċċidentalment tħalltet ma’ sustanza oħra ma taqax taħt il-kunċett ta’ “skart”, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, bil-kundizzjoni li d-detentur tagħha jkollu realment l-intenzjoni li jqiegħed fis-suq l-imsemmija tagħbija mħallta ma’ prodott ieħor, fatt li għandu jiġi vverifikat mill-qorti tar-rinviju.


    (1)  ĠU C 243, 11.08.2012


    Top