Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62011CA0500

    Kawża C-500/11: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tad- 19 ta’ Diċembru 2013 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-High Court of Justice Queen’s Bench Division (Administrative Court) — ir-Renju Unit) — The Queen, Fruition Po Limited vs Minister for Sustainable Farming and Food and Animal Health (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Regolament (KE) Nru 2200/96 — Regolament (KE) Nru 1432/2003 — Agrikoltura — Organizzazzjoni komuni tas-swieq — Frott u ħaxix — Organizzazzjonijiet tal-produtturi — Kundizzjonijiet ta’ rikonoxximent mill-awtoritajiet nazzjonali — Tqegħid għad-dispożizzjoni ta’ metodi tekniċi neċessarji għall-ħażna, għall-imballaġġ u għall-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti — Obbligu għall-organizzazzjoni, fil-każ ta’ delegazzjoni tal-kompiti tagħha lil kumpanniji terzi, li teżerċita kontroll fuq l-imsemmija kumpanniji)

    ĠU C 52, 22.2.2014, p. 6–6 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    22.2.2014   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 52/6


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tad-19 ta’ Diċembru 2013 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-High Court of Justice Queen’s Bench Division (Administrative Court) — ir-Renju Unit) — The Queen, Fruition Po Limited vs Minister for Sustainable Farming and Food and Animal Health

    (Kawża C-500/11) (1)

    (Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Regolament (KE) Nru 2200/96 - Regolament (KE) Nru 1432/2003 - Agrikoltura - Organizzazzjoni komuni tas-swieq - Frott u ħaxix - Organizzazzjonijiet tal-produtturi - Kundizzjonijiet ta’ rikonoxximent mill-awtoritajiet nazzjonali - Tqegħid għad-dispożizzjoni ta’ metodi tekniċi neċessarji għall-ħażna, għall-imballaġġ u għall-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti - Obbligu għall-organizzazzjoni, fil-każ ta’ delegazzjoni tal-kompiti tagħha lil kumpanniji terzi, li teżerċita kontroll fuq l-imsemmija kumpanniji)

    2014/C 52/08

    Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

    Qorti tar-rinviju

    High Court of Justice Queen’ Bench Division (Administrative Court)

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: The Queen, Fruition Po Limited

    Konvenut: Minister for Sustainable Farming and Food and Animal Health

    Suġġett

    Talba għal deċiżjoni preliminari — High Court of Justice Queen’s Bench Division (Administrative Court) — Interpretazzjoni tal-Artikolu 11 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96, tat-28 ta’ Ottubru 1996, dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fil-frott u l-ħxejjex (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Vol. 20, p. 55) u tal-Artikolu 6(2) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1432/2003, tal-11 ta’ Awwissu 2003, li jistabbilixxi r-regoli ddettaljati sabiex jiġi applikat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96 li jirrigwarda l-kondizzjonijiet għall-għarfien tal-organizzzzjonijiet tal-produtturi u l-għarfien preliminari tal-gruppi tal-produtturi (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Vol. 39, p. 424) — Kundizzjonijiet ta’ rikonoxximent mill-awtoritajiet nazzjonali — Tqegħid għad-dispożizzjoni ta’ metodi tekniċi għall-ħażna, għall-imballaġġ u għall-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodotti — Obbligu għall-organizzazzjoni, fil-każ ta’ delegazzjoni sostanzjali lil kumpanniji terzi, li teżerċita kontroll fuq l-imsemmija kumpanniji

    Dispożittiv

    L-Artikolu 11 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96, tat-28 ta’ Ottubru 1996, dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fil-frott u l-ħxejjex, kif emendat bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2699/2000, tal-4 ta’ Diċembru 2000, għandu jiġi interpretat fis-sens li, sabiex tkun tista’ tissodisfa l-kundizzjonijiet ta’ rikonoxximent stabbiliti minn din id-dispożizzjoni, organizzazzjoni tal-produtturi, li tkun inkarigat terz bl-eżerċizzju tal-attivitajiet essenzjali għar-rikonoxximent tagħha skont l-imsemmija dispożizzjoni, għandha tikkonkludi ftehim kuntrattwali li jawtorizzaha tibqa’ responsabbli għal dan l-eżerċizzju kif ukoll għall-kontroll tal-operat globali, b’mod li din l-organizzazzjoni żżomm, fundamentalment, is-setgħa ta’ kontroll u, skont il-każ, ta’ intervent fi żmien xieraq, fir-rigward tal-eżerċizzju tal-attivitajiet esternalizzati matul it-tul kollu tal-ftehim. Hija l-qorti nazzjonali kompetenti li għandha tivverifika, f’kull każ u fir-rigward taċ-ċirkustanzi kollha rilevanti fil-każ, inkluż in-natura u l-portata tal-attivitajiet esternalizzati, jekk l-organizzazzjoni tal-produtturi kkonċernata żammitx tali kontroll.


    (1)  ĠU C 370, 17.12.2011


    Top