Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62013CN0643

    Kawża C-643/13 P: Appell ippreżentat fl- 4 ta’ Diċembru 2013 minn Melkveebedrij Overenk BV mid-digriet mogħti mill-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla) fil- 11 ta’ Settembru 2013 fil-Kawża T-540/11, Melkveebedrij Overenk vs Il-Kummissjoni

    ĠU C 52, 22.2.2014, p. 29–29 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    22.2.2014   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 52/29


    Appell ippreżentat fl-4 ta’ Diċembru 2013 minn Melkveebedrij Overenk BV mid-digriet mogħti mill-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla) fil-11 ta’ Settembru 2013 fil-Kawża T-540/11, Melkveebedrij Overenk vs Il-Kummissjoni

    (Kawża C-643/13 P)

    2014/C 52/53

    Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

    Partijiet

    Appellanti: Melkveebedrij Overenk BV, Maatschap Veehouderij Kwakernaak, Mulders Agro vof, Melkveedrijf Engelen vof, Melkveedebrij De Peel BV, M.H.H.M. Moonen (rappreżentanti: P.E. Mazel u A van Beelen, avuakti)

    Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea

    Talbiet tal-appellanti

    L-appellanti jitolbu li l-Qorti tal-Ġustizzja tannulla d-digriet li huwa s-suġġett ta’ dan l-appell u tirrinvija l-kawża quddiem il-Qorti Ġenerali.

    Aggravji u argumenti prinċipali

    Għandu jiġi konkluż li d-digriet għandu jiġi annullat minħabba li l-Qorti Ġenerali wettqet irregolaritajiet proċedurali li permezz tagħhom ġew leżi l-interessi tal-appellanti kif ukoll minħabba li hija kisret id-dritt tal-Unjoni.


    Top