Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62013TN0687

    Kawża T-687/13: Rikors ippreżentat fit- 13 ta’ Diċembru 2013 — Unibail Management vs UASI (Rappreżentazzjoni ta’ żewġ linji u ħames stilel)

    ĠU C 52, 22.2.2014, p. 42–43 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    22.2.2014   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 52/42


    Rikors ippreżentat fit-13 ta’ Diċembru 2013 — Unibail Management vs UASI (Rappreżentazzjoni ta’ żewġ linji u ħames stilel)

    (Kawża T-687/13)

    2014/C 52/81

    Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

    Partijiet

    Rikorrenti: Unibail Management (Pariġi, Franza) (rappreżentanti: L. Bénard, A. Rudoni, O. Klimis, avukati)

    Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

    Talbiet tar-rikorrenti

    tannulla parzjalment id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tat-3 ta’ Settembru 2013 fil-Każ R 299/2013-2 inkwantu rrifjutat ir-reġistrazzjoni tal-applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja Nru 10 939 981 għall-prodotti u s-servizzi fil-klassijiet 16, 35, 36, 38, 41 u 42;

    tikkundanna lill-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) għall-ispejjeż

    Motivi u argumenti prinċipali

    Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark figurattiva komposta minn ħames stilel b’ħames ponot u segwiti b’linja orizzonatali għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 16, 35, 36, 38, 41, 42 u 43 — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja Nru 10 939 981

    Deċiżjoni tal-eżaminatur: applikazzjoni għal reġistrazzjoni miċħuda

    Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: rikors miċħud

    Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 7(1)(b) moqri flimkien mal-ewwel sentenza tal-Artikolu 75 tar-Regolament (KE) Nru 207/2009


    Top