Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32012D0414

    2012/414/UE: Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tas- 17 ta’ Lulju 2012 li temenda l-Annessi I sa IV tad-Deċiżjoni 2006/168/KE rigward ċerti rekwiżiti għaċ-ċertifikazzjoni veterinarja għall-importazzjonijiet fl-Unjoni ta’ embrijuni bovini (notifikata bid-dokument numru C(2012) 4816) Test b’relevanza għaż-ŻEE

    ĠU L 194, 21.7.2012, p. 12–25 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 20/04/2021; Impliċitament imħassar minn 32021R0404

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2012/414/oj

    21.7.2012   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 194/12


    DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

    tas-17 ta’ Lulju 2012

    li temenda l-Annessi I sa IV tad-Deċiżjoni 2006/168/KE rigward ċerti rekwiżiti għaċ-ċertifikazzjoni veterinarja għall-importazzjonijiet fl-Unjoni ta’ embrijuni bovini

    (notifikata bid-dokument numru C(2012) 4816)

    (Test b’relevanza għaż-ŻEE)

    (2012/414/UE)

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 89/556/KEE tal-25 ta’ Settembru 1989 dwar kondizzjonijiet ta’ saħħa tal-annimali li jirregolaw il-kummerċ intra-Komunitarju fi u l-importazzjoni minn pajjiżi terzi ta’ embrijoni ta’ annimali domestiċi tal-ispeċi tal-ifrat (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 7(1) u l-punt (b) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 9(1) tagħha,

    Billi:

    (1)

    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/168/KE tal-4 ta’ Jannar 2006 li tistabbilixxi l-ħtiġijiet tas-saħħa tal-annimali u taċ-ċertifikazzjoni veterinarja għall-importazzjoni fil-Komunità ta’ embrijuni bovini u li tirrevoka d-Deċiżjoni 2005/217/KE (2) tistabbilixxi fl-Anness I tagħha l-lista ta’ pajjiżi terzi li minnhom l-Istati Membri għandhom jawtorizzaw l-importazzjoni ta’embrijuni ta’ annimali domestiċi tal-ispeċi bovina (“l-embrijuni”). Din id-Deċiżjoni tistipula wkoll garanziji li għandhom jingħataw fir-rigward ta’ mard speċifiku tal-annimali minn ċerti pajjiżi terzi elenkati f’dak l-Anness.

    (2)

    Id-Deċiżjoni 2006/168/KE tipprevedi wkoll li l-Istati Membri jridu jawtorizzaw l-importazzjoni ta’ embrijuni li jikkonformaw mar-rekwiżiti tas-saħħa tal-annimali stipulati fil-mudell taċ-ċertifikati veterinarji fl-Annessi II, III u IV ta’ dik id-Deċiżjoni.

    (3)

    Ir-rekwiżiti tas-saħħa tal-annimali relatati mal-bluetongue fiċ-ċertifikati veterinarji mudell fl-Annessi II, III u IV tad-Deċiżjoni 2006/168/KE huma bbażati fuq ir-rakkomandazzjonijiet tal-Kapitolu 8.3 tal-Kodiċi tas-Saħħa tal-Annimali Terrestri tal-Organizzazzjoni Dinjija għas-Saħħa tal-Annimali (OIE) li tittratta l-bluetongue. Dak il-Kapitolu jirrakkomanda firxa sħiħa ta’ miżuri li jnaqqsu r-riskju maħsuba biex jew jipproteġu l-mammiferi ospitanti mill-espożizzjoni għall-organiżmu trasportatur infettiv jew jinattivaw il-vajrus bl-antikorpi.

    (4)

    Barra minn hekk, l-OIE stabbiliet Kapitolu dwar is-Sorveljanza għal artropodi trasportaturi tal-mard tal-annimali fil-Kodiċi tas-Saħħa tal-Annimali Terrestri. Dawk ir-rakkomandazzjonijiet ma jinkludux il-monitoraġġ tar-ruminanti għall-antikorpi għall-vajrusis tas-Simbu, bħall-vajrusis Akabane u Aino tal-familja tal-Bunyavirida, li fil-passat kien meqjus bħala metodu ekonomiku għad-determinazzjoni tad-distribuzzjoni ta’ organiżmi trasportaturi kompetenti tal-bluetongue sakemm isir disponibbli aktar tagħrif dwar il-firxa ta’ dawk il-mardiet.

    (5)

    Apparti dan, l-OIE ma telenkax il-mard Akabane u Aino fil-Kodiċi tas-Saħħa tal-Annimali Terrestri. Konsegwentement, ir-rekwiżit għal test annwali għal dak il-mard li jagħti prova tal-assenza ta’ organiżmu trasportatur għandu jitħassar mill-Anness I tad-Deċiżjoni 2006/168/KE u miċ-ċertifikati veterinarji mudell fl-Annessi II, III u IV tiegħu.

    (6)

    Barra minn hekk, ġew konklużi ftehimiet bilaterali bejn l-Unjoni u ċerti pajjiżi terzi li jħaddnu kondizzjonijiet speċifiċi għall-importazzjoni ta’ embrijuni fl-Unjoni. Għalhekk, fl-interess tal-konsistenza fejn dawk l-arranġamenti bilaterali jħaddnu kondizzjonijiet speċifiċi u ċertifikati veterinarji mudell għall-importazzjonijiet, dawk il-kundizzjonijiet u l-mudelli għandhom minflok japplikaw il-kondizzjonijiet u l-mudelli stipulati fid-Deċiżjoni 2006/168/KE.

    (7)

    L-istatus ta’ saħħet l-annimali tal-Isvizzera hija ekwivalenti għal dak tal-Istati Membri. Huwa għalhekk xieraq li embrijuni derivati in vivo u embrijuni prodotti in vitro importati fl-Unjoni minn dak il-pajjiż terz ikollhom magħhom ċertifikat veterinarju mfassal skont iċ-ċertifikat intern mudell użat għall-kummerċ fi ħdan l-Unjoni ta’ embrijuni ta’ annimali domestiċi tal-ispeċi bovina stipulati fl-Anness C tad-Direttiva 89/556/KEE. Dak iċ-ċertifikat għandu jqis l-adattamenti stipulati fil-punt 2 tal-Kapitolu VI(B) tal-Appendiċi 2 tal-Anness 11 tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar il-kummerċ fi Prodotti Agrikoli, kif approvat bid-Deċiżjoni 2002/309/KE, Euratom tal-Kunsill u tal-Kummissjoni dwar il-Ftehim dwar il-Kooperazzjoni Xjentifika u Teknoloġika, tal-4 ta’ April 2002 dwar il-konklużjoni tas-seba’ Ftehim mal-Konfederazzjoni Svizzera (3).

    (8)

    Fuq il-bażi tad-Direttiva 89/556/KEE, in-New Zealand kien rikonoxxut ukoll bħala pajjiż terz bi status ekwivalenti tas-saħħa tal-annimali għal dak tal-Istati Membri għall-importazzjoni ta’ embrijuni derivati in vivo.

    (9)

    Huwa għalhekk xieraq li embrijuni derivati in vivo miġbura fin-New Zealand u importati fl-Unjoni minn dak il-pajjiż terz jkunu akkumpanjati minn ċertifikat simplifikat imfassal skont il-mudell rilevanti taċ-ċertifikat tas-saħħa stabbilit fl-Anness IV tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/56/KE tal-24 ta’ Jannar 2003 dwar ċertifikati tas-saħħa għall-importazzjoni ta’ annimali ħajjin u prodotti tal-annimali minn New Zealand (4) stabbilit skont il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u n-New Zealand dwar miżuri sanitarji applikabbli għall-kummerċ tal-annimali ħajjin u tal-prodotti mill-annimali (5), kif approvat bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 97/132/KE (6).

    (10)

    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/240/KE (7) tipprevedi li ċ-ċertifikati diversi veterinarji, pubbliċi u ta’ saħħet l-annimali meħtieġa għall-importazzjoni fl-Unjoni ta’ annimali ħajjin, ta’ semen, embrijuni, ova u prodotti li joriġinaw mill-annimali għandhom jissejsu fuq il-mudelli standard taċ-ċertifikati veterinarji stabbiliti fl-Anness I tagħha. Fl-interess tal-konsistenza u s-simplifikazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni, iċ-ċertifikati veterinarji mudell stabbiliti fl-Annessi II, III u IV tad-Deċiżjoni 2006/168/KE għandhom iqisu d-Deċiżjoni 2007/240/KE.

    (11)

    L-Annessi I sa IV tad-Direttiva 2006/168/KE għandhom għalhekk jiġu emendati skont dan.

    (12)

    Biex jiġi evitat kull tfixkil tal-kummerċ, l-użu ta’ ċertifikati veterinarji maħruġa skont id-Deċiżjoni 2006/168/KE fil-verżjoni tagħha qabel l-emendi introdotti b’din id-Deċiżjoni għandu jkun awtorizzat matul perjodu tranżitorju, suġġett għal ċerti kundizzjonijiet.

    (13)

    Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni jikkonformaw mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

    ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    L-Annessi I sa IV tad-Deċiżjoni 2006/168/KE huma emendati skont l-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.

    Artikolu 2

    Għal perjodu tranżitorju sat-30 ta’ Ġunju 2013, l-Istati Membri għandhom ikomplu jawtorizzaw l-importazzjonijiet ta’ kunsinni ta’ embrijuni ta’ annimali domestiċi tal-ispeċi bovina minn pajjiżi terzi li jkollhom magħhom ċertifikat veterinarju maħruġ mhux aktar tard mill-31 ta’ Mejju 2013 skont il-mudelli stabbiliti fl-Annessi II, III u IV tad-Deċiżjoni 2006/168/KE fil-verżjoni tagħha qabel l-emendi introdotti b’din id-Deċiżjoni.

    Artikolu 3

    Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mill-1 ta’ Jannar 2013.

    Artikolu 4

    Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

    Magħmul fi Brussell, is-17 ta’ Lulju 2012.

    Għall-Kummissjoni

    John DALLI

    Membru tal-Kummissjoni


    (1)  ĠU L 302, 19.10.1989, p. 1.

    (2)  ĠU L 57, 28.2.2006, p. 19.

    (3)  ĠU L 114, 30.4.2002, p. 1.

    (4)  ĠU L 22, 25.1.2003, p. 38.

    (5)  ĠU L 57, 26.2.1997, p. 5.

    (6)  ĠU L 57, 26.2.1997, p. 4.

    (7)  ĠU L 104, 21.4.2007, p. 37.


    ANNESS

    L-Annessi I sa IV tad-Deċiżjoni 2006/168/KE jinbidlu b’dan li ġej:

    ANNESS I

    Kodiċi ISO

    Pajjiż Terz

    Ċertifikat veterinarju applikabbli

    AR

    l-Arġentina

    l-ANNESS II

    l-ANNESS III

    l-ANNESS IV

    AU

    l-Awstralja

    l-ANNESS II

    l-ANNESS III

    l-ANNESS IV

    CA

    il-Kanada

    l-ANNESS II

    l-ANNESS III

    l-ANNESS IV

    CH

    l-Isvizzera (*)

    l-ANNESS II

    l-ANNESS III

    l-ANNESS IV

    HR

    il-Kroazja

    l-ANNESS II

    l-ANNESS III

    l-ANNESS IV

    IL

    l-Iżrael

    l-ANNESS II

    l-ANNESS III

    l-ANNESS IV

    MK

    Dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja (**)

    l-ANNESS II

    l-ANNESS III

    l-ANNESS IV

    NZ

    New Zealand (***)

    l-ANNESS II

    l-ANNESS III

    l-ANNESS IV

    US

    l-Istati Uniti

    l-ANNESS II

    l-ANNESS III

    l-ANNESS IV

    ANNESS II

    Ċertifikat veterinarju mudell għall-importazzjonijiet ta’ embrijuni derivati in vivo ta’ annimali domestiċi tal-ispeċi bovina miġbura b’konformità mad-Direttiva tal-Kunsill 89/556/KEE

    Image

    Test ta 'immaġni

    Image

    Test ta 'immaġni

    Image

    Test ta 'immaġni

    ANNESS III

    Ċertifikat veterinarju mudell għall-importazzjoni ta’ embrijuni prodotti in vitro ta’ annimali domestiċi tal-ispeċi bovina kkonċepiti bl-użu ta’ semen konformi mad-Direttiva tal-Kunsill 88/407/KEE

    Image

    Test ta 'immaġni

    Image

    Test ta 'immaġni

    Image

    Test ta 'immaġni

    Image

    Test ta 'immaġni

    ANNESS IV

    Ċertifikat veterinarju mudell għall-importazzjoni ta’ embrijuni prodotti in vitro ta’ annimali domestiċi tal-ispeċi bovina konċepiti bl-użu ta’ semen minn ċentri ta’ ġbir jew ħżin tas-semen approvati mill-awtorità kompetenti tal-pajjiż esportatur

    Image

    Test ta 'immaġni

    Image

    Test ta 'immaġni

    Image

    Test ta 'immaġni

    Image

    Test ta 'immaġni

    (*)  Għal embirjuni derivati in vivo u prodotti in vitro, iċ-ċertifikati li għandhom jintużaw għall-importazzjonijiet mill-Isvizzera huma stabbiliti fl-Anness C tad-Direttiva 89/556/KEE, bl-adattamenti stabbiliti fil-punt 2 tal-Kapitolu VI(B) tal-Appendiċi 2 tal-Anness 11 tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar il-kummerċ fil-prodotti agrikoli, kif approvat bid-Deċiżjoni 2002/309/KE, Euratom tal-Kunsill, u tal-Kummissjoni fir-rigward tal-Ftehim dwar il-Kooperazzjoni Xjentifika u Teknoloġika tal-4 ta’ April 2002 dwar il-konklużjoni tas-seba’ Ftehimmal-Konfederazzjoni Svizzera.

    (**)  Dan il-Kodiċi proviżorju ma jippreġudika, bl-ebda mod, id-denominazzjoni definittiva għal dan il-pajjiż, li se tkun allokata wara l-konklużjoni tan-negozjati li għaddejjin bħalissa fin-Nazzjonijiet Uniti.

    (***)  Għal embrijuni derivati in vivo, iċ-ċertifikat li għandu jintuża għall-importazzjoni minn New Zealand huwa stipulat fl-Anness IV tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/56/KE tal-24 ta’ Jannar 2003 dwar ċertifikati tas-saħħa għall-importazzjoni ta’ annimali ħajjin u prodotti tal-annimali minn New Zealand (biss għal embrijuni miġbura fi New Zealand), stabbilita skont il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u New Zealand dwar miżuri sanitarji applikabbli għall-kummerċ ta’ annimali ħajjin u prodotti mill-annimali, kif approvat bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 97/132/KE.


    Top