Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62013CN0638

    Kawża C-638/13 P: Appell ippreżentat fl- 4 ta’ Diċembru 2013 minn Roca mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla) fis- 16 ta’ Settembru 2013 fil-Kawża T-412/10, Roca vs Il-Kummissjoni

    ĠU C 52, 22.2.2014, p. 29–29 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    22.2.2014   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 52/29


    Appell ippreżentat fl-4 ta’ Diċembru 2013 minn Roca mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla) fis-16 ta’ Settembru 2013 fil-Kawża T-412/10, Roca vs Il-Kummissjoni

    (Kawża C-638/13 P)

    2014/C 52/52

    Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

    Partijiet

    Appellanta: Roca (rappreżentant: P. Vidal Martínez, avukat)

    Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea

    Talbiet tal-appellanta

    tilqa’ l-argumenti mressqa minn Roca fl-appell preżenti;

    tannulla parzjalment is-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali fis-16 ta’ Settembru 2013 fil-kawża T-412/10;

    tilqa’ t-talbiet ta’ Roca billi tnaqqas l-ammont tal-multa imposta fuqha;

    tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż sostnuti minn Roca fil-proċeduri preżenti kif ukoll għall-ispejjeż sostnuti fil-kuntest tal-kawża T-412/10 sa fejn din tikkonċerna l-istess aggravji.

    Aggravji u argumenti prinċipali

    (1)

    L-ewwel aggravju , ibbażat fuq ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni, tal-prinċipji ta’ nondiskriminazzjoni u ta’ ugwaljanza fit-trattament fl-evalwazzjoni tal-karattru inqas gravi tal-ksur ta’ Roca marbut mal-gamma iżgħar ta’ prodotti kkonċernati mill-ksur, u fuq l-iżnaturament tal-fatti kkunsidrati bħala stabbiliti fid-deċiżjoni.

    (2)

    It-tieni aggravju , ibbażat fuq żball ta’ dritt fl-applikazzjoni tal-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, u fuq il-ksur tal-prinċipji ta’ ugwaljanza fit-trattament u tal-protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi fl-applikazzjoni tal-linji gwida għall-kalkolu tal-multi imposti skont l-Artikolu 23(2)(a) tar-Regolament (KE) Nru 1/2003 (1).


    (1)  ĠU 2006, C 210, p. 2.


    Top