This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62010TN0508
Case T-508/10: Action brought on 19 October 2010 — Seba Diș Tįcaret ve Naklįyat v OHIM — von Eicken (SEBA TRADITION ESTABLISHED 1932 20 FILTER)
Kawża T-508/10: Rikors ippreżentat fid- 19 ta’ Ottubru 2010 — Seba Diș Tįcaret ve Naklįyat vs UASI — von Eicken (SEBA TRADITION ESTABLISHED 193220 FILTER)
Kawża T-508/10: Rikors ippreżentat fid- 19 ta’ Ottubru 2010 — Seba Diș Tįcaret ve Naklįyat vs UASI — von Eicken (SEBA TRADITION ESTABLISHED 193220 FILTER)
ĠU C 346, 18.12.2010, p. 56–57
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
18.12.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 346/56 |
Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Ottubru 2010 — Seba Diș Tįcaret ve Naklįyat vs UASI — von Eicken (SEBA TRADITION ESTABLISHED 193220 FILTER)
(Kawża T-508/10)
()
2010/C 346/110
Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Seba Diș Tįcaret ve Naklįyat A.S. (Istanbul, it-Turkija) (rappreżentant: H. Wilde, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Johann Wilhelm von Eicken GmbH (Lübeck, il-Ġermanja)
Talbiet tar-rikorrenti
— |
tannulla d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tat-18 ta’ Awwissu 2010, fil-Każ R 559/2009-4; |
— |
tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Trade mark Komunitarja rreġistrata li hija s-suġġett tat-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità: trade mark figurattiva bil-kulur li tinkludi l-elementi verbali “ESTABLISHED 1932 SEBA TRADITION” għal prodotti fil-klassi 34
Proprjetarju tat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti
Parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta’ invalidità tat-trade mark Komunitarja: Johann Wilhelm von Eicken GmbH
Dritt tat-trade mark tal-parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta’ invalidità: trade mark Ġermaniża li tinkludi l-elementi verbali “ESTABLISHED 1770 JOHANN WILHELM VON EICKEN TRADITION” għal prodotti fil-klassi 34
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni: talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità milqugħa
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud
Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (1), peress li ma hemm ebda probabbiltà ta’ konfużjoni bejn it-trade marks kunfliġġenti.
(1) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, tas-26 ta’ Frar 2009, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU L 78, 24.3.2009, p. 1)