This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32014R1163
Regulation (EU) No 1163/2014 of the European Central Bank of 22 October 2014 on supervisory fees (ECB/2014/41)
Regolament (UE) Nru 1163/2014 tal-Bank Ċentrali Ewropew tat- 22 ta' Ottubru 2014 dwar it-tariffi superviżorji (BĊE/2014/41)
Regolament (UE) Nru 1163/2014 tal-Bank Ċentrali Ewropew tat- 22 ta' Ottubru 2014 dwar it-tariffi superviżorji (BĊE/2014/41)
ĠU L 311, 31.10.2014, p. 23–31
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force: This act has been changed. Current consolidated version: 01/01/2020
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Corrected by | 32014R1163R(01) | (IT) | |||
Modified by | 32019R2155 | Sostituzzjoni | artikolu 2 punt 13 | 01/01/2020 | |
Modified by | 32019R2155 | Sostituzzjoni | artikolu 10 paragrafu 6 punt (c) TEXT | 01/01/2020 | |
Modified by | 32019R2155 | Tħassir | artikolu 6 | 01/01/2020 | |
Modified by | 32019R2155 | Sostituzzjoni | artikolu 10 paragrafu 6 punt (b) | 01/01/2020 | |
Modified by | 32019R2155 | Żieda | artikolu 10 paragrafu 3 punt (bd) | 01/01/2020 | |
Modified by | 32019R2155 | Tħassir | artikolu 16 | 01/01/2020 | |
Modified by | 32019R2155 | Tħassir | artikolu 13 paragrafu 1 sentenza 2 | 01/01/2020 | |
Modified by | 32019R2155 | Sostituzzjoni | artikolu 10 paragrafu 3 punt (a) | 01/01/2020 | |
Modified by | 32019R2155 | Sostituzzjoni | artikolu 12 paragrafu 1 | 01/01/2020 | |
Modified by | 32019R2155 | Sostituzzjoni | artikolu 10 paragrafu 5 | 01/01/2020 | |
Modified by | 32019R2155 | Sostituzzjoni | artikolu 4 paragrafu 1 punt (c) | 01/01/2020 | |
Modified by | 32019R2155 | Sostituzzjoni | artikolu 10 paragrafu 4 | 01/01/2020 | |
Modified by | 32019R2155 | Sostituzzjoni | artikolu 10 paragrafu 3 punt (c) | 01/01/2020 | |
Modified by | 32019R2155 | Tħassir | artikolu 5 paragrafu 2 sentenza 2 | 01/01/2020 | |
Modified by | 32019R2155 | Sostituzzjoni | artikolu 10 paragrafu 6 paragrafu mhux numerat | 01/01/2020 | |
Modified by | 32019R2155 | Sostituzzjoni | artikolu 4 paragrafu 2 | 01/01/2020 | |
Modified by | 32019R2155 | Sostituzzjoni | artikolu 17 titolu | 01/01/2020 | |
Modified by | 32019R2155 | Sostituzzjoni | artikolu 2 punt 12 | 01/01/2020 | |
Modified by | 32019R2155 | Sostituzzjoni | artikolu 17 paragrafu 2 | 01/01/2020 | |
Modified by | 32019R2155 | Żieda | artikolu 17a | 01/01/2020 | |
Modified by | 32019R2155 | Tħassir | artikolu 10 paragrafu 3 punt (b) | 01/01/2020 | |
Modified by | 32019R2155 | Sostituzzjoni | artikolu 7 paragrafu 2 | 01/01/2020 | |
Modified by | 32019R2155 | Żieda | artikolu 5 paragrafu 4 | 01/01/2020 | |
Modified by | 32019R2155 | Tħassir | artikolu 9 | 01/01/2020 | |
Modified by | 32019R2155 | Sostituzzjoni | artikolu 7 titolu | 01/01/2020 | |
Modified by | 32019R2155 | Żieda | artikolu 10 paragrafu 3 punt (bb) | 01/01/2020 | |
Modified by | 32019R2155 | Tħassir | artikolu 2 punt 9 | 01/01/2020 | |
Modified by | 32019R2155 | Żieda | artikolu 10 paragrafu 3 punt (bc) | 01/01/2020 | |
Modified by | 32019R2155 | Żieda | artikolu 10 paragrafu 3 punt (ba) | 01/01/2020 |
31.10.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 311/23 |
REGOLAMENT (UE) Nru 1163/2014 TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW
tat-22 ta' Ottubru 2014
dwar it-tariffi superviżorji
(BĊE/2014/41)
IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,
Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1024/2013 tal-15 ta' Ottubru 2013 li jagħti kompiti speċifiċi lill-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) fir-rigward ta' politiki relatati mas-superviżjoni prudenzjali ta' istituzzjonijiet ta' kreditu (1) u b'mod partikolari t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 4(3), l-Artikolu 30 u t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 33(2) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-konsultazzjoni pubblika u l-analiżi li saret skont l-Artikolu 30(2) tar-Regolament (UE) Nru 1024/2013,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament (UE) Nru 1024/2013 jistabbilixxi Mekkanimu Superviżorju Uniku (MSU) kompost mill- BĊE u l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti (NCAs). |
(2) |
Bis-saħħa tar-Regolament (UE) Nru 1024/2013, il-BĊE huwa responsabbli għall-funzjonament effettiv u konsistenti tal-MSU għall-istituzzjonijiet ta' kreditu kollha, kumpanniji holding finanzjarji u kumpanniji holding finanzjarji mħallta fl-Istati Membri kollha taż-żona tal-euro kif ukoll fi Stati Membri li mhumiex taż-żona tal-euro li jidħlu f'kooperazzjoni mill-qrib mal-BĊE. Ir-regoli u l-proċeduri li jirregolaw l-kooperazzjoni bejn il-BĊE u l-NCAs fi ħdan l-MSU u ma' awtoritajiet nazzjonali nominati huma stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 468/2014 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2014/17) (2). |
(3) |
L-Artikolu 30 tar-Regolament (UE) Nru 1024/2013 jipprovdi għal impożizzjoni ta' tariffa superviżorja annwali mill-BĊE fuq istituzzjonijiet ta' kreditu stabbiliti fl-Istati Membri parteċipanti u fuq friegħi stabbiliti fi Stat Membru parteċipant minn istituzzjoni ta' kreditu stabbilita fi Stat Membru mhux parteċipanti. It-tariffi li l-BĊE jimponi għandhom ikopru, u ma jaqbżux, in-nefqa li jagħmel il-BĊE fir-rigward tal-kompiti li jingħatawlu mill-Artikoli 4 sa 6 tar-Regolament (UE) Nru 1024/2013. |
(4) |
Għaldaqstant it-tariffa superviżorja annwali għandha tinkludi ammont li għandu jitħallas ta' kull sena mill-istituzzjonijiet ta' kreditu kollha stabbiliti fl-Istati Membri parteċipanti u friegħi stabbiliti fi Stat Membru parteċipanti minn istituzzjoni ta' kreditu stabbilita fi Stat Membru mhux parteċipanti li huma ssorveljati fi ħdan l-MSU. |
(5) |
Fi ħdan l-MSU, ir-responsabbiltajiet superviżorji tal-BĊE u kull NCA huma allokati fuq il-bażi tal-importanza tal-entitajiet issorveljati. |
(6) |
Il-BĊE għandu kompetenza superviżorja diretta fir-rigward ta' istituzzjonijiet ta' kreditu sinifikanti, kumpanniji holding finanzjarji mħallta stabbiliti fi Stati Membri parteċipanti, u friegħi li jinsabu fi Stati Membri parteċipanti ta' istituzzjonijiet ta' kreditu sinifikanti stabbiliti fi Stati Membri li mhumiex parteċipanti. |
(7) |
Il-BĊE jissorvelja wkoll il-funzjonament tal-MSU, li jinkludi l-istituzzjonijiet ta' kreditu kollha, kemm sinifikanti kif ukoll inqas sinifikanti. Il-BĊE huwa kompetenti esklussivament fir-rigward tal-istituzzjonijiet ta' kreditu kollha stabbiliti fl-Istati Membri parteċipanti biex entitajiet jiġu awtorizzati li jibdew in-negozju ta' istituzzjoni ta' kreditu, jirtiraw awtorizzazzjonijiet u biex jivvalutaw akkwisti u trasferimenti ta' holdings li jikkwalifikaw. |
(8) |
L-NCAs huma responsabbli għas-superviżjoni diretta ta' entitajiet inqas sinifikanti taħt superviżjoni, mingħajr preġudizzju għall-poter tal-BĊE li jeżerċita superviżjoni diretta f'każijiet speċifiċi meta dan ikun meħtieġ għall-applikazzjoni konsistenti ta' standards superviżorji għoljin. Meta jiġi allokat l-ammont li jrid jiġi rkuprat permezz tat-tariffi superviżorji bejn il-kategoriji ta' entitajiet sinifikanti taħt superviżjoni u entitajiet inqas sinifikanti taħt superviżjoni, jiġu kkunsidrati dan it-tqassim ta' responsabbiltajiet superviżorji ġewwa l-MSU u n-nefqa relatata magħmula mill-BĊE. |
(9) |
L-Artikolu 33(2) tar-Regolament (UE) Nru 1024/2013 jeħtieġ li l-BĊE għandu jippubblika permezz ta' regolamenti u deċiżjonijiet l-arranġamenti operattivi ddettaljati għall-implimentazzjoni tal-kompiti li jingħatawlu mir-Regolament (UE) Nru 1024/2013. |
(10) |
Skont l-Artikolu 30(3) tar-Regolament (UE) Nru 1024/2013, it-tariffi għandhom ikunu bbażati fuq kriterji oġġettivi li jirrelataw mal-importanza u l-profil tar-riskju tal-istituzzjonijiet ta' kreditu kkonċernati, inklużi l-assi pponderati bir-riskju. |
(11) |
It-tariffi għandhom jiġu kkalkolati fl-ogħla livell ta' konsolidazzjoni fi ħdan Stati Membri parteċipanti. Dan ifisser illi meta istituzzjonijiet ta' kreditu huma parti minn grupp taħt superviżjoni stabbilit fl-Istati Membri parteċipanti, għandha tiġi kkalkolata u mħallsa tariffa waħda f'livell ta' grupp. |
(12) |
Fil-kalkolu tat-tariffa superviżorja annwali, is-sussidjarji stabbiliti fi Stati Membri mhux parteċipanti ma għandhomx jiġu kkunsidrati. F'dan ir-rigward, u sabiex jiġu ddeterminati l-fatturi relevanti tat-tariffa ta' grupp taħt superviżjoni, għandha tiġi fornita dejta sub-konsolidata għas-sussidjarji kollha u għall-operat kollu kkontrollat mill-impriża parent fl-Istati Membri parteċipanti. Madankollu, il-kosti tal-produzzjoni ta' din id-dejta sub-konsolidata jistgħu jkunu għoljin u, għal din ir-raġuni, entitajiet taħt superviżjoni għandhom ikunu jistgħu jagħżlu tariffa kkalkolata abbażi ta' dejta fornita fl-ogħla livell ta' konsolidazzjoni fi ħdan l-Istati Membri parteċipanti inklużi sussidjarji stabbiliti fi Stati Membri mhux parteċipanti, anke jekk dan jista' jwassal għal tariffa ogħla. |
(13) |
L-istituzzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 2(5) tad-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) huma esklużi mill-kompiti superviżorji kkonferiti fuq il-BĊE skont ir-Regolament (UE) Nru 1024/2013. Għaldaqstant, il-BĊE mhuwiex ser jimponi tariffi fuqhom. |
(14) |
Regolament għandu applikazzjoni ġenerali, jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha taż-żona tal-euro. Għaldaqstant huwa l-istrument legali xieraq biex jiġu stabbiliti arranġamenti prattiċi għall-implimentazzjoni tal-Artikolu 30 tar-Regolament (UE) Nru 1024/2013. |
(15) |
Skont l-Artikolu 30(5) tar-Regolament (UE) Nru 1024/2013, dan ir-Regolament huwa mingħajr preġudizzju għad-dritt tal-NCAs li jimponu tariffi skont id-dritt nazzjonali, u sa fejn kompiti superviżorji ma ġewx ikkonferiti fuq il-BĊE, jew fir-rigward tal-kosti ta' kooperazzjoni ma' u assistenza lill-BĊE u l-aġir tal-istruzzjonijiet tiegħu, skont il-liġi relevanti tal-Unjoni u suġġett għall-arranġamenti magħmulin għall-implimentazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1024/2013, inkluż l-Artikoli 6 u 12 tiegħu, |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
PARTI I
DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI
Artikolu 1
Suġġett u kamp ta' applikazzjoni
1. Dan ir-Regolament jistabbilixxi:
(a) |
l-arranġamenti għall-kalkolu tal-ammont totali tat-tariffi superviżorji annwali li għandhom jiġu imposti fir-rigward ta' entitajiet taħt superviżjoni u gruppi taħt superviżjoni; |
(b) |
il-metodoloġija u l-kriterji għall-kalkolu tat-tariffa superviżorja annwali mġarrba minn kull entità taħt superviżjoni u grupp taħt superviżjoni; |
(c) |
il-proċedura għall-ġbir mill-BĊE tat-tariffi superviżorji annwali; |
2. L-ammont totali tat-tariffi superviżorji annwali għandu jinkludi t-tariffa superviżorja annwali fir-rigward ta' kull entità jew grupp sinifikanti taħt superviżjoni u kull entità jew grupp inqas sinifikanti taħt superviżjoni u għandu jiġi kkalkulat mill-BĊE fl-ogħla livell ta' konsolidazzjoni ġewwa Stati Membri parteċipanti.
Artikolu 2
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li hemm fir-Regolament (UE) Nru 1024/2013 u r-Regolament (UE) Nru 468/2014 (BĊE/2014/17), sakemm ma jiġix stabbilit mod ieħor, flimkien mad-definizzjonijiet li ġejjin:
1. |
“tariffa superviżorja annwali” tfisser it-tariffa li titħallas fir-rigward ta' kull entità taħt superviżjoni u kull grupp taħt superviżjoni, kif ikkalkulata skont l-arranġamenti stabbiliti fl-Artikolu 10(6); |
2. |
“kosti annwali” tfisser l-ammont, kif iddeterminat skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 5, li għandu jiġi rkuprat permezz tat-tariffi superviżorji annwali għal perijodu tariffarju speċifiku; |
3. |
“debitur tariffarju” tfisser l-istituzzjoni ta' kreditu li tħallas tariffa jew fergħa li tħallas tariffa iddeterminata skont l-Artikolu 4 u li lilha jkun indirizzat l-avviż tariffarju; |
4. |
“fatturi tariffarji” tfisser id-dejta relata ma' entità taħt superviżjoni jew grupp taħt superviżjoni definita fl-Artikolu 10(3)(a) li jintużaw biex tiġi kkalkulata t-tariffa superviżorja annwali; |
5. |
“avviż tariffarju” tfisser kull avviż li jispeċifika t-tariffa superviżorja annwali li titħallas minn u tinħareġ lid-debitur tariffarju rilevanti skont dan ir-Regolament; |
6. |
“istituzzjoni ta' kreditu li tħallas tariffa” tfisser kull istituzzjoni ta' kreditu stabbilita fi Stat Membru parteċipanti; |
7. |
“fergħa li tħallas tariffa” tfisser kull fergħa ta' istituzzjoni ta' kreditu stabbilita fi Stat Membru parteċipanti minn istituzzjoni ta' kreditu stabbilita fi Stat Membru mhux parteċipanti; |
8. |
“perijodu tariffarju” tfisser sena kalendarja; |
9. |
“l-ewwel perijodu tariffarju” tfisser il-perijodu ta' żmien bejn id-data meta l-BĊE jassumi l-kompiti li jingħatawlu bir-Regolament (UE) Nru 1024/2013 u t-tmiem tas-sena kalendarja li fiha l-BĊE jassumi dawn il-kompiti; |
10. |
“grupp ta' entitajiet li jħallsu tariffa” tfisser (i) grupp taħt supervizjoni u (ii) numru ta' fergħat li jħallsu t-tariffi li jitqiesu bħala fergħa waħda skont l-Artikolu 3(3);. |
11. |
“Stat Membru” tfisser Stat Membru tal-Unjoni; |
12. |
“assi totali” tfisser il-valur totali tal-assi ddeterminat skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 468/2014 (BĊE/2014/17). F'każ ta' grupp ta' entitajiet li jħallsu tariffa, l-assi totali jeskludu sussidjarji stabbiliti fi Stati Membri mhux parteċipanti u pajjiżi terzi; |
13. |
“espożizzjoni totali għar-riskju” tfisser, b'referenza għal grupp ta' entitajiet li jħallsu tariffa u għal istituzzjoni ta' kreditu li tħallas tariffa li mhijiex parti minn grupp ta' entitajiet li jħallsu tariffa, l-ammont iddeterminat fl-ogħla livell ta' konsolidazzjoni fi ħdan l-Istati Membri parteċipanti u kkalkulat bl-applikazzjoni tal-Artikolu 92(3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4). |
Artikolu 3
Obbligu ġenerali li titħallas it-tariffa superviżorja annwali
1. Il-BĊE għandu jimponi tariffa superviżorja annwali fir-rigward ta' kull entità taħt superviżjoni u kull grupp taħt superviżjoni għal kull perijodu tariffarju.
2. It-tariffa superviżorja annwali għal kull entità taħt superviżjoni u grupp taħt superviżjoni għandha tkun speċifikata f'avviż tat-tariffa maħruġa lil u pagabbli mid-debitur tat-tariffa. Id-debitur tariffarju għandu jkun id-destinatarju tal-avviż tat-tariffa u ta' kull avviż jew komunikazzjoni mill-BĊE fir-rigward ta' tariffi superviżorji. Id-debitur tariffarju għandu jkun responsabbli għall-ħlas tat-tariffa superviżorja annwali.
3. Żewġ fergħat jew aktar li jħallsu tariffa li huma stabbiliti mill- istess istituzzjoni ta' fl-istess Stat Membru parteċipanti jitqiesu bħala fergħa waħda. Fergħat tal-istess istituzzjoni ta' kreditu li jħallsu tariffa u li huma stabbiliti fi Stati Membri parteċipanti differenti ma jitqiesux bħala fergħa waħda.
4. Fergħat li jħallsu tariffa għandhom jitqiesu bħala separati minn sussidjarji tal-istess istituzzjoni ta' kreditu stabbiliti fl-istess Stat Membru parteċipanti għall-finijiet ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 4
Debitur tariffarju
1. Id-debitur tariffarju fir-rigward tat-tariffa superviżorja annwali huwa:
(a) |
l-istituzzjoni ta' kreditu li tħallas tariffa, fil-każ ta' istituzzjoni ta' kreditu li tħallas tariffa li mhijiex parti minn grupp taħt superviżjoni; |
(b) |
il-fergħa li tħallas tariffa, fil-każ ta' fergħa li tħallas tariffa li mhijiex ikkombinata ma' fergħa oħra li tħallas tariffa; |
(c) |
iddeterminat skont id-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 2, fil-każ ta' grupp ta' entitajiet taħt superviżjoni li jħallsu tariffa. |
2. Mingħajr preġudizzju għall-arranġamenti fi ħdan grupp ta' entitajiet li jħallsu tariffa fir-rigward tal-allokazzjoni tal-ispejjeż, grupp ta' entitajiet li jħallsu tariffa għandhom jiġu trattati bħala debitur tariffarju wieħed. Kull grupp ta' entitajiet li jħallsu tariffa għandu jinnomina d-debitur tariffarju għall-grupp kollu u għandu jinnotifika l-identità tad-debitur tariffarju lill-BĊE. Id-debitur tariffarju għandu jiġi stbbilit fi Stat Membru parteċipanti. Din in-notifika għandha tkun ikkunsidrata valida biss jekk:
(a) |
issemmi l-ismijiet tal-entitajiet kollha taħt superviżjoni tal-grupp kopert bin-notifika; |
(b) |
tiġi ffirmata f'isem l-entitajiet kollha taħt superviżjoni tal-grupp; |
(c) |
tasal għand il-BĊE sa mhux iktar tard mill-1 ta' Lulju ta' kull sena, sabiex titqies għall-ħruġ tal-avviż tariffarju fir-rigward tal-perijodu tariffarju ta' wara. |
Jekk iktar minn notifika waħda għal kull grupp ta' entitajiet li jħallsu tariffa tasal fil-ħin għand il-BĊE, għandha tipprevali n-notifika rċevuta mill-BĊE li tkun l-eqreb lejn, imma qabel, l-iskadenza.
3. Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 2, il-BĊE jirriżerva d-dritt li jiddetermina d-debitur tariffarju.
PARTI II
NEFQA U KOSTI
Artikolu 5
Kosti annwali
1. Il-kosti annwali għandhom ikunu l-bażi għad-determinazzjoni tat-tariffi superviżorji annwali u għandhom jiġu rkuprati permezz tal-ħlas ta' dawk it-tariffi superviżorji annwali.
2. L-ammont tal-kosti annwali għandu jiġi ddeterminat fuq il-bażi tal-ammont tan-nefqa annwali li tikkonsisti minn kwalunkwe spejjeż imġarrbin mill-BĊE fil-perijodu tariffarju rilevanti li hija relatata direttament jew indirettament mal-kompiti superviżorji tiegħu.
L-ammont totali tat-tariffi superviżorji annwali għandu jkopri, iżda mhux jeċċedi, in-nefqa mġarrba mill-BĊE fir-rigward tal-kompiti superviżorji għall-perijodu tariffarju relevanti.
3. Fid-determinazzjoni tal-kosti annwali, il-BĊE għandu jqis:
(a) |
kwalunkwe ammont tariffarju relatat mal-perijodi tariffarji preċedenti li ma setgħux jinġabru; |
(b) |
kwalunkwe ħlas ta' imgħaxijiet irċevut skont l-Artikolu 14; |
(c) |
kwalunkwe ammont irċevut jew rifuż skont l-Artikolu 7(3). |
Artikolu 6
Stima u determinazzjoni tal-kosti annwali
1. Mingħajr preġudizzju għall-obbligi ta' rappurtar skont ir-Regolament (UE) Nru1024/2013, il-BĊE għandu sal-aħħar ta' kull sena kalendarja jikkalkula l-kosti annwali stmati fir-rigward tal-perijodu tariffarju għas-sena kalendarja ta' wara.
2. Fi żmien erba' xhur mit-tmiem ta' kull perijodu tariffarju l-BĊE għandu jiddetermina l-kosti annwali attwali għal dak il-perijodu tariffarju.
3. Il-kosti annwali stmati u l-kosti annwali attwali għandhom iservu bħala bażi għall-kalkolu tal-ammont totali tat-tariffi superviżorji annwali msemmijin fl-Artikolu 9(1).
PARTI III
DETERMINAZZJONI TAT-TARIFFA SUPERVIŻORJA ANNWALI
Artikolu 7
Entitajiet taħt superviżjoni ġodda jew bidla fl-istatus
1. Meta entità taħt superviżjoni jew grupp taħt superviżjoni jkunu taħt superviżjoni għal parti mill-perijodu tariffarju biss, it-tariffa superviżorja annwali għandha tiġi kkalkulata b'referenza għan-numru ta' xhur sħaħ tal-perijodu tariffarju li għalih l-entità taħt superviżjoni jew il-grupp taħt superviżjoni jkunu taħt superviżjoni.
2. Meta, wara deċiżjoni tal-BĊE f'dak is-sens, l-istatus ta' entità taħt superviżjoni jew ta' grupp taħt superviżjoni jinbidel minn sinifikanti għal inqas sinifikanti, jew viċeversa, it-tariffa superviżorja annwali għandha tiġi kkalkulata fuq il-bażi ta' numru ta' xhur li matulhom l-entità taħt superviżjoni jew il-grupp taħt superviżjoni kienu entità jew grupp sinifikanti jew inqas sinifikanti fl-aħħar jum tax-xahar.
3. Fejn l-ammont tat-tariffa superviżorja annwali imposta jiddevja mill-ammont tat-tariffa kkalkulata skont il-paragrafi 1 jew 2, għandha titħallas rifużjoni lid-debitur tariffarju, jew għandha tinħareġ fattura addizzjonali mill-BĊE li għandha titħallas mid-debitur tariffarju.
Artikolu 8
Qsim ta' kosti annwali bejn entitajiet sinifikanti u inqas sinifikanti taħt superviżjoni
1. Sabiex tiġi kkalkulata t-tariffa superviżorja annwali li titħallas fir-rigward ta' kull entità taħt superviżjoni u grupp taħt superviżjoni l-kosti annwali għandhom jinqasmu f'żewġ partijiet, waħda għal kull kategorija ta' entitajiet taħt superviżjoni u gruppi taħt superviżjoni, skont kif ġej:
(a) |
il-kosti annwali li jiġu rkuprati minn entitajiet sinifikanti taħt superviżjoni; |
(b) |
il-kosti annwali li jiġu rkuprati minn entitajiet inqas sinifikanti taħt superviżjoni; |
2. Il-qsim ta' kosti annwali skont il-paragrafu 1 għandu jsir fuq il-bażi tal-kosti allokati lill-funzjonijiet relevanti li jwettqu s-superviżjoni diretta ta' entitajiet sinifikanti taħt superviżjoni u s-superviżjoni indiretta ta' entitajiet inqas sinifkanti taħt superviżjoni.
Artikolu 9
Ammont li għandu jiġi impost
1. L-ammont totali tat-tariffi superviżorji annwali li għandhom jiġu imposti mill-BĊE għandu jkun is-somma ta':
(a) |
il-kosti annwali stamati għall-perijodu tariffarju kurrenti bbażati fuq il-baġit approvat għall-perijodu tariffarju; |
(b) |
kull eċċess jew defiċit mill-perijodu tariffarju preċedenti ddeterminat billi jitnaqqsu l-kosti annwali attwali mġarrbin fir-rigward tal-perijodu tariffarju preċedenti mill-kosti annwali stmati li huma imposti fil-perijodu tariffarju preċedenti. |
2. Għal kull kategorija ta' entitajiet taħt superviżjoni u gruppi taħt superviżjoni, il-BĊE għandu jiddeċiedi l-ammont totali li għandu jiġi impost permezz tat-tariffi supervizorji annwali, li għandhom jiġu ppubblikati fuq il-websajt tiegħu sat-30 ta' April tal-perijodu tariffarju relevanti.
Artikolu 10
Tariffa superviżorja annwali li titħallas fir-rigward ta' entitajiet taħt superviżjoni jew gruppi taħt superviżjoni
1. It-tariffa superviżorja annwali li titħallas fir-rigward ta' kull entità sinifkanti taħt superviżjoni jew grupp sinifikanti taħt superviżjoni għandha tiġi ddeterminata bl-allokazzjoni tal-ammont li għandu jiġi impost fuq il-kategorija ta' entitajiet sinifikanti taħt superviżjoni u gruppi sinifikanti taħt superviżjoni lill-entitajiet sinifikanti taħt superviżjoni individwali u gruppi sinifikanti taħt superviżjoni fuq il-bażi tal-fatturi tariffarji tagħhom.
2. It-tariffa superviżorja annwali li titħallas fir-rigward ta' kull entità inqas sinifikanti taħt superviżjoni u grupp inqas sinifikanti taħt superviżjoni għandha tiġi ddeterminata bl-allokazzjoni tal-entitajiet inqas sinifikanti individwali taħt superviżjoni u l-gruppi inqas sinifikanti taħt superviżjoni fuq il-bażi tal-fatturi tariffarji tagħhom.
3. Il-fatturi tariffarji fl-ogħla livell ta' konsolidazzjoni ġewwa l-Istati Membri parteċipanti għandhom jiġu kkalkulati fuq il-bażi li ġejja.
(a) |
Il-fatturi tariffarji użati għad-determinazzjoni tat-tariffa superviżorja annwali li titħallas fir-rigward ta' kull entità taħt superviżjoni jew grupp taħt superviżjoni għandhom ikunu l-ammont fid-data ta' referenza ta':
|
(b) |
Id-dejta dwar il-fatturi tariffarji għandha tkun iddeterminata u miġbura skont deċiżjoni tal-BĊE li tistipula l-metodoloġija u l-proċeduri applikabbli. Din id-deċiżjoni għandha tkun ippubblikata fuq il-websajt tal-BĊE. |
(c) |
Għall-finijiet tal-kalkolu tal-fatturi tariffarji, gruppi taħt superviżjoni għandhom — bħala regola — jeskludu l-assi ta' sussidjarji li jinsabu fi Stati Membri mhux parteċipanti u pajjiżi terzi. Gruppi taħt superviżjoni jistgħu jiddeċiedu li ma jeskludux dawn l-assi għad-determinazzjoni tal-fatturi tariffarji. |
(d) |
Għal entitajiet taħt superviżjoni jew gruppi taħt superviżjoni kklassifikati bħala anqas sinifikanti fuq il-bażi tal-Artikolu 6(4) tar-Regolament (UE) Nru 1024/2013, il-fattur tariffarju tal-assi totali ma għandux jeċċedi EUR 30 biljun. |
(e) |
Il-ponderazzjoni relattiva użata fir-rigward tal-fatturi tariffarji għandha tkun:
|
4. Id-debituri tariffarji għandhom jipprovdu l-fatturi tariffarji bil-31 ta' Diċembru tas-sena ta' qabel bħala d-data ta' referenza u jissottomettu d-dejta meħtieġa lill-NCA kkonċernata għall-kalkolu tat-tariffi superviżorji annwali mill-BĊE sal-ħin tal-għeluq tan-negożju fl-1 ta' Lulju tas-sena ta' wara d-data ta' referenza msemmija jew fil-jum tan-negozju li jmiss jekk l-1 ta' Lulju ma jkunx jum ta' negożju. Fejn l-entitajiet taħt superviżjoni jħejju l-kontijiet annwali tagħhom abbażi ta' tmiem tas-sena tal-kontabilità li tvarja mis-sena kalendarja, id-debituri tariffarji jistgħu jipprovdu fatturi tariffarji bit-tmiem tas-sena tal-kontabilità bħala d-data ta' referenza. L-NCAs għandhom jissottomettu din id-dejta kollha lill-BĊE skont proċeduri li għandhom jiġu stabbiliti mill-BĊE. Is-somma tal-assi totali tad-debituri tariffarji kollha u s-somma tal-iskopertura tar-riskju totali tad-debituri tariffarji kollha għandhom ikunu ppubblikati fuq il-websajt tal-BĊE.
5. F'każ li debitur tariffarju jonqos milli jipprovdi l-fatturi tariffarji, il-BĊE għandu jiddetermina l-fatturi tariffarji skont il-metodoloġija stipulata fid-deċiżjoni tal-BĊE. In-nuqqas tal-għoti tal-fatturi tariffarji kif stipulat fil-paragrafu 4 ta' dan l-Artikolu għandu jkun ikkunsidrat bħala ksur ta' dan ir-Regolament.
6. Il-kalkolu tat-tariffa superviżorja annwali li għandha titħallas minn kull debitur tariffarju għandu jsir kif spjegat hawn isfel.
(a) |
It-tariffa superviżorja annwali hija s-somma tal-komponent tat-tariffa minima u l-komponent tat-tariffa varjabbli. |
(b) |
Il-komponent tat-tariffa minima huwa kkalkolat bħala perċentwali fissa tal-ammont totali tat-tariffi superviżorji annwali għal kull kategorija ta' entitajiet taħt superviżjoni u gruppi taħt superviżjoni, kif iddeterminat skont l-Artikoli 8 u 9. Għall-kategorija ta' entitajiet sinifikanti taħt superviżjoni u gruppi sinifikanti taħt superviżjoni, il-perċentwali fiss huwa ta' 10 %. Dan l-ammont jinqasam b'mod ugwali fost id-debituri tariffarji kollha. Għal entitajiet sinifikanti taħt superviżjoni u gruppi sinifikanti that superviżjoni b'assi totali ta' EUR 10 biljun jew inqas, il-komponent tat-tariffa minima jinżel bin-nofs. Għall-kategorija ta' entitajiet inqas sinifikanti taħt superviżjoni u gruppi inqas sinifikanti taħt superviżjoni, il-perċentwali fiss huwa ta' 10 %. Dan l-ammont jinqasam b'mod indaqs fost d-debituri tariffarji kollha. Il-komponent tat-tariffa minima jirrappreżenta l-limitu iktar baxx tat-tariffa superviżorja annwali għal kull debitur tariffarju. |
(c) |
Il-komponent tat-tariffa varjabbli huwa d-differenza bejn l-ammont totali tat-tariffi superviżorji annwali għal kull kategorija ta' entitajiet taħt superviżjoni, kif iddeterminat skont l-Artikoli 8 u 9 u l-komponent tat-tariffa minima għall-istess kategorija. Il-komponent tat-tariffa varjabbli huwa allokat lil debituri tariffarji individwali f'kull kategorija skont is-sehem ta' kull debitur tariffarju fit-total tal-fatturi tariffarji pponderati tad-debituri tariffarji kif iddeterminat bis-saħħa tal-paragrafu 3. |
Fuq il-bażi tal-kalkolu mwettaq skont il-paragrafi preċedenti u tal-fatturi tat-tariffi pprovduti skont il-paragrafu 4 ta' dan l-Artikolu, il-BĊE għandu jiddeċiedi dwar it-tariffa superviżorja annwali li għandha titħallas minn kull debitur tariffarju. It-tariffa superviżorja annwali li għandha titħallas għandha tiġi kkomunikata lid-debitur tariffarju permezz tal-avviż tariffarju.
PARTI IV
KOOPERAZZJONI MAL-NCAs
Artikolu 11
Kooperazzjoni mal-NCAs
1. Il-BĊE għandu jikkomunika mal-NCAs qabel ma jiġi deċiż il-livell tat-tariffa finali biex jiġi żgurat li s-superviżjoni tibqa' effettiva meta mqabbla mal-kost u raġonevoli għall-istituzzjonijiet ta' kreditu kollha u l-friegħi kkonċernati. Għal dan l-iskop, il-BĊE għandu jiżviluppa u jimplimenta mezz ta' komunikazzjoni xieraq f'kooperazzjoni mal-NCAs.
2. L-NCAs għandhom jassistu lill-BĊE fl-impożizzjoni ta' tariffi jekk il-BĊE jitlob hekk.
3. Fil-każ ta' istituzzjonijiet ta' kreditu fi Stat Membru parteċipanti li mhuwiex taż-żona tal-euro li l-kooperazzjoni mill-qrib tagħhom mal-BĊE la hija sospiza u lanqas mitmuma, il-BĊE għandu joħroġ struzzjonijiet lill-NCA ta' dak l-Istat Membru dwar il-ġbir ta' fatturi tariffarji u l-ħruġ ta' fatturi tat-tariffa superviżorja annwali.
PARTI V
ĦRUĠ TA' FATTURI
Artikolu 12
Avviż tariffarju
1. Avviż tariffarju għandu jinħareġ kull sena mill-BĊE għal kull debitur tariffarju.
2. L-avviż tariffarju għandu jispeċifika l-mezzi li bihom għandha titħallas it-tariffa superviżorja annwali. Id-debitur tariffarju għandu jikkonforma mar-rekwiżiti stabbiliti fl-avviż tariffarju fir-rigward tal-ħlas tat-tariffa superviżorja annwali.
3. L-ammont dovut skont l-avviż tariffarju għandu jitħallas mid-debitur tariffarju fi żmien 35 jum mid-data tal-ħruġ tal-avviż tariffarju.
Artikolu 13
Notifika tal-avviż tariffarju
1. Id-debitur tariffarju huwa responsabbli biex iżomm aġġornati d-dettalji ta' kuntatt għas-sottomissjoni tal-avviż tariffarju u għandu jikkomunika lill-BĊE kwalunkwe bidla fid-dettalji ta' kuntatt (jiġifieri l-isem, il-funzjoni, l-unità organizzattiva, l-indirizz u l-indirizz elettroniku, in-numru tat-telefon, in-numru tal-fax). Id-debitur tariffarju għandu jikkomunika kwalunkwe bidla fid-dettalji ta' kuntatt lill-BĊE sa mhux aktar tard mill-1 ta' Lulju ta' kull perijodu tariffarju. Dawn id-dettalji ta' kuntatt għandhom jirreferu għal persuna fiżika jew preferibbilment għal funzjoni fi ħdan l-organizzazzjoni li tkun debitriċi tariffarja.
2. Il-BĊE għandu jinnotifika l-avviż tariffarju b'xi mezz minn dawn: (a) elettronikament jew b'mezzi ta' komunikazzjoni paragunabbli oħrajn, b) bil-fax, (c) bis-servizz ta' express courier, (d) bil-posta reġistrata b'forma ta' rikonoxximent, (e) b'notifika jew konsenja bl-id. L-avviż tariffarju huwa validu mingħajr firma.
Article 14
Imgħax fil-każ li ma jsirx ħlas
Mingħajr preġudizzju għal kull rimedju ieħor disponibbli għall-BĊE, fil-każ ta' ħlas parzjali, nuqqas ta' ħlas jew nuqqas ta' konformità mal-kundizzjonijiet għall-ħlas speċifikati fl-avviż tariffarju, l-imgħax għandu jakkumula fuq bażi ta' kuljum fuq l-ammont pendenti tat-tariffa superviżorja annwali b'rata ta' imgħax tar-rata ta' rifinanzjament ewlenija tal-BĊE miżjuda bi 8 punti perċentwali mid-data meta kien dovut il-ħlas.
PARTI VI
DISPOŻIZZJONIJIET FINALI
Artikolu 15
Sanzjonijiet
Fil-każ li jkun hemm ksur ta' dan ir-Regolament, il-BĊE jista' jimponi sanzjonijiet fuq entitajiet taħt superviżjoni skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2532/98 (5), ikkumplimentat bir-Regolament (UE) Nru 468/2014 (BĊE/2014/17)
Artikolu 16
Dispożizzjonijiet tranżitorji
1. L-avviż tariffarju għall-ewwel perijodu tariffarju għandu jinħareġ flimkien mal-avviż tariffarju għall-perijodu tariffarju tal-2015.
2. Sabiex il-BĊE jkun jista' jibda jimponi t-tariffa superviżorja annwali, kull grupp ta' entitajiet li jħallsu tariffa għandu jinnomina d-debitur tariffarju għall-grupp u għandu jinnotifika l-identità tad-debitur tariffarju lill-BĊE sal-31 ta' Diċembru 2014, skont l-Artikolu 4(2).
3. Id-debitur tariffarju għandu jissottometti d-dejta msemmija fl-Artikolu 13(1) għall-ewwel darba sal-1 ta' Marzu 2015.
Artikolu 17
Rapport u rieżami
1. Skont l-Artikolu 20(2) tar-Regolament (UE) Nru 1024/2013, il-BĊE għandu jissottometti rapport fuq l-evoluzzjoni prevista tal-istruttura u l-ammont tat-tariffi superviżorji annwali kull sena lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, lill-Kummissjoni Ewropea u lill-Grupp tal-Euro.
2. Il-BĊE għandu jagħmel rieżami ta' dan ir-regolament, b'mod partikolari, fir-rigward tal-metodoloġija u l-kriterji għall-kalkolu tat-tariffi superviżorji annwali li għandhom jiġu imposti fuq kull entità u grupp superviżorju sal-2017.
Artikolu 18
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri skont it-Trattati.
Magħmul fi Frankfurt am Main, it-22 ta' Ottubru 2014.
Għall-Kunsill Governattiv tal-BĊE
Il-President tal-BĊE
Mario DRAGHI
(1) ĠU L 287, 29.10.2013, p. 63.
(2) Regolament (EU) Nru 468/2014 tal-Bank Ċentrali Ewropew tas-16 ta' April 2014 li jistabbilixxi l-qafas għall-kooperazzjoni fi ħdan il-Mekkaniżmu Superviżorju Uniku bejn il-Bank Ċentrali Ewropew u l-awtoritajiet kompetenti nazzjonali u mal-awtoritajiet nazzjonali nominate (Regolament Kwadru dwar l-MSU) (BĊE/2014/17) (ĠU L 141, 14.5.2014, p. 1).
(3) Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2013 dwar l-aċċess għall-attività tal-istituzzjonijiet ta' kreditu u s-superviżjoni prudenzjali tal-istituzzjonijiet ta' kreditu u tad-ditti tal-investiment, li temenda d-Direttiva 2002/87/KE u li tħassar id-Direttivi 2006/48/KE u 2006/49/KE (ĠU L 176, 27.6.2013, p. 338).
(4) Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2013 dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta' kreditu u d-ditti tal-investiment u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012, (ĠU L 176, 27.6.2013, p. 1).
(5) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2532/98 tat-23 ta' Novembru 1998, dwar il-poter tal-Bank Ċentrali Ewropew li jimponi sanzjonijiet (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol.3, p. 19-22).