Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62013CB0355

Kawża C-355/13: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tat- 12 ta’ Diċembru 2013 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Commissione Tributaria Regionale dell’Umbria — l-Italja) — Umbra Packaging srl vs Agenzia delle Entrate — Direzione Provinciale di Perugia (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Regoli tal-proċedura — Artikoli 53(2) u 99 — Risposta għal domanda preliminari li tkun tista’ kjarament tiġi dedotta mill-ġurisprudenza — Talba manifestament inammissibbli — Netwerks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi — Direttiva 2002/20/KE (Direttiva ta’ “awtorizzazzjoni” ) — Artikolu 3 — Impożizzjoni ta’ taxxa ta’ organizzazzjoni governattiva fil-każ ta’ kuntratt għal abbonament telefoniku — Taxxa inapplikabbli fil-każ ta’ karta telefonika mħallsa minn qabel — Artikolu 102 TFUE)

ĠU C 52, 22.2.2014, p. 24–24 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

22.2.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 52/24


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tat-12 ta’ Diċembru 2013 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Commissione Tributaria Regionale dell’Umbria — l-Italja) — Umbra Packaging srl vs Agenzia delle Entrate — Direzione Provinciale di Perugia

(Kawża C-355/13) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Regoli tal-proċedura - Artikoli 53(2) u 99 - Risposta għal domanda preliminari li tkun tista’ kjarament tiġi dedotta mill-ġurisprudenza - Talba manifestament inammissibbli - Netwerks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi - Direttiva 2002/20/KE (Direttiva ta’ “awtorizzazzjoni”) - Artikolu 3 - Impożizzjoni ta’ taxxa ta’ organizzazzjoni governattiva fil-każ ta’ kuntratt għal abbonament telefoniku - Taxxa inapplikabbli fil-każ ta’ karta telefonika mħallsa minn qabel - Artikolu 102 TFUE)

2014/C 52/42

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Commissione Tributaria Regionale dell’Umbria

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Umbra Packaging srl

Konvenut: Agenzia delle Entrate — Direzione Provinciale di Perugia

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Commissione Tributaria Regionale dell’Umbria — Interpretazzjoni tal-Artikolu 3 tad-Direttiva 20/2002/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-7 ta’ Marzu 2002, dwar l-awtorizzazzjoni ta’ networks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi (Direttiva ta’ Awtorizzazzjoni) (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 29, p. 337) u tal-Artikolu 102 TFUE — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tissuġġetta lill-operaturi tat-telefon ċellulari għal tariffa — Impożizzjoni ta’ taxxa ta’ awtorizzazzjoni governattiva fil-każ ta’ kuntratt għal abbonament telefoniku — Taxxa inapplikabbli fil-każ ta’ karta telefonika mħallsa minn qabel.

Dispożittiv

L-Artikolu 3 tad-Direttiva 2002/20/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-7 ta’ Marzu 2002, dwar l-awtorizzazzjoni ta’ networks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi (Direttiva ta’ Awtorizzazzjoni), għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix leġiżlazzjoni nazzjonali bħal dak li tirrigwarda t-taxxa fuq l-attivitajiet eżerċitati fil-kuntest ta’ konċessjoni tal-gvern.


(1)  ĠU C 260, 07.09.2013.


Top