Válassza ki azokat a kísérleti funkciókat, amelyeket ki szeretne próbálni

Ez a dokumentum az EUR-Lex webhelyről származik.

Dokumentum 62012CA0009

    Kawża C-9/12: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tad- 19 ta’ Diċembru 2013 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal de commerce de Verviers — il-Belġju) — Corman-Collins SA vs La Maison du Whisky SA (Ġurisdizzjoni f’materji ċivili u kummerċjali — Regolament (KE) Nru 44/2001 — Artikolu 2 — Artikolu 5(1)(a) u (b) — Ġurisdizzjoni speċjali f’materji kuntrattwali — Kunċetti ta’ “bejgħ ta’ oġġetti” u ta’ “provvista ta’ servizzi” — Kuntratt ta’ konċessjoni ta’ bejgħ ta’ oġġetti)

    ĠU C 52, 22.2.2014., 6—7. o. (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    22.2.2014   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 52/6


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tad-19 ta’ Diċembru 2013 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal de commerce de Verviers — il-Belġju) — Corman-Collins SA vs La Maison du Whisky SA

    (Kawża C-9/12) (1)

    (Ġurisdizzjoni f’materji ċivili u kummerċjali - Regolament (KE) Nru 44/2001 - Artikolu 2 - Artikolu 5(1)(a) u (b) - Ġurisdizzjoni speċjali f’materji kuntrattwali - Kunċetti ta’ “bejgħ ta’ oġġetti” u ta’ “provvista ta’ servizzi” - Kuntratt ta’ konċessjoni ta’ bejgħ ta’ oġġetti)

    2014/C 52/09

    Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

    Qorti tar-rinviju

    Tribunal de commerce de Verviers

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: Corman-Collins SA

    Konvenuta: La Maison du Whisky SA

    Suġġett

    Talba għal deċiżjoni preliminari — Tribunal de commerce de Verviers — Interpretazzjoni tal-Artikoli 2 u 5(1)(a) u (b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001, tat-22 ta’ Diċembru 2000, dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 4, p. 42) — Kuntratt ta’ konċessjoni ta’ bejgħ esklużiv ta’ merkanzija konkluż bejn konċedent stabbilit fi Franza u konċessjonarju stabbilit fil-Belġju — Ammissibbiltà ta’ leġiżlazzjoni nazzjonali li tistabbilixxi l-ġurisdizzjoni tal-qrati tal-konċessjonarju, irrispettivament mill-post ta’ stabbiliment tal-konċedent

    Dispożittiv

    (1)

    L-Artikolu 2 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001, tat-22 ta’ Diċembru 2000, dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali, għandu jiġi interpretat fis-sens li, meta l-konvenut ikun iddomiċiljat fi Stat Membru li ma huwiex dak li fih tippresjedi l-qorti li quddiema titressaq il-kawża, dan jipprekludi l-applikazzjoni ta’ regola ta’ ġurisdizzjoni nazzjonali bħal dik prevista fl-Artikolu 4 tal-Liġi tas-27 ta’ Lulju 1961 dwar ir-rexissjoni unilaterali tal-konċessjonijiet ta’ bejgħ esklużiv ta’ żmien indefinit, kif emendata bil-Liġi tat-13 ta’ April 1971 dwar ir-rexissjoni unilaterali tal-konċessjonijiet ta’ bejgħ.

    (2)

    L-Artikolu 5(1)(b) tar-Regolament Nru 44/2001 għandu jiġi interpretat fis-sens li r-regola ta’ ġurisdizzjoni stabbilita fit-tieni inċiż ta’ din id-dispożizzjoni għall-kawżi relatati mal-kuntratti ta’ provvista ta’ servizzi hija applikabbli fil-każ ta’ azzjoni ġudizzjarja li permezz tagħha rikorrent stabbilit fi Stat Membru jinforza, kontra konvenut stabbilit fi Stat Membru ieħor, drittijiet li jirriżultaw minn kuntratt ta’ konċessjoni, fatt li jeħtieġ li l-kuntratt li jorbot lill-partijiet ikun fih dispożizzjonijiet partikolari relatati mad-distribuzzjoni mill-konċessjonarju tal-oġġetti mibjugħa mill-konċedent. Hija l-qorti nazzjonali li għandha tivverifika jekk dan huwiex il-każ fil-kawża mressqa quddiemha.


    (1)  ĠU C 73, 10.03.2012.


    Az oldal tetejére