This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32017O0028
Guideline (EU) 2017/2082 of the European Central Bank of 22 September 2017 amending Guideline ECB/2012/27 on a Trans-European Automated Real-time Gross settlement Express Transfer system (TARGET2) (ECB/2017/28)
Linja Gwida (UE) 2017/2082 tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-22 ta' Settembru 2017 li temenda l-Linja Gwida BĊE/2012/27 dwar is-sistema Trans-European Automated Real-time Gross settlement Express Transfer (TARGET2) (BĊE/2017/28)
Linja Gwida (UE) 2017/2082 tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-22 ta' Settembru 2017 li temenda l-Linja Gwida BĊE/2012/27 dwar is-sistema Trans-European Automated Real-time Gross settlement Express Transfer (TARGET2) (BĊE/2017/28)
ĠU L 295, 14.11.2017, p. 97–114
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
No longer in force, Date of end of validity: 19/03/2023; Impliċitament imħassar minn 32022O0912
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Modifies | 32012O0027 | Tħassir | artikolu 11 paragrafu 1 | 13/11/2017 | |
Modifies | 32012O0027 | Żieda | anness II artikolu 34 paragrafu 7 | 13/11/2017 | |
Modifies | 32012O0027 | Żieda | anness IIa artikolu 24 paragrafu 7 | 13/11/2017 | |
Modifies | 32012O0027 | Żieda | artikolu 17 paragrafu 3a | 13/11/2017 | |
Modifies | 32012O0027 | Żieda | artikolu 2 punt 74 | 13/11/2017 | |
Modifies | 32012O0027 | Sostituzzjoni | anness II APP I paragrafu 8 punt 8 PT (c) | 13/11/2017 | |
Modifies | 32012O0027 | Sostituzzjoni | anness II APP IV paragrafu 6 punt (a) | 13/11/2017 | |
Modifies | 32012O0027 | Sostituzzjoni | anness II APP IV paragrafu 8 punt (b) | 13/11/2017 | |
Modifies | 32012O0027 | Sostituzzjoni | anness II APP V paragrafu 3 TABL | 13/11/2017 | |
Modifies | 32012O0027 | Sostituzzjoni | anness II APP VI paragrafu 14 | 13/11/2017 | |
Modifies | 32012O0027 | Sostituzzjoni | anness II artikolu 1 Test | 13/11/2017 | |
Modifies | 32012O0027 | Sostituzzjoni | anness II artikolu 34 paragrafu 6 | 13/11/2017 | |
Modifies | 32012O0027 | Sostituzzjoni | anness II artikolu 38 paragrafu 2 | 13/11/2017 | |
Modifies | 32012O0027 | Sostituzzjoni | anness II artikolu 38 paragrafu 3 | 13/11/2017 | |
Modifies | 32012O0027 | Sostituzzjoni | anness IIa artikolu 24 paragrafu 6 | 13/11/2017 | |
Modifies | 32012O0027 | Sostituzzjoni | anness IIa artikolu 27 paragrafu 2 | 13/11/2017 | |
Modifies | 32012O0027 | Sostituzzjoni | anness IIa artikolu 27 paragrafu 3 | 13/11/2017 | |
Modifies | 32012O0027 | Sostituzzjoni | anness IV | 13/11/2017 | |
Modifies | 32012O0027 | Sostituzzjoni | anness V APP IA paragrafu 8 punt 8 PT (c) | 13/11/2017 | |
Modifies | 32012O0027 | Sostituzzjoni | anness V APP IIA paragrafu 4 | 13/11/2017 | |
Modifies | 32012O0027 | Sostituzzjoni | artikolu 11 paragrafu 2 | 13/11/2017 | |
Modifies | 32012O0027 | Sostituzzjoni | artikolu 11 Test | 13/11/2017 | |
Modifies | 32012O0027 | Sostituzzjoni | artikolu 17 paragrafu 4 | 13/11/2017 | |
Modifies | 32012O0027 | Sostituzzjoni | artikolu 2 punt 31 | 13/11/2017 |
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Implicitly repealed by | 32022O0912 | 20/03/2023 |
14.11.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 295/97 |
LINJA GWIDA (UE) 2017/2082 TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW
tat-22 ta' Settembru 2017
li temenda l-Linja Gwida BĊE/2012/27 dwar is-sistema Trans-European Automated Real-time Gross settlement Express Transfer (TARGET2) (BĊE/2017/28)
IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-ewwel u r-raba' inċiżi tal-Artikolu 127(2) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, u b'mod partikolari l-Artikolu 3.1 u l-Artikoli 17, 18 u 22 tiegħu,
Billi:
(1) |
Fid-9 ta' Ġunju 2016 il-Kunsill Governattiv approva l-armonizzazzjoni tar-rimunerazzjoni tal-fondi ta' garanzija tal-infrastrutturi tas-suq finanzjarju miżmuma mal-Eurosistema, |
(2) |
Mat-tlestija tal-pjan ta' migrazzjoni tat-TARGET2-Securities (T2S) f'Settembru 2017, il-mudell integrat użat fil-proċeduri ta' saldu rilevanti għal sistemi anċillari mhux se jibqa' jiġi offrut, |
(3) |
Sabiex tappoġġa l-ħolqien ta' soluzzjoni pan-Ewropea għal ħlasijiet instantanji, it-TARGET2 hija msaħħa bI proċedura ta' saldu ta' sistema anċillari ġdida (proċedura ta' saldu 6 f'ħin reali), |
(4) |
Huwa meħtieġ li jiġu kkjarifikati ċerti aspetti tal-Linja Gwida BĊE/2012/27 (1), |
(5) |
Għalhekk, il-Linja Gwida BĊE/2012/27 għandha tiġi emendata f'dan is-sens, |
ADOTTA DIN IL-LINJA GWIDA:
Artikolu 1
Emendi
Il-Linja Gwida BĊE/2012/27 hija emendata kif ġej:
1. |
L-Artikolu 2 huwa emendat kif ġej:
|
2. |
L-Artikolu 11 huwa emendat kif ġej:
|
3. |
L-Artikolu 17 huwa emendat kif ġej:
|
4. |
L-Annessi II, IIa u V huma emendati skont l-Anness I ta' din il-Linja Gwida; |
5. |
L-Anness IV huwa mibdul bl-Anness II ta' din il-Linja Gwida. |
Artikolu 2
Dħul fis-seħħ u implimentazzjoni
Din il-Linja Gwida għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tan-notifika tagħha lill-banek ċentrali nazzjonali tal-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro.
Il-banek ċentrali nazzjonali tal-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jikkonformaw ma' din il-Linja Gwida u japplikawhom mit-13 ta' Novembru 2017. Huma għandhom jinnotifikaw lill-BĊE bit-testi u l-mezzi relatati ma' dawk il-miżuri sa mhux aktar tard mill-20 ta' Ottubru 2017.
Artikolu 3
Destinatarji
Din il-Linja Gwida hija indirizzata lill-banek ċentrali kollha tal-Eurosistema.
Magħmul fi Frankfurt am Main, it-22 ta' Settembru 2017.
Għall-Kunsill Governattiv tal-BĊE
Il-President tal-BĊE
Mario DRAGHI
(1) Linja Gwida BĊE/2012/27 tal-5 ta' Diċembru 2012 dwar is-sistema Trans-European Automated Real-time Gross settlement Express Transfer (TARGET2) (ĠU L 30, 30.1.2013, p. 1).
(*1) Il-politika attwali tal-Eurosistema għal fejn jinsabu infrastrutturi hija stabbilita fid-dikjarazzjonijiet li ġejjin, li huma kollha ppubblikati fil-websajt tal-BĊE fuq www.ecb.europa.eu: (a) id-dikjarazzjoni tal-politika dwar sistemi ta' ħlas u saldu tal-euro li jinsabu barra ż-żona tal-euro tat-3 ta' Novembru 1998; (b) il-linja tal-politika tal-Eurosistema fir-rigward tal-konsolidazzjoni fl-ikklerjar tal-kontropartijiet ċentrali tas-27 ta' Settembru 2001; (c) il-prinċipji tal-politika tal-Eurosistema dwar fejn jinsabu u t-tħaddim ta' infrastrutturi għas-saldu ta' tranżazzjonijiet ta' ħlas iddenominati f'euro tad-19 ta' Lulju 2007; (d) il-prinċipji tal-politika tal-Eurosistema dwar il-post u t-tħaddim ta' infrastrutturi għas-saldu ta' tranżazzjonijiet ta' ħlas iddenominati f'euro: speċifikazzjoni ta' ‘sitwati legalment u operazzjonalment fiż-żona tal-euro’ tal-20 ta' Novembru 2008; (e) Il-politika tal-qafas ta' sorveljanza tal-Eurosistema ta' Lulju 2011, bla ħsara għas-sentenza tal-4 ta' Marzu 2015, Ir-Renju Unit vs Il-Bank Ċentrali Ewropew, T-496/11, ECLI:EU:T:2015:496.”;
ANNESS I
L-Annessi II, IIa u V tal-Linja Gwida BĊE/2012/27 huma emendati kif gej:
1. |
L-Anness II huwa emendat kif gej:
|
2. |
L-Anness IIa huwa emendat kif gej:
|
3. |
L-Anness V huwa emendat skont kif ġej:
|
(*1) Il-politika attwali tal-Eurosistema għal fejn jinsabu infrastrutturi hija stabbilita fid-dikjarazzjonijiet li ġejjin, li huma kollha ppubblikati fil-websajt tal-BĊE fuq www.ecb.europa.eu: (a) id-dikjarazzjoni tal-Politika dwar sistemi ta' ħlas u saldu tal-euro li jinsabu barra ż-żona tal-euro tat-3 ta' Novembru 1998; (b) Il-linja tal-politika tal-Eurosistema fir-rigward tal-konsolidazzjoni fl-ikklerjar tal-kontropartijiet ċentrali tas-27 ta' Settembru 2001; (c) Il-prinċipji tal-politika tal-Eurosistema dwar fejn jinsabu u t-tħaddim ta' infrastrutturi għas-saldu ta' tranżazzjonijiet ta' ħlas iddenominati f'euro tad-19 ta' Lulju 2007; (d) Il-prinċipji tal-politika tal-Eurosistema dwar il-post u t-tħaddim ta' infrastrutturi għas-saldu ta' tranżazzjonijiet ta' ħlas iddenominati f'euro: speċifikazzjoni ta' ‘sitwati legalment u operazzjonalment fiż-żona tal-euro’ tal-20 ta' Novembru 2008; (e) Il-politika tal-qafas ta' sorveljanza tal-Eurosistema ta' Lulju 2011, bla ħsara għas-sentenza tal-4 ta' Marzu 2015, Ir-Renju Unit vs Il-Bank Ċentrali Ewropew, T-496/11, ECLI:EU:T:2015:496.;
(*2) Linja Gwida BĊE/2012/27 tal-5 ta' Diċembru 2012 dwar is-sistema Trans-European Automated Real-time Gross settlement Express Transfer (TARGET2) (ĠU L 30, 30.1.2013, p. 1).”;
(*3) ‘Operazzjonijiet ta' bi nhar’ tfisser l-ipproċessar ta' bi nhar u l-ipproċessar ta' tmiem il-jum.
(*4) Tispiċċa 15-il minuta aktar tard fl-aħħar jum tal-perijodu ta' manutenzjoni ta' riżerva tal-Eurosistema.
(*5) Jibda 15-il minuta aktar tard fl-aħħar jum tal-perijodu ta' manutenzjoni ta' riżerva tal-Eurosistema.”
ANNESS II
L-Anness IV għal-Linja Gwida BĊE/2012/27 huwa sostitwit minn dan li ġej:
ANNESS IV
PROĊEDURI TA' SALDU GĦAL SISTEMI ANĊILLARI
1. Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta' dan l-Anness u b'riferenza għad-definizzjonijiet fl-Artikolu 2:
(1) |
“struzzjoni ta' kreditu” tfisser struzzjoni ta' ħlas mogħtija minn AS u indirizzata lil ASCB biex jiġi ddebitat wieħed mill-kontijiet miżmuma u/jew immaniġġjati mill-AS fil-PM, u biex jiġi kkreditat kont PM jew subkont ta' bank tas-saldu bl-ammont speċifikat fih, |
(2) |
“struzzjoni ta' debitu” tfisser struzzjoni ta' ħlas indirizzata lil SCB u mibgħuta minn AS biex jiġi ddebitat kont PM jew subkont ta' bank tas-saldu bl-ammont speċifikat, fuq il-bażi ta' mandat ta' debitu, u biex jiġi kkreditat jew wieħed mill-kontijiet tal-sistema anċillari fil-PM, jew kont PM jew subkont ieħor tal-bank tas-saldu, |
(3) |
“struzzjoni ta' ħlas” jew “struzzjoni ta' ħlas sistema anċillari” tfisser struzzjoni ta' kreditu jew struzzjoni ta' debitu, |
(4) |
“bank ċentrali tas-sistema anċillari (ASCB)” tfisser BĊ tal-Eurosistema li miegħu s-sistema anċillari rilevanti għandha arranġament bilaterali għas-saldu ta' struzzjonijiet ta' ħlas fil-PM, |
(5) |
“bank ċentrali tas-saldu (SBC)” tfisser BĊ tal-Eurosistema li jkollu kont PM ta' bank tas-saldu, |
(6) |
“bank tas-saldu” tfisser parteċipant li l-kont PM jew subkont tiegħu jintuża għas-saldu ta' struzzjonijiet ta' pagament tas-sistema anċillari, |
(7) |
“Modulu ta' Informazzjoni u Kontroll (ICM)” tfisser il-modulu SSP li jħalli lil detenturi ta' kont PM jiksbu informazzjoni on-line u li jagħtihom il-possibbiltà li jibagħtu ordnijiet ta' trasferiment ta' likwidità, jiġġestixxu l-likwidità u jagħtu bidu għal ordnijiet ta' ħlas f'sitwazzjonijiet ta' kontinġenza; |
(8) |
“messaġġ ta' komunikazzjoni tal-ICM” tfisser informazzjoni li ssir disponibbli fl-istess ħin lid-detenturi tal-kontijiet PM kollha jew grupp magħżul minnhom, permezz tal-ICM, |
(9) |
“mandat ta' debitu” tfisser awtorizzazzjoni minn bank tas-saldu fil-forma pprovduta mill-BĊi tal-Eurosistema fil-formoli tad-dejta statika indirizzati kemm lis-sistema anċillari kif ukoll lill-SCB tiegħu, li tintitola lis-sistema anċillari tibgħat struzzjonijiet ta' debitu, u tagħti struzzjonijiet lill-SBC biex jiddebita l-kont PM jew is-subkont tal-bank tas-saldu b'riżultat ta' struzzjonijiet ta' debitu, |
(10) |
“qasir” tfisser li jkunu dovuti flus lil ħaddieħor matul is-saldu ta' struzzjonijiet tas-sistema anċillari ta' ħlas, |
(11) |
“twil” tfisser li jkunu dovuti flus lil ħaddieħor matul is-saldu ta' struzzjonijiet tas-sistema anċillari ta' ħlas, |
(12) |
“saldu trans-sistema” tfisser is-saldu fi żmien reali ta' struzzjonijiet ta' debitu li taħthom pagamenti jiġu eżegwiti minn bank tas-saldu ta' sistema anċillari waħda li tuża l-proċedura tas-saldu 6 lil bank tas-saldu ieħor ta' sistema anċillari oħra li tuża l-proċedura tas-saldu 6, |
(13) |
“Static Data (Management) Module” tfisser il-modulu SSP fejn dejta statika tinġabar u tiġu rrekordjata, |
(14) |
“kont tekniku” tfisser kont speċifiku miżmum fil-PM b'sistema anċillari jew miżmum mill-ASCB f'isem sistema anċillari fis-sistema komponent tat-TARGET2 tiegħu għall-użu mis-sistema anċillari. |
2. Rwol tal-SCBs
Kull BĊ tal-Eurosistema għandu jaġixxi bħala l-SCB fir-rigward ta' kull bank tas-saldu li għalih huwa għandu kont PM.
3. L-immaniġġjar tar-relazzjoni bejn il-BĊi, is-sistemi anċillari u l-banek tas-saldu
(1) |
L-ASCBs għandhom jiżguraw li s-sistemi anċillari, li magħhom għandhom arranġamenti bilaterali, jipprovdu lista ta' banek tas-saldu li jkollha d-dettalji tal-kont PM tal-banek tas-saldu, li l-ASCB għandu jaħżen fl-iStatic Data (Management) Module tal-SSP. Kull sistema anċillari jista' jkollha aċċess għal-lista tal-banek tas-saldu rispettivi tagħha permezz tal-ICM. |
(2) |
L-ASCBs għandhom jiżguraw li s-sistemi anċillari, li magħhom għandhom arranġamenti bilaterali, jinfurmawhom mingħajr dewmien b'kull tibdil fir-rigward tal-lista tal-banek tas-saldu. L-ASCBs għandhom jinfurmaw lill-SCB rilevanti dwar dan it-tibdil permezz ta' messaġġ ta' komunikazzjoni tal-ICM. |
(3) |
L-ASCBs għandhom jiżguraw li s-sistemi anċillari, li magħhom għandhom arranġamenti bilaterali, jiġbru l-mandati ta' debitu u dokumenti rilevanti oħra mill-banek tas-saldu tagħhom u jibagħtuhom lill-ASCB. Dawn id-dokumenti għandhom jingħataw bl-Ingliż u/jew il-lingwa(i) nazzjonali rilevanti tal-ASCB. Jekk il-lingwa jew lingwi nazzjonali tal-ASCB ma jkunux identiċi mal-lingwa jew lingwi nazzjonali tal-SCB, id-dokumenti meħtieġa għandhom jingħataw biss bl-Ingliż jew kemm bl-Ingliż kif ukoll bil-lingwa jew lingwi nazzjonali rilevanti tal-ASCB. Fil-każ tas-sistemi anċillari li jwettqu saldu permezz tat-TARGET2-BĊE, id-dokumenti għandhom jingħataw bl-Ingliż. |
(4) |
Jekk bank tas-saldu ikun parteċipant fis-sistema komponent tat-TARGET2 tal-ASCB rilevanti, l-ASCB għandu jivverifika l-validità tal-mandat ta' debitu mogħti mill-bank tas-saldu u jagħmel kull entrata meħtieġa fl-iStatic Data (Management) Module. Jekk bank tas-saldu mhuwiex wieħed parteċipanti fis-sistema komponent tat-TARGET2 tal-ASCB rilevanti, l-ASCB għandu jibgħat il-mandat ta' debitu (jew kopja elettronika tiegħu, jekk ikun hemm qbil bejn l-ASCB u l-SCB) lill-SCBs rilevanti għall-verifika tal-validità tiegħu. L-SCBs għandhom iwettqu din il-verifika u għandhom jinformaw lill-ASCB rilevanti bir-riżultat tal-verifika fi żmien ħamest ijiem tan-negozju wara li jirċievi dik it-talba. Wara l-verifika, l-ASCB għandu jaġġorna l-lista ta' banek tas-saldu fl-ICM. |
(5) |
Il-verifika magħmula mill-ASCB għandha tkun bla ħsara għar-responsabbiltà tas-sistema anċillari li tirrestrinġi l-istruzzjonijiet ta' ħlas għal-lista ta' banek tas-saldu msemmija fis-subparagrafu 1. |
(6) |
Sakemm ma jkunux l-istess, l-ASCBs u l-SCBs għandhom jiskambjaw informazzjoni dwar kull każ sinifikanti matul il-proċess tas-saldu. |
(7) |
L-ASCBs għandhom jiżguraw li s-sistemi anċillari li magħhom għandhom arranġamenti bilaterali jipprovdu l-isem u l-BIC tas-sistema anċillari li bihom biħsiebhom jeżegwixxu saldu trans-sistema u d-data minn meta s-saldu trans-sistema b'sistema anċillari partikolari għandu jibda jew jispiċċa. Din l-informazzjoni għandha tiġi rrekordjata fl-iStatic Data (Management) Module. |
4. Bidu ta' struzzjonijiet ta' ħlas permezz tal-ASI
(1) |
L-istruzzjonijiet ta' ħlas kollha mibgħuta minn sistema anċillari permezz tal-ASI għandhom ikunu fil-forma ta' messaġġi XML. |
(2) |
L-istruzzjonijiet kollha ta' ħlas mibgħuta minn sistema anċillari permezz tal-ASI għandhom jiġu kkunsidrati bħala ‘urġenti ħafna’ u għandu jkun hemm saldu tagħhom skont l-Anness II. |
(3) |
Struzzjoni ta' ħlas għandha titqies li ġiet aċċettata jekk:
|
5. Dħul ta' struzzjonijiet ta' ħlas fis-sistema u l-irrevokabbiltà tagħhom
(1) |
L-istruzzjonijiet ta' kreditu għandhom jitqiesu bħala mdaħħla fis-sistema komponent tat-TARGET2 rilevanti fil-mument li huma aċċettati mill-ASCB u għandhom ikunu irrevokabbli minn dak il-mument. Struzzjonijiet ta' debitu għandhom jitqiesu li ddaħħlu fis-sistema komponent rilevanti tat-TARGET2 fil-mument li jiġu aċċetati mill-SCB u għandhom ikunu irrevokabbli minn dak il-mument. |
(2) |
L-applikazzjoni tas-subparagrafu 1 m'għandha jkollha ebda effett fuq kwalunkwe regola tas-sistemi anċillari li tistipula mument ta' dħul fis-sistema anċillari u/jew l-irrevokabbiltà ta' ordnijiet ta' trasferiment mibgħuta lil din is-sistema anċillari f'ħin qabel il-mument ta' dħul tal-istruzzjoni ta' ħlas rispettiva fis-sistema komponent rilevanti tat-TARGET2. |
6. Proċeduri ta' saldu
(1) |
Jekk sistema anċillari titlob l-użu ta' proċedura ta' saldu, l-ASCB ikkonċernat għandu joffri proċedura ta' saldu waħda jew iżjed speċfikati hawn isfel.
|
(2) |
Proċedura ta' saldu 1 (trasferiment ta' likwidita) m'għadhiex tiġi offruta. |
(3) |
L-SCBs għandhom jappoġġaw is-saldu ta' struzzjonijiet ta' ħlas tas-sistemi anċillari skont l-għażla ta' proċeduri ta' saldu msemmija fis-subparagrafu 1 billi, fost l-oħrajn, iwettqu saldu ta' struzzjonijiet ta' ħlas fil-kontijiet jew subkontijiet PM tal-banek tas-saldu. |
(4) |
Aktar dettalji dwar il-proċeduri ta' saldu msemmija fis-subparagrafu 1 jinsabu fil-paragrafi 10 sa 14. |
7. L-ebda obbligu biex jinfetaħ kont PM
Sistemi anċillari m'għandhomx ikunu obbligati li jsiru parteċipanti diretti f'sistema komponent tat-TARGET2 jew li jżommu kont PM waqt li jużaw l-ASI.
8. Kontijiet biex jappoġġaw proċeduri ta' saldu
(1) |
Minbarra l-kontijiet PM, it-tipi ta' kontijiet li ġejjin jistgħu jinfetħu fil-PM u jintużaw mill-ASCBs, is-sistemi anċillari u l-banek ta' saldu għall-proċeduri ta' saldu msemmija fil-paragrafu 6(1):
|
(2) |
Meta ASCB joffri l-proċeduri ta' saldu 4, 5 jew 6 għal mudelli interfaced, huwa għandu jiftaħ kont tekniku fis-sistema komponent tiegħu tat-TARGET2 għas-sistemi anċillari ikkonċernati. Dawn il-kontijiet jistgħu jiġu offruti mill-ASCB bħala opzjoni għall-proċeduri ta' saldu 2 u 3. Għandhom jinfetħu kontijiet tekniċi separati fir-rigward tal-proċedura ta' saldu 4 u 5. Għal proċedura ta' saldu 3, 4, 5 jew 6 għal mudelli interfaced, il-bilanċ fuq il-kontijiet tekniċi għandu jkun żero jew pożittiv fl-aħħar tal-proċess ta' saldu tas-sistema anċillari rilevanti u l-bilanċ ta' tmiem il-jum għandu jkun żero. Il-kontijiet tekniċi huma identifikati jew mill-BIC tas-sistema anċillari jew il-BIC rilevanti ta' ASCB. |
(3) |
Meta joffri l-proċedura ta' saldu 6 f'ħin reali, ASCB għandu jiftaħ konti tekniċi fis-sistema komponent tiegħu tat-TARGET2. Il-kontijiet tekniċi għall-proċedura ta' saldu 6 f'ħin reali jista' jkollhom biss bilanċ żero jew pożittiv bi nhar u jistgħu jżommu bilanċ pożittiv matul il-lejl. Kull bilanċ ta' matul il-lejl fuq il-kont għandu jkun suġġett għall-istess regoli ta' rimunerazzjoni li japplikaw għall-Fondi ta' Garanzija taħt l-Artikolu 11 ta' din il-Linja Gwida. |
(4) |
Meta joffri l-proċedura ta' saldu 4 jew 5, ASCB jista' jiftaħ kont ta' fondi ta' garanzija fis-sistema komponent tiegħu tat-TARGET2 għal sistemi anċillari. Il-bilanċi ta' dawn il-kontijiet għandhom jintużaw biex ikun hemm saldu tal-istruzzjonijiet ta' ħlas tas-sistema anċillari fil-każ li ma jkunx hemm likwidità disponibbli fil-kont PM tal-bank tas-saldu. Detenturi ta' kont ta' fond ta' garanzija jistgħu jkunu ASCBs, sistemi anċillari jew garanti. Kontijiet ta' fond ta' garanzija huma identifikati mill-BIC tad-detentur tal-kontijiet rilevanti. |
(5) |
Meta ASCB joffri proċedura ta' saldu 6 għal mudelli interfaced, l-SCBs għandhom jiftħu subkont wieħed jew iżjed fis-sistemi ta' komponent TARGET2 għall-banek ta' saldu, li jiġi użat għal-likwidità ddedikata u, jekk ikun rilevanti, għas-saldu trans-sistema. Is-subkontijiet għandhom jiġu identifikati bil-BIC tal-kont PM li miegħu għandhom x'jaqsmu, flimkien ma' numru ta' kont li huwa speċifiku għas-subkont rilevanti. In-numru tal-kont huwa kompost mill-kodiċi tal-pajjiż flimkien ma' mhux aktar minn 32 karattru (skont l-istruttura tal-kont bankarju nazzjonali rilevanti). |
(6) |
Il-kontijiet msemmijin fis-subparagrafi 1(a) sa (d) m'għandhomx jiġu ppubblikati fid-direttorju tat-TARGET2. Jekk jitlob hekk id-detentur tal-kont PM, il-prospetti ta' kontijiet rilevanti (MT 940 u MT 950) għal dawk il-kontijiet kollha għandhom ikunu disponibbli għad-detentur tal-kont fl-aħħar ta' kull jum tax-xogħol. |
(7) |
Ir-regoli ddettaljati fuq il-ftuħ ta' tipi ta' kontijiet msemmijin f'dan l-Artikolu u fuq l-applikazzjoni tagħhom meta jappoġġaw il-proċeduri ta' pagament jistgħu jiġu speċifikati ulterjorment fl-arranġamenti bilaterali bejn is-sistemi anċillari u l-ASCBs. |
9. Proċedura ta' saldu 1 — Trasferiment ta' likwidità
Din il-proċedura m'għadhiex tiġi offruta.
10. Proċedura ta' saldu 2 — Saldu f'ħin reali
(1) |
Meta joffru proċedura ta' saldu 2, l-ASCBs u l-SCBs għandhom jappoġġaw is-saldu tal-parti kontanti tat-tranżazzjonijiet tas-sistema anċillari billi jwettqu saldu ta' struzzjonijiet ta' ħlas mibgħuta mis-sistema anċillari fuq bażi individwalizzata, minflok f'biċċiet. Jekk struzzjoni ta' ħlas biex jiġi ddebitat kont PM tal-bank tas-saldu qasir jitqiegħed fi kju skont l-Anness II, l-SCB rispettiv għandu jinforma lill-bank tas-saldu permezz ta' messaġġ ta' komunikazzjoni tal-ICM. |
(2) |
Proċedura ta' saldu 2 tista' tiġi offruta wkoll lis-sistema anċillari għas-saldu ta' bilanċi multilaterali u f'dawn il-każijiet l-ASCB għandu jiftaħ kont tekniku għal din s-sistema anċillari. Barra minn dan, l-ASCB m'għandux joffri lis-sistema anċillari is-servizzi tal-immaniġġjar xieraq tas-sekwenza ta' ħlasijiet dovuti minn oħrajn (incoming) u dovuti lil oħrajn (outgoing) kif jista' jkun meħtieġ għal dan is-saldu multilaterali. Is-sistema anċillari nnifisha għandha tassumi r-responsabbiltà għas-sekwenzjar meħtieġ. |
(3) |
L-ASCBs jistgħu joffru s-saldu ta' struzzjonijiet ta' ħlas f'ċerti limiti ta' żmien li jiġu ddefiniti mis-sistema anċillari, kif imsemmi fil-paragrafu 15(2) u (3). |
(4) |
Il-banek tas-saldu u s-sistemi anċillari għandu jkollhom aċċess għall-informazzjoni permezz tal-ICM. Is-sistemi anċillari għand1hom ikunu notifikati bit-tlestija jew in-nuqqas tas-saldu permezz ta' messaġġ fuq l-ICM. Jekk jitolbu dan, il-banek tas-saldu li jaċċessaw it-TARGET2 permezz ta' fornitur tas-servizz ta' netwerk tat-TARGET2 għandhom ikunu nnotifikati b'saldu li rnexxa permezz ta' messaġġ SWIFT MT 900 jew MT 910. Detenturi ta' kont PM li jużaw aċċess ibbażat fuq l-Internet għandhom ikunu informati permezz ta' messaġġ fuq l-ICM. |
11. Proċedura ta' saldu 3 — Saldu bilaterali
(1) |
Meta joffru l-proċedura ta' saldu 3, l-ASCBs u l-SCBs għandhom jappoġġaw is-saldu tal-parti kontanti tat-tranżazzjonijiet ta' sistema anċillari billi jwettqu saldu ta' struzzjonijiet ta' ħlas li s-sistema anċillari tibgħat f'batch mode. Jekk struzzjoni ta' ħlas biex jiġi ddebitat kont PM tal-bank tas-saldu qasir titqiegħed fi kju skont l-Anness II, l-SCB rispettiv għandu jinforma lill-bank tas-saldu permezz ta' messaġġ ta' komunikazzjoni tal-ICM. |
(2) |
Il-proċedura ta' saldu 3 tista' tiġi offruta wkoll lis-sistema anċillari għas-saldu ta' bilanċi multilaterali. Il-paragrafu 10(2) għandu japplika mutatis mutandis, bla ħsara għall-modifiki li ġejjin:
|
(3) |
Jekk is-saldu multilaterali jfalli (pereżempju, għaliex mhux il-ġbir kollu mill-kontijiet tal-banek tas-saldu qasir ikun ta' suċċess), is-sistema anċillari għandħa tibgħat struzzjonijiet ta' ħlas biex treġġa' lura tranżazzjonijiet ta' debitu li diġà ġew saldati. |
(4) |
L-ASCBs jistgħu joffru:
|
(5) |
Il-banek tas-saldu u s-sistemi anċillari għandu jkollhom aċċess għall-informazzjoni permezz tal-ICM. Is-sistemi anċillari għandhom ikunu nnotifikati bit-tlestija jew in-nuqqas ta' saldu abbazi tal-opzjoni magħzula — notifika waħda jew globali. Jekk jitolbu dan, il-banek tas-saldu għandhom ikunu notifikati b'saldu li rnexxa permezz ta' messaġġ SWIFT MT 900 jew MT 910. Detenturi ta' kont PM li jużaw aċċess ibbażat fuq l-Internet għandhom ikunu informati permezz ta' messaġġ fuq l-ICM. |
12. Proċedura ta' saldu 4 — Saldu multilaterali standard
(1) |
Meta joffru l-proċedura ta' saldu 4, l-ASCBs u l-SCBs għandhom jappoġġaw is-saldu tal-bilanċi ta' kontanti multilaterali tat-tranżazzjonijiet tas-sistema anċillari billi jwettqu saldu ta' struzzjonijiet ta' ħlas mibgħuta mis-sistema anċillari f'batch mode. L-ASCBs għandhom jiftħu kont tekniku speċifiku għal din is-sistema anċillari. |
(2) |
L-ASCBs u l-SCBs għandhom jiżguraw is-segwenza meħtieġa ta' struzzjonijiet ta' ħlas. Għandhom jibbukkjaw biss il-krediti jekk id-debiti kollha jkunu nġabru b'suċċess. Struzzjonijiet ta' ħlas: (a) biex jiġu ddebitati l-kontijiet PM tal-banek tas-saldu qasir u jiġi kkreditat il-kont tekniku tal-AS; u (b) biex jiġu kkreditati kontijiet ta' banek tas-saldu twil u jiġi ddebitat il-kont tekniku tal-AS, għandhom jintbagħtu f'fajl wieħed. |
(3) |
Għandu l-ewwel ikun hemm saldu tal-istruzzjonijiet ta' ħlas biex jiġi ddebitat il-kont PM tal-banek tas-saldu qasir u biex jiġi kkreditat il-kont tekniku tas-sistema anċillari; mas-saldu ta' dawn l-istruzzjonijiet ta' ħlas kollha biss (inkluż l-iffinanzjar possibbli tal-kont tekniku b'mekkaniżmu ta' fond iggarantit) għandhom jiġu kkreditati l-kontijiet PM tal-banek tas-saldu twil. |
(4) |
Jekk struzzjoni ta' ħlas biex jiġi ddebitat kont PM tal-bank tas-saldu qasir titqiegħed fi kju skont l-Anness II, l-SCBs għandhom jinformaw lill-bank tas-saldu permezz ta' messaġġ ta' komunikazzjoni tal-ICM. |
(5) |
Jekk bank tas-saldu qasir m'għandux fondi biżżejjed fil-kont PM tiegħu, il-mekkaniżmu ta' fond iggarantit għandu jiġi attivat mill-ASCB jekk dan huwa maħsub fl-arranġament bilaterali bejn l-ASCB u s-sistema anċillari. |
(6) |
Jekk l-ebda mekkaniżmu ta' fond iggarantit ma hu ipprovdut u s-saldu sħiħ ifalli, allura l-ASCBs u l-SCBs għandhom jitqiesu li jkunu ngħataw struzzjonijiet biex jirritornaw l-istruzzjonijiet kollha ta' ħlas fil-fajl, u għandhom ireġġgħu lura l-istruzzjonijiet ta' ħlas li jkunu diġà tħallsu. |
(7) |
L-ASCBs għandhom jinfurmaw lill-banek tas-saldu b'nuqqas ta' saldu permezz ta' messaġġ ta' komunikazzjoni tal-ICM. |
(8) |
L-ASCBs jistgħu joffru:
|
(9) |
Il-banek tas-saldu u s-sistemi anċillari għandu jkollhom aċċess għall-informazzjoni permezz tal-ICM. Is-sistemi anċillari għandhom ikunu nnotifikati mat-tlestija jew il-falliment tas-saldu. Jekk jitolbu dan, il-banek tas-saldu għandhom ikunu notifikati b'saldu li rnexxa permezz ta' messaġġ SWIFT MT 900 jew MT 910. Detenturi ta' kont PM li jużaw aċċess ibbażat fuq l-Internet għandhom ikunu informati permezz ta' messaġġ fuq l-ICM. |
13. Proċedura ta' saldu 5 — Saldu multilaterali simultanju
(1) |
Meta joffru l-proċedura ta' saldu 5, l-ASCBs u l-SCBs għandhom jappoġġaw is-saldu tal-bilanċi ta' kontanti multilaterali tat-tranżazzjonijiet tas-sistema anċillari billi jwettqu saldu ta' struzzjonijiet ta' ħlas mibgħuta mis-sistema anċillari f'batch mode. Sabiex isir is-saldu ta' struzzjonijiet ta' ħlas rilevanti għandu jintuża l-Algoritmu 4 (ara l-Appendiċi I tal-Anness II). Kuntrarjament għall-proċedura ta' saldu 4, il-proċedura ta' saldu 5 taħdem fuq il-bażi ta' “kollox jew xejn”. F'din il-proċedura l-iddebitar ta' kontijiet PM ta' banek tas-saldu qasir u l-ikkreditar ta' kontijiet PM ta' banek tas-saldu twil għandu jsir b'mod simultanju (aktar milli b'mod segwenzjali bħal fil-każ tal-proċedura ta' saldu 4). Il-paragrafu 12 għandu japplika mutatis mutandis bla ħsara għall-modifika li ġejja. Jekk struzzjoni waħda jew aktar ta' ħlas ma jistgħux jiġu saldati, l-istruzzjonijiet kollha ta' ħlas għandhom jitqiegħdu fi kju, u l-Algoritmu 4, kif deskritt fil-paragrafu 16(1), għandu jiġi rrepetut sabiex l-istruzzjonijiet ta' ħlas tas-sistema anċillari fil-kju jiġu saldati. |
(2) |
L-ASCBs jistgħu joffru:
|
(3) |
Il-banek tas-saldu u s-sistemi anċillari għandu jkollhom aċċess għall-informazzjoni permezz tal-ICM. Is-sistemi anċillari għandhom ikunu nnotifikati dwar it-tlestija jew in-nuqqas tas-saldu. Jekk jitolbu dan, il-banek tas-saldu għandhom ikunu notifikati b'saldu li rnexxa permezz ta' messaġġ SWIFT MT 900 jew MT 910. Detenturi ta' kont PM li jużaw aċċess ibbażat fuq l-Internet għandhom ikunu informati permezz ta' messaġġ fuq l-ICM. |
(4) |
Jekk struzzjoni ta' ħlas biex jiġi ddebitat kont PM tal-bank tas-saldu qasir jitqiegħed fi kju skont l-Anness II, l-SCB rispettiv għandu jinforma lill-banek tas-saldu permezz ta' messaġġ ta' komunikazzjoni tal-ICM. |
14. Proċedura ta' saldu 6 — Likwidità ddedikata u saldu trans-sistema
(1) |
Il-proċedura ta' saldu 6 tista' tintuża kemm għall-mudell interfaced u dak f'ħin reali, kif deskritt fis-subparagrafi 4 sa 12 u 13 sa 16 hawn isfel, rispettivament. Fil-każ tal-mudell f'ħin reali, is-sistema anċillari rilevanti għandha tuża kont tekniku biex jiġbor il-likwidità meħtieġa mwarrba mill-banek tiegħu tas-saldu għall-finanzjament tal-pożizzjonijiet tagħhom. Fil-każ tal-mudell interfaced, il-bank tas-saldu għandu jiftaħ mill-anqas subkont wieħed dwar sistema anċillari speċifika. |
(2) |
Jekk jitolbu dan, il-banek tas-saldu għandhom ikunu nnotifikati permezz ta' messaġġ SWIFT MT 900 jew MT 910 u d-detenturi tal-kont PM li jużaw aċċess ibbażat fuq l-Internet għandhom ikunu informati permezz ta' messaġġ fuq l-ICM dwar l-ikkreditar u d-debitar tal-kontijiet PM tagħhom u, fejn applikabbli, tas-subkontijiet tagħhom. |
(3) |
Meta joffru saldu trans-sistema taħt il-proċedura ta' saldu 6, l-ASCBs u l-SCBs għandhom jappoġġaw ħlasijiet ta' saldu trans-sistema, jekk jinbdew mis-sistemi anċillari rilevanti. Għall-proċedura ta' saldu 6 interfaced sistema anċillari tista' tibda saldu trans-sistema biss matul iċ-ċiklu tal-ipproċessar tiegħu, u l-proċedura ta' saldu 6 għandha tkun qed taħdem fis-sistema anċillari li tirċievi l-istruzzjoni ta' ħlas. Għall-proċedura ta' saldu 6 f'ħin reali, sistema anċillari tista' tibda soluzzjoni ta' trans-sistema f'kull ħin matul l-ipproċessar ta' matul il-jum tat-TARGET2 u s-saldu ta' operazzjonijiet tas-sistema anċillari ta' matul il-lejl. Il-possibbiltà li jitwettaq saldu trans-sistema bejn żewġ sistemi anċillari individwali għandha tiġi rreġistrata fil-Modulu (ta' Ġestjoni) ta' Dejta Statika. |
(A) Mudell interfaced
(4) |
Meta joffru l-proċedura ta' saldu 6 interfaced, l-ASCBs u l-SCBs għandhom jappoġġaw is-saldu ta' bilanċi ta' kontanti bilaterali u/jew multilaterali ta' tranżazzjonijiet tas-sistema anċillari billi:
|
(5) |
Meta joffru l-proċedura ta' saldu 6 interfaced:
|
(6) |
Il-proċedura ta' saldu 6 interfaced għandha tiġi offruta f'kull ħin matul l-ipproċessar ta' matul il-jum tat-TARGET2 u s-saldu ta' operazzjonijiet tas-sistema anċillari ta' matul il-lejl. Il-jum ġdid tan-negozju għandu jibda minnufih malli jiġu sodisfatti l-obbligi tar-riżervi minimi; kull debitu jew kreditu magħmul fil-kontijiet rilevanti wara għandhom jitqiesu għall-valur tal-jum ġdid tan-negozju. |
(7) |
Fil-proċedura ta' saldu 6 interfaced, l-ASCBs u l-SCBs għandhom joffru t-tipi li ġejjin ta' servizz ta' trasferiment ta' likwidità fis-subkont u minnu:
|
(8) |
Il-proċedura ta' saldu 6 interfaced għandha tibda permezz ta' messaġġ ta' ‘bidu-ta'-proċedura’ u tintemm permezz ta' messaġġ ta' “tmiem-ta'-proċedura”, li jintbagħtu mis-sistema anċillari (jew l-ASCB f'isimha). Messaġġi ta' “bidu-ta'-proċedura” għandhom jibdew is-saldu ta' standing orders għat-trasferiment ta' likwidità fis-subkontijiet. Il-messaġġ ta' “tmiem-ta'-proċedura” iwassal għal trasferiment mill-ġdid awtomatiku ta' likwidità mis-subkont għall-kont PM. |
(9) |
Taħt il-proċedura ta' saldu 6 interfaced, il-likwidità dedikata fuq is-subkontijiet għandha tiġi ffriżata sakemm iċ-ċiklu tal-ipproċessar tas-sistema anċillari ikun qed jaħdem (li jibda bil-messaġġ “start-of-cycle” u jispiċċa bil-messaġġ “end-of-cycle”. It-tnejn għandhom jintbagħtu mis-sistema anċillari) u jiġu rrilaxxati wara dan. Il-bilanċ iffriżat jista' jinbidel matul iċ-ċiklu tal-ipproċessar bħala riżultat tal-ħlasijiet tas-saldu trans-sistema jew jekk bank ta' saldu jittrasferixxi l-likwidità mill-kont PM tiegħu. L-ASCB għandu jinnotifika lis-sistema anċillari bit-tnaqqis jew żieda tal-likwidità fuq is-subkont bħala riżultat tal-ħlasijiet tas-saldu trans-sistema. Jekk s-sistema anċillari titlob hekk, l-ASCB għandha tinnotifikaha wkoll biż-żieda fil-likwidità fuq is-subkont bħala riżultat tat-trasferiment tal-likwidità mill-bank tas-saldu. |
(10) |
F'kull ċiklu tal-ipproċessar tas-sistema anċillari taħt il-proċedura ta' saldu 6 interfaced, l-istruzzjonijiet ta' ħlas għandhom jiġu saldati mil-likwidità ddedikata fejn bħala regola għandu jintuża l-Algoritmu 5 (kif imsemmi fl-Appendiċi I tal-Anness II). |
(11) |
F'kull ċiklu tal-ipproċessar ta' sistema anċillari taħt il-proċedura ta' saldu 6 interfaced, il-likwidità ddedikata ta' bank tas-saldu tista' tiżdied permezz tal-ikkreditar ta' ċerti ħlasijiet dovuti minn ħaddieħor li jidħlu direttament fis-subkontijiet tiegħu, jiġifieri kupuni u ħlasijiet ta' fidi. F'dawn il-każijiet, il-likwidità l-ewwel għandha tiġi kkreditata fil-kont tekniku, imbagħad iddebitata minn dan il-kont qabel ma l-likwidità tiġi kkreditata fis-subkont (jew fil-kont PM). |
(12) |
Saldu trans-sistema bejn żewġ sistemi anċillari interfaced jista' jinbeda biss minn sistema anċillari (jew l-ASCB tagħha f'isimha) li s-subkont tal-parteċipant tagħha jiġi ddebitat. L-istruzzjoni ta' ħlas isir bl-iddebitar tal-ammont indikat fl-istruzzjoni tal-ħlas mis-subkont ta' parteċipant tas-sistema anċillari li jibda l-istruzzjoni tal-ħlas u l-ikkreditar tas-subkont ta' parteċipant ta' sistema anċillari oħra. Is-sistema anċillari li tibda l-istruzzjoni għall-ħlas u s-sistema anċillari l-oħra għandhom ikunu nnotifikati mat-tlestija tas-saldu. Jekk jitolbu dan, il-banek tas-saldu għandhom ikunu notifikati b'saldu li rnexxa permezz ta' messaġġ SWIFT MT 900 jew MT 910. Detenturi ta' kont PM li jużaw aċċess ibbażat fuq l-Internet għandhom ikunu informati permezz ta' messaġġ fuq l-ICM. |
(B) Mudell f'ħin reali
(13) |
Meta joffru l-proċedura ta' saldu 6 għall-mudelli f'ħin reali, l-ASCBs jew l-SCBs għandhom jappoġġaw dak is-saldu. |
(14) |
Fil-proċedura ta' saldu 6 f'ħin reali, l-ASCBs u l-SCBs għandhom joffru t-tipi li ġejjin ta' servizz ta' trasferiment ta' likwidità f'kont tekniku u minnu:
|
(15) |
Il-“bidu tal-proċedura” u “tmiem tal-proċedura” iseħħu awtomatikament meta jitlesta l- “Ipproċessar tal-'bidu tal-jum” u l-bidu tal-“Ipproċessar ta' tmiem il-jum” rispettivament. |
(16) |
Saldu trans-sistema bejn żewġ sistemi anċillari bl-użu ta' mudell f'ħin reali iseħħ mingħajr intervent mis-sistema anċillari li l-kont tekniku tiegħu jiġi kkreditat. Ikun hemm saldu tal-istruzzjoni ta' ħlas bl-iddebitar tal-ammont indikat fl-istruzzjoni tal-ħlas mis-subkont tekniku tas-sistema anċillari li jibda l-istruzzjoni tal-ħlas u l-ikkreditar tas-subkont tekniku użat minn sistema anċillari oħra. L-istruzzjoni ta' ħlas ma tistax tinbeda mis-sistema anċillari li l-kont tekniku tagħha ser jiġi kkreditat. Is-sistema anċillari li tibda l-istruzzjoni għall-ħlas u s-sistema anċillari l-oħra għandhom ikunu nnotifikati mat-tlestija tas-saldu. Jekk jitolbu dan, il-banek tas-saldu għandhom ikunu notifikati b'saldu li rnexxa permezz ta' messaġġ SWIFT MT 900 jew MT 910. Detenturi ta' kont PM li jużaw aċċess ibbażat fuq l-Internet għandhom ikunu informati permezz ta' messaġġ fuq l-ICM. |
15. Mekkaniżmi konnessi fakultattivi
(1) |
Il-mekkaniżmu konness fakultattiv ta' “perjodu ta' informazzjoni” jista' jiġi offrut mill-ASCB għall-proċeduri ta' saldu 3, 4 u 5. Jekk is-sistema anċillari (jew l-ASCB f'ismu) tkun speċifikat ħin fakultattiv għall-“perijodu ta' informazzjoni”, il-bank tas-saldu għandu jirċievi messaġġ ta' komunikazzjoni tal-ICM li jindika l-ħin sa meta l-bank tas-saldu jista' jitlob li titreġġa' lura l-istruzzjoni rilevanti ta' ħlas. Din it-talba għandha tiġi kkunsidrata biss mill-SCB jekk tiġi kkomunikata permezz tas-sistema anċillari u approvata minnha. Is-saldu għandu jibda jekk l-SCB ma jirċevix din it-talba sal-ħin li fih jiskadi l-“Perijodu ta' Informazzjoni”. Malli l-SCB jirċievi din it-talba fil-“Perijodu ta' Informazzjoni”:
|
(2) |
Jekk is-sistema anċillari tibgħat l-istruzzjonijiet tas-saldu qabel il-ħin skedat tas-saldu (“minn”), l-istruzzjonijiet jinħażnu sakemm isir il-ħin skedat. F'dan il-każ, l-istruzzjonijiet ta' ħlas jiddaħħlu fl-entry disposition biss meta jsir il-ħin “minn”. Dan il-mekkaniżmu fakultattiv jista' jintuża fil-proċedura tas-saldu 2. |
(3) |
Il-perijodu ta' saldu (“sa”) jagħmilha possibbli li jiġi allokat għal żmien limitat għas-saldu ta' sistema anċillari sabiex ma jiġix ipprevenut jew imdewwem is-saldu ta' tranżazzjonijiet relatati ma' sistema anċillari oħra jew TARGET2 oħrajn. Jekk ma jkunx hemm saldu tal-istruzzjoni ta' ħlas saż-żmien “sa” jew fil-perijodu definit ta' saldu, dawn l-istruzzjonijiet ta' ħlas jew jiġu rritornati jew, fil-każ tal-proċeduri ta' saldu 4 u 5, il-mekkaniżmu tal-fond ta' garanzija jista' jiġi attivat. Il-perijodu ta' saldu (“sa”) jista' jiġi speċifikat għall-proċeduri ta' saldu 2 sa 5. |
(4) |
Il-mekaniżmu ta' fond iggarantit jista' jintuża jekk il-likwidità ta' bank tas-saldu ma tkunx biżżejjed biex tkopri l-obbligi kollha tiegħu li jinbtu mis-saldu ta' sistema anċillari. Sabiex jitħalla jsir is-saldu tal-istruzzjonijiet kollha ta' ħlas involuti f'saldu tas-sistema anċillari, dan il-mekkaniżmu jintuża biex jipprovdi l-likwidità addizzjonali meħtieġa. Dan il-mekkaniżmu jista' jintuża fil-proċedura tas-saldu 1 u 2. Jekk għandu jintuża l-mekkaniżmu ta' fond iggarantit, ikun meħtieġ li jinżamm kont speċjali ta' fond ta' garanzija fejn tinżamm disponibbli, jew issir disponibbli fuq talba, “likwidità ta' emerġenza”. |
16. Algoritmi użati
(1) |
l-algoritmu 4 jappoġġa l-proċedura ta' saldu 5. Biex is-saldu jiġi ffaċilitat u biex titnaqqas il-likwidità meħtieġa, l-ordnijiet kollha ta' ħlas tas-sistema anċillari huma inklużi (irrispettivament mill-prijorità tagħhom). L-istruzzjonijiet ta' ħlas tas-sistema anċillari li għandhom jiġu saldati wara l-proċedura ta' saldu 5 jaqbżu l-entry disposition u jinżammu fil-PM separatament sat-tmiem tal-proċess attwali ta' ottimizzazzjoni. Bosta sistemi anċillari li jużaw proċedura ta' saldu 5 se jiġu inklużi fl-istess tħaddim tal-Algoritmu 4 jekk ikollhom l-intenzjoni li jagħmlu saldu fl-istess ħin. |
(2) |
Fil-proċedura ta' saldu 6 interfaced, il-bank tas-saldu jista' jiddedika ammont ta' likwidità biex jagħmel saldu ta' bilanċi li jiġu minn sistema anċillari speċifika. Id-dedika ssir billi titwarrab il-likwidità meħtieġa f'subkont speċifiku (mudell interfaced). L-Algoritmu 5 jintuża kemm għal operazzjonijiet ta' bil-lejl tas-sistema anċillari kif ukoll għal ipproċessar ta' bi nhar. Il-proċess ta' saldu jseħħ billi jiġu ddebitati s-subkontijiet tal-banek tas-saldu qasir favur il-kont tekniku tas-sistema anċillari, u mbagħad il-kont tekniku tas-sistema anċillari jiġi ddebitat favur is-subkontijiet tal-banek tas-saldu twil. Fil-każ ta' bilanċi ta' kreditu, il-booking jista' jsir direttament — jekk indikat mis-sistema anċillari fit-tranżazzjoni rilevanti — fil-kont PM tal-bank tas-saldu. Jekk is-saldu ta' struzzjoni ta' debitu waħda jew iżjed ma jirnexxix (jiġifieri b'riżultat ta' żball tas-sistema anċillari), il-ħlas rispettiv jitqiegħed fi kju fis-subkont. Il-proċedura ta' saldu 6 interfaced tista' tagħmel użu mill-Algoritmu 5 li jaħdem fis-sub-kontijiet. Barra minn dan, l-Algoritmu 5 m'għandu għalfejn iqis ebda limitu jew riżerva. Għal kull bank tas-saldu l-pożizzjoni totali hija kkalkulata u jekk il-pożizzjonijiet totali kollha huma koperti, ikun hemm saldu tat-tranżazzjonijiet kollha. It-tranżazzjonijiet li mhumiex koperti jitqiegħdu lura fil-kju. |
17. Effett tas-sospensjoni jew tmiem
Jekk is-sospensjoni jew it-tmiem tal-użu tal-ASI minn sistema anċillari jidħlu fis-seħħ matul iċ-ċiklu tas-saldu tal-istruzzjonijiet ta' ħlas tas-sistema anċillari, l-ASCB għandu jitqies li jkun awtorizzat biex ikompli ċ-ċiklu tas-saldu f'isem is-sistema anċillari.
18. Skeda tad-drittijiet u fatturar
(1) |
Sistema anċillari li tuża l-ASI jew l-Interfaċċa tal-Parteċipant, irrispettivament min-numru ta' kontijiet li jista' jkollha mal-ASCB u/jew l-SCB, għandha tkun soġġetta għal skeda ta' tariffi li tikkonsisti fl-elementi li ġejjin.
|
(2) |
Kull tariffa pagabbli fir-rigward ta' struzzjoni ta' ħlas mibgħuta jew ħlas riċevut minn sistema anċillari, jew permezz tal-Interface tal-Parteċipant jew tal-ASI, għandha tkun imposta esklużivament fuq din is-sistema anċillari. Il-Kunsill Governattiv jista' jistabbilixxi regoli aktar dettaljati għall-identifikazzjoni ta' transazzjonijiet fatturabbli li jiġu saldati permezz tal-ASI. |
(3) |
Kull sistema anċillari għandha tirċievi fattura mill-ASCB tagħha għax-xahar ta' qabel, ibbażata fuq it-tariffi msemmija fis-subparagrafu 1, sa mhux aktar tard mid-disa' jum tan-negozju tax-xahar ta' wara. Ħlasijiet għandhom isiru sa mhux aktar tarf mill-14-il jum tan-negozju ta' dan ix-xahar lill-kont speċifikat mill-ASCB jew għandhom ikunu debitati minn kont speċifikat mis-sistema anċillari. |
(4) |
Għall-finijiet ta' dan il-paragrafu, kull sistema anċillari li tkun ġiet identifikata skont id-Direttiva 98/26/KE għandha tiġi ttrattata separatament, anke jekk ikun hemm tnejn minnhom jew aktar li jkunu mħaddmin mill-istess entità legali. L-istess regola għandha tapplika għas-sistemi anċillari li ma jkunux ġew indikati skont id-Direttiva 98/26/KE, f'liema każijiet is-sistema anċillari għandha tkun identifikata b'referenza għall-kriterji li ġejjin: (a) arranġament formali, ibbażat fuq strument kuntrattwali jew leġiżlattiv, eż. ftehim bejn il-parteċipanti u l-operatur tas-sistema; (b) bi sħubiji multipli; (ċ) b'regoli komuni u arranġamenti standardizzati; u (d) għall-ikklerjar, netting u/jew saldu ta' ħlasijiet u/jew titoli bejn il-parteċipanti. |