EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62010CN0491

Kawża C-491/10: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Oberlandesgericht Celle (Il-Ġermanja) fil- 15 ta’ Ottubru 2010 — Joseba Andoni Aguirre Zarraga vs Simone Pelz

ĠU C 346, 18.12.2010, p. 34–34 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

18.12.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 346/34


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Oberlandesgericht Celle (Il-Ġermanja) fil-15 ta’ Ottubru 2010 — Joseba Andoni Aguirre Zarraga vs Simone Pelz

(Kawża C-491/10)

()

2010/C 346/57

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Oberlandesgericht Celle

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Joseba Andoni Aguirre Zarraga

Konvenut: Simone Pelz

Domandi preliminari

(1)

Fil-kuntest ta’ interpretazzjoni tal-Artikolu 42 tar-Regolament ta’ Brussell IIa (1) skont il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali, il-qorti tal-Istat Membru ta’ eżekuzzjoni għandha eċċezzjonalment poter ta’ stħarriġ ġudizzjarju tagħha fil-każ fejn id-deċiżjoni tal-Istat Membru ta’ oriġini li għandha tiġi infurzata hija vvizzjata bi ksur serju tad-drittijiet fundamentali?

(2)

Il-qorti tal-Istat Membru ta’ eżekuzzjoni hija marbuta teżegwixxi d-deċiżjoni tal-qorti tal-Istat Membru tal-oriġini anki jekk mill-proċess jirriżulta li ċ-ċertifikat maħruġ mill-qorti tal-Istat Membru ta’ oriġini abbażi tal-Artikolu 42 tar-Regolament ta’ Brussell IIa jinkludi dikjarazzjoni manifestament ineżatta?


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2201/2003, tas-27 ta’ Novembru 2003, dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-infurzar ta’ sentenzi fi kwistjonijiet matrimonjali u kwistjonijiet ta’ responsabbilità tal-ġenituri, u li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 1347/2000 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 6, p. 243)


Top