This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62014TN0001
Case T-1/14: Action brought on 7 January 2014 — Aluminios Cortizo and Cortizo Cartera v Commission
Kawża T-1/14: Rikors ippreżentat fis- 7 ta’ Jannar 2014 — Aluminios Cortizo u Cortizo Cartera vs Il-Kummissjoni
Kawża T-1/14: Rikors ippreżentat fis- 7 ta’ Jannar 2014 — Aluminios Cortizo u Cortizo Cartera vs Il-Kummissjoni
ĠU C 52, 22.2.2014, p. 49–49
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
22.2.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 52/49 |
Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Jannar 2014 — Aluminios Cortizo u Cortizo Cartera vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-1/14)
2014/C 52/94
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: Aluminios Cortizo, SAU (Extramundi, Spanja) u Cortizo Cartera, SL (Extramundi, Spanja) (rappreżentant: A. Beiras Cal, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet tar-rikorrenti
— |
tannulla l-att ġuridiku fit-totalità tiegħu; |
— |
sussidjarjament, tannulla l-ordni ta’ rimbors tal-għajnuna, u |
— |
sussidjarjament, tordna li l-għajnuna tiġi evalwata skont il-benefiċċju effettiv u nett tal-investitur. |
Motivi u argumenti prinċipali
Id-deċiżjoni kkontestata f’din il-kawża hija l-istess waħda bħal dik ikkontestata fil-Kawża T-515/13, Spanja vs Il-Kummissjoni (ĠU C 336, p. 29)
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka sitt motivi.
(1) |
L-ewwel motiv, ksur tal-Artikolu 107 TFUE, ibbażat fuq l-assenza ta’ selettività u ta’ distorsjoni tal-għajnuna mill-Istat lill-investitur. |
(2) |
It-tieni motiv, ksur tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 296 TFUE, ibbażat fuq in-nuqqas assolut ta’ motivazzjoni tal-esklużjoni tal-proprjetarju tal-bastiment u/jew tat-tarzna bħala benefiċjarji tal-parti l-kbira tal-għajnuna. |
(3) |
It-tielet motiv, ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità — flimkien ma dak ta’ għajbien tal-benefiċċju — sa fejn id-deċiżjoni teżiġi li l-investitur jirrimborsa għajnuna ttrasferita lil terz. |
(4) |
Ir-raba’ motiv, ksur tal-prinċipju ta’ aspettattivi leġittimi, peress li l-Kummissjoni, permezz ta’ ittri u tan-nuqqas ta’ azzjoni tagħha, ħolqot l-apparenza leġittima ta’ legalità tas-“SEAF”. |
(5) |
Il-ħames motiv, ksur tal-prinċipju ta’ ċertezza legali, perss li l-impożizzjoni tal-obbligu li tiġi rimborsata għajnuna mhux irċevuta/ittrasferita mill-investitur tikkostitwixxi konfiska mingħajr ebda titolu legali. |
(6) |
Is-sitt motiv, ksur tal-prinċipju ta’ trattament ugwali, peress li l-miżuri ddikjarati inkompatibbli ġew aċċettati f’każijiet preċedenti oħra. |