This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Ensuring the safety and performance of medical devices
L-iżgurar tas-sikurezza u tal-prestazzjoni tal-apparati mediċi
L-iżgurar tas-sikurezza u tal-prestazzjoni tal-apparati mediċi
Minbarra l-apparati mediċi, ir-regolament ikopri wkoll ċerti gruppi ta’ prodotti li ma għandhomx skop mediku maħsub. Dawn jinkludu lentijiet tal-kuntatt ikkuluriti (jiġifieri lentijiet li ma jikkoreġux il-vista) u apparat għal-liposuction. Lista ta’ dawn il-prodotti hi inkluża f’Anness XVI tar-regolament.
Apparati mediċi huma kklassifikati skont l-iskop maħsub tagħhom u r-riskji inerenti (klassijiet I, IIa, IIb u III kif stipult f’Anness VIII tar-regolament).
Ir-regolament jintroduċi sistema għar-reġistrazzjoni tal-apparati u l-manifatturi, l-importaturi u r-rappreżentanti awtorizzati biex tiġi żgurata t-traċċabbiltà tal-apparati fil-katina tal-provvista kollha permezz ta’ identifikatur uniku tal-apparat. Dan ser jassigura li jkunu jistgħu jittieħdu miżuri b’mod rapidu jekk jinqalgħu xi problemi.
Ir-regolament attwalment jippermetti li dawn l-apparati jiġu pproċessati mill-ġdid (imnaddfa, diżinfettati, ittestjati, restawrati għas-sikurezza teknika u funzjonali u sterilizzati) biss jekk ikun permess skont id-dritt nazzjonali u jekk jissodisfaw ċerti kundizzjonijiet stabbiliti f’dan ir-regolament. Kull individwu jew persuna legali li tipproċessa apparat b’użu uniku biex tagħmlu iktar addattat għal użi addizzjonali tassumi l-obbligazzjonijiet ta’ manifattur. F’ċerti każijiet, l-Istati Membri jistgħu jippermettu eċċezzjonijiet għar-regoli ġenerali fejn apparat b’użu uniku hu riproċessat u użat ġo istituzzjoni tas-saħħa, dment li jkunu twettqu ċerti rekwiżiti speċifiċi stabbiliti fir-regolament.
Proposta leġiżlattiva tal-Kummissjoni Ewropea tas- tirrikjedi li l-manifatturi jispjegaw għaliex apparat huwa ttikkettat bħala li jintuża darba biss u tintroduċi regoli ġodda dwar meta tali apparati jistgħu jiġu pproċessati mill-ġdid.
Barra mill-obbligazzjonijiet għal manifatturi li jirrappurtaw inċidenti serji u xejriet f’inċidenti mhux serji, ir-regolament jintroduċi obbligazzjonijiet għall-Istati Membri biex jinkoraġixxu u jippermettu li professjonisti tal-kura tas-saħħa, utenti u pazjenti jkunu jistgħu jirrappurtaw inċidenti suspettati fil-livell nazzjonali billi jużaw formats standardizzati.
L-awtoritajiet tal-UE rilevanti huma responsabbli biex jassiguraw li kull apparat li mhux sikur jew ma jikkonformax ma jitpoġġiex fis-suq jew jitneħħa mis-suq jekk jinstab li mhux sikur wara li jitpoġġa fis-suq.
Sistema ċentralizzata, Eudamed, qed tiġi żviluppata u implimentata progressivament biex tipprovdi lill-Istati Membri, lill-operaturi ekonomiċi, lill-pazjenti, lill-professjonisti fil-kura tas-saħħa u lill-pubbliku informazzjoni dwar apparati mediċi disponibbli fl-UE. Ir-regoli dwar il-varar u l-użu gradwali ta’ Eudamed ġew emendati bir-Regolament (UE) 2024/1860. Diversi sistemi elettroniċi fl-Eudamed ġew iddikjarati funzjonali bid-Deċiżjoni (UE) 2025/2371, u b’hekk ingħata bidu għall-perjodi ta’ tranżizzjoni għall-użu obbligatorju tagħhom, bl-ewwel moduli jsiru obbligatorji mit-.
Fil-każ ta’ apparati impjantabbli, il-manifatturi jridu jipprovdu lill-pazjenti informazzjoni ewlenija dwar kard tal-impjant imwassla bl-apparat. Din tinkludi:
Il-lista sħiħa tal-atti ta’ implimentazzjoni tar-Regolament (UE) 2017/745 tista’ tinstab f’din il-paġna.
Ir-Regolament (UE) 2017/745, kif emendat bir-Regolament (UE) 2020/561, ħassar u ssostitwixxa d-Direttivi 90/385/KEE u 93/42/KEE mis-. Dan jistabbilixxi regoli tranżizzjonali speċifiċi u xi eċċezzjonijiet fl-Artikoli 120 u 122, li sussegwentement ġew emendati bir-Regolament (UE) 2023/607 biex jiġu estiżi l-perjodi ta’ tranżizzjoni għal ċerti apparati li qabel kienu ċċertifikati skont dawk id-direttivi.
Dan daħal fis-seħħ fil- u, minbarra li emenda r-Regolament (UE) 2020/561, beda japplika mis-, sena aktar tard milli kien maħsub oriġinarjament. Madankollu, id-dati tal-applikazzjoni għal uħud mir-regoli tar-Regolament ivarjaw u huma ddettaljati fl-Artikoli 120, 122 u 123, kif emendat.
Ir-Regolament (UE) 2017/745 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- dwar apparati mediċi, li jemenda d-Direttiva 2001/83/KE, ir-Regolament (KE) Nru 178/2002 u r-Regolament (KE) Nru 1223/2009 u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 90/385/KEE u 93/42/KEE (ĠU L 117, , pp. 1–175).
L-emendi suċċessivi għar-Regolament (UE) 2017/745 ġew inkorporati fit-test oriġinali. Din il-verżjoni konsolidata għandha valur dokumentarju biss.
l-aħħar aġġornament