Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62010CN0469

Kawża C-469/10: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Supremo (Spanja) fit- 28 ta’ Settembru 2010 — Federación de Comercio Electrónico y Marketing Directo (FECEMD) vs Administración del Estado

ĠU C 346, 18.12.2010, p. 32–32 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

18.12.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 346/32


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Supremo (Spanja) fit-28 ta’ Settembru 2010 — Federación de Comercio Electrónico y Marketing Directo (FECEMD) vs Administración del Estado

(Kawża C-469/10)

()

2010/C 346/52

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Tribunal Supremo

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Federación de Comercio Electrónico y Marketing Directo (FECEMD)

Konvenuta: Administración del Estado

Domandi preliminari

(1)

L-Artikolu 7(f) tad-Direttiva 95/46/KE (1) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-24 ta’ Ottubru 1995, dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-data, għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali li, mingħajr il-kunsens tal-persuna kkonċernata, u sabiex ikun awtorizzat l-ipproċessar tad-data ta’ natura personali tagħha li jirriżulta neċessarju sabiex jiġi sodisfatt interess leġittimu tal-kontrollur jew ta’ terzi li lihom din id-data hija żvelata, tirrikjedi, barra li jiġu rrispettati d-drittijiet u l-libertajiet fundamentali ta’ din tal-aħħar, li d-data li tinsab f’dawn is-sorsi tkun aċċessibbli għall-pubbliku?

(2)

Huma preżenti l-kundizzjonijiet mitluba mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja fl-Artikolu 7(f), iċċitat ’il fuq, sabiex jiġi attribwit lilu effett dirett?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 15, p. 355)


Top