EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62015CA0564

Kawża C-564/15: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tas-26 ta’ April 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Kecskeméti Közigazgatási és Munkaügyi Bíróság – l-Ungerija) – Tibor Farkas vs Nemzeti Adó- és Vámhivatal Dél-alföldi Regionális Adó Főigazgatósága (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Eżami ex officio ta’ motiv ibbażat fuq il-ksur tal-liġi tal-Unjoni — Prinċipji ta’ ekwivalenza u ta’ effettività — Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud — Direttiva 2006/112/KE — Dritt għat-tnaqqis tat-taxxa tal-input imħallsa — Sistema ta’ awtolikwidazzjoni — Artikolu 199(1)(g) — Applikazzjoni biss fil-każ ta’ beni immobbli — Ħlas indebitu tat-taxxa mix-xerrej ta’ oġġetti lill-bejjiegħ b’riżultat ta’ fattura mfassla b’mod żbaljat — Deċiżjoni tal-awtorità fiskali li tikkonstata dejn fiskali taħt ir-responsabbiltà tax-xerrej ta’ oġġetti u li tirrifjuta l-ħlas tat-tnaqqis mitlub minnu, kif ukoll li timponi multa fiskali fuqu)

ĠU C 195, 19.6.2017, p. 3–3 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

19.6.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 195/3


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tas-26 ta’ April 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Kecskeméti Közigazgatási és Munkaügyi Bíróság – l-Ungerija) – Tibor Farkas vs Nemzeti Adó- és Vámhivatal Dél-alföldi Regionális Adó Főigazgatósága

(Kawża C-564/15) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Eżami ex officio ta’ motiv ibbażat fuq il-ksur tal-liġi tal-Unjoni - Prinċipji ta’ ekwivalenza u ta’ effettività - Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud - Direttiva 2006/112/KE - Dritt għat-tnaqqis tat-taxxa tal-input imħallsa - Sistema ta’ awtolikwidazzjoni - Artikolu 199(1)(g) - Applikazzjoni biss fil-każ ta’ beni immobbli - Ħlas indebitu tat-taxxa mix-xerrej ta’ oġġetti lill-bejjiegħ b’riżultat ta’ fattura mfassla b’mod żbaljat - Deċiżjoni tal-awtorità fiskali li tikkonstata dejn fiskali taħt ir-responsabbiltà tax-xerrej ta’ oġġetti u li tirrifjuta l-ħlas tat-tnaqqis mitlub minnu, kif ukoll li timponi multa fiskali fuqu))

(2017/C 195/03)

Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż

Qorti tar-rinviju

Kecskeméti Közigazgatási és Munkaügyi Bíróság

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Tibor Farkas

Konvenuti: Nemzeti Adó- és Vámhivatal Dél-alföldi Regionális Adó Főigazgatósága

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 199(1)(g) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, kif emendat bid-Direttiva tal-Kunsill 2010/45/UE, tat-13 ta’ Lulju 2010, għandu jiġi interpretat fis-sens li japplika għall-kunsinni ta’ proprjetà immobbli mibjugħa mid-debitur ta’ kreditu eżekutorju fil-kuntest ta’ proċedura ta’ bejgħ obbligatorju.

2)

Id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, kif emendata bid-Direttiva 2010/45/UE, kif ukoll il-prinċipji ta’ newtralità fiskali, ta’ effettività u ta’ proporzjonalità għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jipprekludux li, f’sitwazzjoni bħal dik fil-kawża prinċipali, ix-xerrej ta’ proprjetà jiċċaħħad mid-dritt għal tnaqqis tat-taxxa fuq il-valur miżjud li jkun ħallas indebitament lill-bejjiegħ abbażi ta’ fattura mfassla skont ir-regoli relattivi għas-sistema ordinarja tat-taxxa fuq il-valur miżjud, filwaqt li t-tranżazzjoni rilevanti kienet tidħol taħt il-mekkaniżmu ta’ awtolikwidazzjoni, meta l-bejjiegħ ikun ħallas it-taxxa msemmija lit-Teżor pubbliku. Madankollu, dawn il-prinċipji jeżiġu, jekk ir-rimbors, mill-bejjiegħ lix-xerrej, tat-taxxa fuq il-valur miżjud iffatturata indebitament isir impossibbli jew eċċessivament diffiċli, b’mod partikolari fil-każ ta’ insolvenza tal-bejjiegħ, li x-xerrej għandu jkun jista’ jindirizza t-talba għal rimbors tiegħu direttament kontra l-awtorità fiskali.

3)

Il-prinċipju ta’ proporzjonalità għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi li, f’sitwazzjoni bħal dik fil-kawża prinċipali, l-awtoritajiet fiskali nazzjonali jimponu fuq persuna taxxabbli, li tkun xtrat proprjetà li l-kunsinna tagħha tidħol taħt is-sistema tal-awtolikwidazzjoni, sanzjoni fiskali li tammonta għal 50 % tal-ammont tat-taxxa fuq il-valur miżjud li din hija marbuta li tħallas lill-amministrazzjoni fiskali, meta din tal-aħħar ma tkun bagħtiet ebda telf ta’ dħul fiskali u meta ma jkunx hemm ħjiel ta’ frodi fiskali, liema ħaġa għandha tiġi vverifikata mill-qorti tar-rinviju.


(1)  ĠU C 90, 07.03.2016.


Top