Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62008TA0582

    Kawża T-582/08: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad- 9 ta’ Settembru 2010 — Carpent Languages vs Il-Kummissjoni ( “Kuntratti pubbliċi għal servizzi — Proċedura ta’ sejħa għal offerti Komunitarja — Organizzazzjoni ta’ laqgħat u konferenzi — Ċaħda tal-offerta ta’ offerent — Għoti tal-kuntratt lil offerent ieħor — Obbligu ta’ motivazzjoni — Żball manifest ta’ evalwazzjoni — Trattament ugwali” )

    ĠU C 288, 23.10.2010, p. 37–38 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    23.10.2010   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 288/37


    Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta’ Settembru 2010 — Carpent Languages vs Il-Kummissjoni

    (Kawża T-582/08) (1)

    (Kuntratti pubbliċi għal servizzi - Proċedura ta’ sejħa għal offerti Komunitarja - Organizzazzjoni ta’ laqgħat u konferenzi - Ċaħda tal-offerta ta’ offerent - Għoti tal-kuntratt lil offerent ieħor - Obbligu ta’ motivazzjoni - Żball manifest ta’ evalwazzjoni - Trattament ugwali)

    (2010/C 288/71)

    Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

    Partijiet

    Rikorrenti: Carpent Languages (Brussell, il-Belġju) (rappreżentant: P. Goergen, avukat)

    Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: B. Simon u E. Manhaeve, aġenti, assistiti minn F. Tulkens u V. Ost, avukati)

    Suġġett

    Rikors kontra d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-30 ta’ Ottubru 2008, li tiċħad l-offerta li saret mir-rikorrenti għal-lott nru 4 “Provvista ta’ gruppi ta’ interpreti skont il-bżonnijiet lingwistiċi ta’ kull avveniment” tas-sejħa għal offerti VT/2008/036 (Kuntratti f’bosta oqsma għal servizzi għall-organizzazzjoni ta’ laqgħat u konferenzi), u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-17 ta’ Novembru 2008, li tagħti lill-kumpannija li ntgħażlet il-kuntratt għal-lott nru 4, kif ukoll talba għall-kundanna tal-Kummissjoni għall-ħlas tad-danni f’każ li l-Qorti Ġenerali ma tilqax it-talba għall-annullament tad-deċiżjoni ta’ ċaħda tal-offerta tar-rikorrenti.

    Dispożittiv

    (1)

    L-appell huwa miċħud.

    (2)

    Carpent Languages SPRL hija kkundannata għall-ispejjeż.


    (1)  ĠU C 69, 21.03.2009.


    Top