This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52020XC0731(03)
Publication of an application for approval of non-minor amendments to a product specification pursuant to Article 50(2)(a) of Regulation (EU) No 1151/2012 of the European Parliament and of the Council on quality schemes for agricultural products and foodstuffs 2020/C 251/16
Pubblikazzjoni ta’ applikazzjoni għall-approvazzjoni ta’ emenda mhux minuri fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott, skontl-Artikolu 50(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel 2020/C 251/16
Pubblikazzjoni ta’ applikazzjoni għall-approvazzjoni ta’ emenda mhux minuri fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott, skontl-Artikolu 50(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel 2020/C 251/16
C/2020/5259
ĠU C 251, 31.7.2020, p. 22–33
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
31.7.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 251/22 |
Pubblikazzjoni ta’ applikazzjoni għall-approvazzjoni ta’ emenda mhux minuri fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott, skontl-Artikolu 50(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel
(2020/C 251/16)
Din il-pubblikazzjoni tikkonferixxi d-dritt ta’ oppożizzjoni għall-applikazzjoni ta’ emenda skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1) fi żmien tliet xhur mid-data ta’ din il-pubblikazzjoni
APPLIKAZZJONI GĦALL-APPROVAZZJONI TA’ EMENDA MHUX MINURI FL-ISPEĊIFIKAZZJONI TAL-PRODOTT TA’ DENOMINAZZJONI TA’ ORIĠINI PROTETTA JEW TA’ INDIKAZZJONI ĠEOGRAFIKA PROTETTA
Applikazzjoni għall-approvazzjoni ta’ emenda skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012
“CHABICHOU DU POITOU”
Nru tal-UE: PDO-FR-0115-AM01 – 5.12.2018
DOP (X) IĠP ()
1. Grupp applikant u interess leġittimu
Syndicat de défense du Chabichou du Poitou
Indirizz:
Agropole |
Route de Chauvigny CS 45002 |
86550 Mignaloux-Beauvoir |
FRANCE |
Tel. (33) (0) 5 49 44 74 80 |
Faks: (33) (0) 5 49 46 79 05 |
Posta elettronika: chabichoudp@na.chambagri.fr |
Il-grupp huwa magħmul minn produtturi tal-ħalib, produtturi azjendali, persuni li jieħdu ħsieb il-maturazzjoni u proċessuri u għandu interess leġittimu biex jissottometti l-applikazzjoni.
2. Stat membru jew Pajjiż Terz
Franza
3. Intestatura fl-ispeċifikazzjoni tal-prodott affettwata mill-emenda/i
☐ |
Isem il-prodott |
☒ |
Deskrizzjoni tal-prodott |
☒ |
Żona ġeografika |
☒ |
Prova tal-oriġini |
☒ |
Metodu ta’ produzzjoni |
☒ |
Rabta |
☒ |
Tikkettar |
☒ |
Oħrajn: dettalji ta’ kuntatt tad-dipartiment kompetenti u tal-grupp, spezzjoni, rekwiżiti nazzjonali |
4. Tip ta’ emenda/i
☒ |
Emenda fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott ta’ DOP jew IĠP irreġistrata li m’għandhiex tikkwalifika bħala minuri skont it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 |
☐ |
Emenda fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott ta’ DOP jew IĠP irreġistrata, li għaliha ma ġiex ippubblikat Dokument Uniku (jew ekwivalenti), li m’għandhiex tikkwalifika bħala minuri skont it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 |
5. Emenda/i
1) DESKRIZZJONI TAL-PRODOTT
Is-sentenza:
“Ix-Chabichou du Poitou huwa ġobon magħmul esklussivament mill-ħalib sħiħ tal-mogħoż, artab u mhux ippressat, b’45 fil-mija xaħam, b’qoxra rqiqa u b’moffa bajda, safra u blu fil-wiċċ”.
Ġiet sostitwita bi:
“Ix-“Chabichou du Poitou” huwa magħmul esklussivament mill-ħalib mhux ipproċessat u sħiħ tal-mogħoż. Huwa ġobon artab u mhux ippressat, mhux imsajjar, b’koagulazzjoni lattika u miżjud bi ftit tames, kemxejn mielaħ, b’qoxra rqiqa u b’moffa bajda, safra jew blu fil-wiċċ. Il-ġobon fih tal-anqas 18-il gramma xaħam għal kull 100 gramma ta’ prodott lest.”
Sabiex jinżammu l-kwalitajiet mikrobijoloġiċi naturali tal-ħalib żdied l-obbligu li jintuża ħalib mhux ipproċessat.
Sabiex il-prodott jiġi deskritt aħjar, ġie speċifikat li dan huwa ġobon mhux imsajjar, kemxejn mielaħ, u li l-koagulazzjoni tinkiseb minn żieda ħafifa ta’ tames. Ġie speċifikat ukoll li l-moffa fil-wiċċ tista’ tkun “bajda, safra jew blu” minħabba li l-preżenza tal-moffa fuq il-ġobon b’dawn il-kuluri kollha mhix sistematika. L-espressjoni tal-kontenut ta’ xaħam tal-ġobon ġiet emendata biex titqies l-evoluzzjoni fit-tikkettar (il-perċentwal ta’ xaħam espress skont il-prodott lest).
Id-deskrizzjoni tal-forma tħassret minn din il-parti, u tinsab fil-punt 5.3.c tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott dwar l-ipproċessar tal-ġobon.
Żdiedet is-sentenza li ġejja:
“Fi tmiem il-perjodu minimu tal-maturazzjoni, il-ġobon ikollu fuq in-naħa ta’ fuq il-marka karatteristika “CdP””.
Żdied li l-marka “CdP”, li tħalli l-forma għandha tkun fuq in-naħa ta’ fuq tal-ġobon. Il-marka hija fil-fatt komponent tal-forma użata mill-operaturi kollha, u hija element li bih jintgħaraf ix-“Chabichou du Poitou”.
Żdiedet is-sentenza li ġejja:
“Il-piż totali tal-materja niexfa m’għandux ikun anqas minn 40 gramma għal kull ġobna”.
Żdied il-piż totali tal-materja niexfa għal kull ġobna. L-espressjoni tal-piż tal-ġobon f’materja niexfa u l-iffissar ta’ estratt niexef minimu tal-ġobon jippermettu li ġobniet żgħar iżżejjed (minħabba difett fil-forma) jew umdi żżejjed (minħabba nuqqas ta’ tnixxif jew/u tal-użu ta’ baqta umda żżejjed) jiġu esklużi mill-kummerċjalizzazzjoni.
Is-sentenza li ġejja:
“Il-piż medju tiegħu huwa ta’ 120 gramma.”
Ġiet sostitwita bi
“Il-piż minimu tal-ġobon huwa ta’ 140 gramma fi tmiem il-perjodu minimu tal-maturazzjoni.”
Il-kunċett ta’ “piż medju” ġie sostitwit b’dak ta’ “piż minimu”, li huwa aktar faċli biex jiġi spezzjonat. Ġie speċifikat li l-piż minimu tal-ġobon ifisser il-piż fi tmiem il-perjodu minimu tal-maturazzjoni. Il-piż minimu ġie aġġustat relattivament għall-piż medju biex jitqiesu l-piżijiet veri li jiġu nnotati fi tmiem il-perjodu minimu tal-maturazzjoni.
Is-sentenza:
“Il-ġobna bajda hija soda u fina, u fl-istess ħin iżżomm irtubija naturali.”
Ġiet sostitwita bi:
“Il-ġobna bajda hija soda, b’konsistenza omoġenja u fina, u fl-istess ħin għandha rtubija naturali. ”
Id-deskrizzjoni tal-ġobon ġiet kompluta bil-karatteristiċi organolettiċi fir-rigward tal-konsistenza tal-ġobna (omoġenja).
Żdied il-paragrafu li ġej:
“Meta l-ġobon ikun frisk, il-konsistenza hija waħda li tinħall. Wara maturazzjoni mtawla, il-ġobna tista’ titfarrak u tista’ tidher xi tnixxija taħt il-qoxra. Meta l-ġobon ikun frisk, it-togħma tkun ħelwa u tixbah lil dik tal-ħalib. Wara diversi ġimgħat ta’ maturazzjoni, it-togħma tal-mogħoż tkun aktar qawwija u ddum aktar. Kultant wieħed jinnota aromi ta’ frott niexef. It-togħma mhix mielħa, aċiduża jew morra żżejjed.”
Id-deskrizzjoni tal-ġobon ġiet kompluta bil-karatteristiċi organolettiċi fir-rigward tat-togħma u l-evoluzzjoni fit-togħma tal-ġobon waqt il-maturazzjoni li ġiet speċifikata.
Fid-Dokument Uniku, is-sentenza:
“Ġobon mill-ħalib tal-mogħoż, artab u mhux ippressat, b’qoxra rqiqa u ta’ lewnbajdani, b’għamla ta’ kon żgħir mingħajr ponta, imsejħa “bonde” ta’ madwar 6 cm għoli, b’piż medju ta’ 120 gramma, u b’45 % xaħam.”
Ġiet sostitwita bi:
“Ix-“Chabichou du Poitou” huwa magħmul esklussivament mill-ħalib mhux ipproċessat u sħiħ tal-mogħoż. Huwa ġobon artab, mhux ippressat u mhux imsajjar, b’koagulazzjoni lattika u miżjud bi ftit tames, kemxejn mielaħ, b’qoxra rqiqa u b’moffa bajda, safra jew blu fil-wiċċ.
Għandu għamla ta’ kon żgħir mingħajr ponta, imsejħa “bonde” (mill-għamla tat-tapp tal-injam ta’ bettija).
Fi tmiem il-perjodu minimu tal-maturazzjoni, il-ġobon ikollu fuq in-naħa ta’ fuq il-marka karatteristika “CdP”.
Il-ġobon fih tal-anqas 18-il gramma xaħam għal kull 100 gramma ta’ prodott lest. Il-piż totali tal-materja niexfa m’għandux ikun anqas minn 40 gramma għal kull ġobna.
Il-piż minimu tal-ġobon huwa ta’ 140 gramma fi tmiem il-perjodu minimu tal-maturazzjoni ta’ għaxart ijiem wara li jiżdied it-tames.
Il-ġobna hija soda, b’konsistenza omoġenja u fina, u fl-istess ħin għandha rtubija naturali.
Meta l-ġobon ikun frisk, il-konsistenza hija waħda li tinħall. Wara maturazzjoni mtawla, il-ġobna tista’ titfarrak u tista’ tidher xi tnixxija taħt il-qoxra.
Meta l-ġobon ikun frisk, it-togħma tkun ħelwa u tixbah lil dik tal-ħalib. Wara diversi ġimgħat ta’ maturazzjoni, it-togħma tal-mogħoż tkun aktar qawwija u ddum aktar. Kultant wieħed jinnota aromi ta’ frott niexef. It-togħma mhix mielħa, aċiduża jew morra żżejjed.”
2) ŻONA ĠEOGRAFIKA
Fir-rigward tal-intestatura dwar iż-żona ġeografika, żdiedet il-lista tal-communes fiż-żona ġeografika sabiex tiġi ffaċilitata l-ispezzjoni. Il-perimetru taż-żona ġeografika ma ġiex emendat. Din il-lista tinkludi l-communes kollha fiż-żona ġeografika li fihom jistgħu jsiru l-passi kollha tal-metodu ta’ kisba (produzzjoni tal-ħalib, manifattura u maturazzjoni tal-ġobon). Barra minn hekk, żdiedu xi referenzi għad-data tal-kodiċi ġeografiku uffiċjali fis-seħħ u għall-pjanijiet ippreżentati fil-muniċipalità sabiex il-lista tkun preċiża u mhux ambigwa.
3) PROVA TAL-ORIĠINI
Żdiedu l-obbligi ta’ dikjarazzjoni tal-operaturi. Għalhekk, huwa previst:
— |
dikjarazzjoni ta’ identifikazzjoni tal-operaturi bil-ħsieb li tiġi rikonoxxuta l-kapaċità tagħhom li jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott. |
— |
dikjarazzjonijiet meħtieġa għall-għarfien u l-monitoraġġ tal-prodotti maħsuba għall-kummerċjalizzazzjoni taħt id-Denominazzjoni ta’ Oriġini. |
— |
obbligi dwar iż-żamma tar-reġistri mill-operaturi. |
— |
żdied l-obbligu ta’ monitoraġġ dokumentat sabiex jiġi ttraċċat il-prodott mill-ġbir tal-ħalib sal-manifattura: volumi miġbura individwalment u maħsuba għall-ipproċessar f’“Chabichou du Poitou”, volumi tal-ħalib miżjud bit-tames għall-manifattura tax-“Chabichou du Poitou” u l-għadd ta’ ġobon iffurmat, mixtri mhux immaturat, deklassifikat u kkummerċjalizzat bid-DOP. Żdied ukoll kemm għandha tkun frekwenti r-reġistrazzjoni: reġistru aġġornat f’kull ġabra għall-produtturi tal-ħalib jew kull xahar għall-manifatturi u għal dawk li jieħdu ħsieb il-maturazzjoni. |
— |
in-natura ta’ informazzjoni oħra rreġistrata fir-reġistri mill-manifatturi/dawk li jieħdu ħsieb il-maturazzjoni (il-perjodu tal-passi differenti tal-manifattura, l-aċidità meta jiżdied it-tames u l-iffurmar, it-temperaturi, id-data tat-tagħbija u d-destinazzjoni tal-ġobon abjad u mmaturat) kif ukoll ir-rekwiżiti għall-produtturi tal-ħalib għall-monitoraġġ tat-traċċabbiltà tal-għalf maħsub għall-merħla (dokument li jindika n-natura, il-kwantitajiet imqassma kif ukoll l-oriġini ta’ dan l-għalf) żdiedu għall-finijiet ta’ spezzjoni. |
— |
finalment, żdied paragrafu dwar l-ispezzjoni li ssir fuq il-karatteristiċi tal-prodotti maħsuba għall-kummerċjalizzazzjoni bid-Denominazzjoni ta’ Oriġini: “Fi tmiem il-perjodu minimu tal-maturazzjoni, il-ġobon ikun soġġett għal eżami analitiku u organolettiku permezz tal-kampjunar”. |
4) METODU TA’ PRODUZZJONI
Kundizzjonijiet tal-produzzjoni tal-ħalib fl-azjendi
Żdiedet id-definizzjoni tal-merħla bħala magħmula minn “annimali li welldu tal-anqas darba”.
Żdiedu r-razez tal-mogħoż awtorizzati. Dawn huma razez li jirrappreżentaw dak li hemm fl-irziezet tal-mogħoż taż-żona ġeografika: “Alpine, Saanen, Poitevine u taħlita tagħhom”.
Żdied rekwiżit minimu ta’ awtosuffiċjenza alimentari biex tissaħħaħ ir-rabta maż-żona ġeografika permezz tal-għalf tal-mogħoż: “tal-anqas 75 % tar-razzjon totali għandu jiġi miż-żona ġeografika, jiġifieri 825 kilogramma ta’ materja niexfa għal kull mogħża fis-sena”. Dan ir-rekwiżit iqis il-prattiki u l-limitazzjonijiet attwali tal-irziezet fiż-żona ġeografika b’mod partikolari d-daqs tal-merħla, l-adattament għall-klima b’perjodi regolari ta’ nixfa, in-natura ġeoloġika tal-ħamrija, il-preżenza ta’ ħamrija kalkarja tajba għall-kultivazzjoni ta’ ħuxlief mill-għelejjel tal-legumi, b’mod partikolari n-nifel. Għalhekk żdied ukoll li “l-foraġġi jiġu prodotti kollha fiż-żona ġeografika” u li “r-razzjon għal kull mogħża fis-sena għandu jkun fih tal-anqas 200 kilogramma ta’ materja niexfa f’forma ta’ nifel jew ta’ għelejjel tal-legumi li jkunu ġejjin miż-żona ġeografika.” Dan l-aħħar rekwiżit jippermetti li tiġi evitata sistema alimentari tat-tip “tiben + konċentrati” li tagħmel ħsara lill-kwalità tal-ħalib marbuta mal-kwalità u mad-diversità tar-razzjon tal-foraġġi.
Żdied il-perċentwal minimu tal-foraġġi: “Ir-razzjon huwa magħmul minn tal-anqas 55 % foraġġ jiġifieri 605 kilogramma ta’ materja niexfa għal kull mogħża fis-sena”; kif ukoll lista ta’ foraġġi awtorizzati: “il-foraġġi mill-ħxejjex, mill-għelejjel tal-legumi puri jew ikkombinati, il-legumi bl-għeruq u mill-familja tal-kaboċċi, it-tiben u l-pjanti sħaħ taċ-ċereali, tal-għelejjel tal-legumi, taż-żrieragħ żejtnin u tal-għelejjel li fihom il-proteini minbarra foraġġi ħoxnin oħra, u l-ispeċi spontanji li jinsabu fiż-żona ġeografika. Dawn jiġu kkonsmati friski, imgeżwra, f’forma ta’ ħuxlief, akkumulati jew imnixxfa”.
Żdied li “s-silaġġ huwa pprojbit” minħabba l-effetti mhux mixtieqa tiegħu fuq il-karatteristiċi tal-ġobon.
Għall-kuntrarju, żdied li “t-tgeżwir huwa awtorizzat fil-limitu ta’ 200 kilogramma ta’ materja niexfa għal kull mogħża fis-sena”. Żdied li dan it-tgeżwir għandu jkollu “rata ta’ materja niexfa ta’ mill-inqas 50 %” biex tiġi żgurata l-kwalità tal-għalf u tas-saħħa tiegħu.
Żdied li “l-għalf akkumulat jew dak imnixxef huwa limitat għal 200 kilogramma ta’ materja niexfa għal kull mogħża fis-sena” sabiex tiġi żgurata provvista ta’ foraġġi f’forma ta’ ħuxlief jew ta’ ħaxix frisk.
Żdiedet il-kwantità massima ta’ għalf ikkonċentrat, li m’għandhiex tirrappreżenta aktar minn 495 kilogramma għal kull mogħża fis-sena. Żdiedet il-kwantità minima ta’ dan l-għalf supplimentari li ġej miż-żona ġeografika, jiġifieri tal-anqas 150 kilogramma għal kull mogħża fis-sena jew 30 % tar-razzjon supplimentari. Dan is-sehem għandu jkun magħmul minn ċereali u/jew żrieragħ żejtnin u/jew għelejjel li fihom il-proteini.
Żdied l-għalf awtorizzat fir-razzjon supplimentari, meħtieġ għall-produzzjoni tal-ħalib tal-mogħoż, biex jiġu inklużi l-prattiki ta’ dawk li jrabbu u jiġu evitati s-supplimenti li jista’ jkollhom effett mhux mixtieq fuq il-kwalita tal-ħalib:
“Il-materja li ġejja biss tista’ tintuża fil-kompożizzjoni tar-razzjon supplimentari, kemm jekk tkun taħlita azjendali jew ikel kummerċjali sħiħ:
— |
ħbub taċ-ċereali, sħaħ jew estrużi, u prodotti dderivati minnhom; |
— |
żrieragħ u frott żejtnin u prodotti dderivati minnhom; |
— |
żrieragħ tal-għelejjel tal-legumi u prodotti dderivati minnhom; |
— |
żrieragħ u frott ieħor u prodotti dderivati minnhom: pasti tal-espellent tal-ġewż, qastan miksur |
— |
tuberi, għeruq u prodotti dderivati minnhom; |
— |
żejt u xaħam ta’ oriġini veġetali; |
— |
foraġġi, foraġġi ħoxnin u prodotti dderivati minnhom; |
— |
minerali u prodotti dderivati minnhom; |
— |
addittivi teknoloġiċi: aġenti li jgħaqqdu, aġenti li jħaxxnu u ġelifikanti; |
— |
mikronutrijenti u vitamini.” |
Dan l-għalf jgħin biex jistruttura l-ħalib u jippromwovi flora tal-ħalib varjata, b’mod partikolari bil-preżenza tal-ħmira.
Il-varjetà tal-għalf imqassam lill-mogħoż, il-projbizzjoni tas-silaġġ, l-inklużjoni tat-tgeżwir u tal-għalf imnixxef jikkontribwixxu għall-espressjoni tal-karatteristiċi organolettiċi tax-“Chabichou du Poitou”.
Il-ħalib użat
Żdiedu l-kundizzjonijiet għall-ħżin tal-ħalib fl-azjenda: “Il-ħalib ma jistax jinħażen għal aktar minn 48 siegħa f’tank imkessaħ fl-azjenda” biex jinżammu l-kwalitajiet tal-ħalib (il-kaseini u l-kalċju) u jiġi limitat l-iżvilupp ta’ mikroorganiżmi psikrotrofiċi li huma stess jillimitaw l-iżvilupp tal-flora lattika naturali.
Żdied li “l-ħalib li jintuża huwa ħalib tal-mogħoż mhux ipproċessat”, billi l-manifattura tal-ħalib mhux ipproċessat hija obbligatorja sabiex jinżammu l-kwalitajiet tal-ħalib, b’mod partikolari dawk organolettiċi, kif ukoll il-flora oriġinali tiegħu, u b’hekk tissaħħaħ ir-rabta mat-territorju.
L-ipproċessar
Il-passi ewlenin tal-iskema tal-manifattura tax-“Chabichou du Poitou” ġew deskritti sabiex il-prodott jiġi kkaratterizzat aħjar u tiġi żgurata l-konformità mal-prattiki tal-manifattura tax-“Chabichou du Poitou”.
a) |
maturazzjoni tal-ħalib”: Żdiedet il-fażi tal-maturazzjoni tal-ħalib (din trid tibda mhux aktar tard minn 10 sigħat minn meta jasal il-ħalib), u żdiedu l-valuri inklużi f’din il-fażi (perjodu ta’ mill-inqas sagħtejn u temperatura ta’ 8 °C jew aktar), minħabba li din il-fażi hija essenzjali biex tiżdied il-flora lattika, u tiġi promossa l-aċidifikazzjoni u l-għażla tal-flora. Għalhekk, dan għandu jitwettaq fl-aħjar kundizzjonijiet li jippermettu żvilupp tajjeb tal-flora lattika. Żdied li ż-żieda tal-flora taż-żrigħ hija awtorizzata mix-xorrox tal-ġobon lattiku, f’forma friska jew iffriżata, jew tal-fermenti lattiċi kummerċjali jew tal-kultura starter speċifika tal-grupp, jiġifieri minn żrigħ dirett jew mill-kultivazzjoni f’ħalib tal-mogħoż li jista’ jiġi arrikkit bit-trab tal-ħalib tal-mogħoż. Żdiedet in-natura tal-flora taż-żrigħ awtorizzata biex jiġu inklużi l-prattiki tal-operaturi:
|
b) |
“żieda tat-tames u koagulazzjoni”: Żdiedu l-valuri inklużi fil-fażi taż-żieda tat-tames (żmien massimu ta’ 24 siegħa mindu jibda l-ġbir sakemm jiżdied it-tames, pH massimu ta’ 6,45 jew aċidità minima ta’ 16-il grad Dornic), billi dawn il-parametri jiżguraw żvilupp tajjeb tal-flora lattika bejn il-ħlib u ż-żieda tat-tames. Żdieduetit-temperatura massima għaaż-żieda tat-tames (25 °C) biex jiġi żgurat żvilupp tajjeb tal-flora meżofila. Żdiedet id-definizzjoni tad-doża massima taż-żieda tat-tames: 8 millilitri għal kull 100 litru ħalib għal żieda tat-tames b’doża ta’ 520 milligrammi ta’ kimożina għal kull litru, sabiex dan ikun f’konformita mal-karattru lattiku tax-“Chabichou du Poitou”, li jaffettwa l-konsistenza tal-ġobna. Żdied il-perjodu minimu ta’ koagulazzjoni (16-il siegħa) biex tintlaħaq l-aċidità meħtieġa għall-forma. Żdied li kull forma ta’ differiment tal-baqta hija pprojbita u li x-xiri ta’ baqta friska bl-ingrossa u mhux iffurmata huwa pprojbit b’kont meħud tal-impatt negattiv li tista’ tħalli din il-prattika fuq il-karatteristiċi organolettiċi tal-ġobon, u b’kont meħud tal-evoluzzjoni tat-teknoloġija tal-ġobon innutata fost l-operaturi (projbizzjoni tat-tqattir minn qabel). |
c) |
“iffurmar”: Żdiedet id-definizzjoni tal-aċidità fl-iffurmar: ta’ mill-anqas 50 grad Dornic jew mhux aktar minn pH ta’ 4,60 minħabba li l-kejl tal-aċidità jippermetti li jiġi spezzjonat il-karattru lattiku tal-ġobon f’dan il-pass importanti tal-manifattura. Fir-rigward tal-baqta, tħassru t-termini “mqattar minn qabel jew le” minħabba li t-tqattir minn qabel huwa pprojbit sabiex tinżamm l-istruttura tal-baqta u tinkiseb konsistenza ta’ ġobna fina karatteristika tal-ġobon. Fid-Dokument Uniku, it-termini “mqattar minn qabel jew le” tħassru wkoll. Żdied li l-iffurmar jista’ jitwettaq bil-pala, f’konformità mal-prattiki tal-operaturi, f’forom individwali jew fi blokok iffurmati bid-distributuri. Żdied li l-għajnuna mekkanika fl-iffurmar hija pprojbita sabiex jitwaqqaf l-użu ta’ teknika ta’ ffurmar li mhix konformi mal-integrità tal-baqta. Is-sentenzi dwar il-karatteristiċi tal-forma: “għoli ta’ mill-inqas 6,5 ċentimetri, għoli ta’ mhux aktar minn 16-il ċentimetru, u dijametru tal-qiegħ ta’ 6 ċentimetri, u minn dijametru ta’ 6,5 ċentimetri sa għoli ta’ 6,5 ċentimetri” u “forma mtaqqba ta’ kon mingħajr ponta ta’ daqsijiet determinati” ġew sostitwiti bi: ““Il-forma użata hija forma mtaqqba ta’ kon mingħajr ponta li d-dimensjonijiet interni tagħha huma dawn li ġejjin: għoli ta’ mill-inqas 6,5 ċentimetri, għoli ta’ mhux aktar minn 16-il ċentimetru (inklużi l-estensjonijiet fil-forma), dijametru tal-qiegħ ta’ 6,2 ċentimetri u minn dijametru ta’ 6,6 ċentimetri sa għoli ta’ 6,5 ċentimetri. Il-parti ċilindrika tal-forma għandha 5 ringieli ta’ 9 toqob b’dijametru ta’ 2 mm, koniċi u mqassma. Il-forma tinkludi fil-qiegħ tagħha l-intars CdP. Il-qiegħ huwa kemxejn tond, b’radju ta’ 5 mm, bi 3 toqob ta’ 2 mm fuq id-dijametru ta’ 13-il mm, 6 toqob ta’ 2 mm fuq id-dijametru ta’ 23 mm u 12-il toqba ta’ 2 mm fuq id-dijametru ta’ 40 mm.” L-użu ta’ forma speċifika u kkaratterizzata perfettament hija punt essenzjali fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott minħabba li din taffettwa l-forma tipika tax-“Chabichou du Poitou” f’“bonde” żgħira kif ukoll il-kinetika tat-tqattir tas-serum. Id-daqsijiet tad-dijametru tal-qiegħ u tal-għoli tal-forma tressqu mill-intestatura dwar id-deskrizzjoni tal-prodott u ġew rettifikati: 6,2 minflok 6 għad-dijametru tal-qiegħ; 6,6 minflok 6,5 għad-dijametru tal-għoli. Dan biex jiġi rettifikat żball li seħħ matul ir-reġistrazzjoni tad-DOP. Żdied ukoll li l-għoli massimu tal-forma jfisser l-estensjonijiet tal-forma inklużi. |
d) |
“tqattir” Is-sentenza: “It-tqattir idum minn tmintax sa erbgħa u għoxrin siegħa”Ġiet sostitwita fil-punt dwar it-tqattir bi: “Dan idum tal-anqas 18-il siegħa.”Il-perjodu massimu tat-tqattir (“24 siegħa”) tħassar minħabba li l-użu tal-ħalib mhux ipproċessat, li sar obbligatorju, jista’ jeħtieġ tqattir twil sabiex tinkiseb konsistenza tajba tal-ġobna tax-“Chabichou du Poitou”. Il-perjodu massimu tat-tqattir ta’ 48 siegħa tħassar ukoll mid-Dokument Uniku. Żdied l-għadd minimu ta’ tliet taqlibiet, bejn l-iffurmar u t-tneħħija mill-forma, minħabba li dan huwa meħtieġ għat-tqattir tas-serum u jgħin fil-forma finali tal-ġobon. |
e) |
“tmelliħ” It-teknika tat-tmelliħ fis-salmura ddaħħletbiex tiġi evitata kwalunkwe deriva kwalitattiva: is-salmura għandha tkun saturata u tintuża f’temperatura ta’ 25 °C. L-użu tas-salmura saturata jippermetti li jiġi żgurat li l-konċentrazzjoni tal-melħ tibqa’ l-istess u t-temperatura massima tas-salmura ta’ 25 °C tippermetti li tiġi evitata temperatura eċċessiva li tista’ tkun ta’ żvantaġġ għall-iżvilupp tajjeb tal-flora billi tippromwovi żvilupp ta’ flora meżofila mhux mixtieqa. |
f) |
“tnixxif” Is-sentenza: “Dawn wara jitqiegħdu f’kamra tat-tnixxif għal erbgħa u għoxrin sa tmienja u erbgħin siegħa”ġiet sostitwita bi “Il-ġobon jitnixxef għal tal-anqas 24 siegħa. Fi tmiem it-tnixxif, irid ikun beda t-“tħaxxin”.” Dan biex tiġi awtorizzata aktar flessibbiltà fil-kontroll tal-proċess. Skont il-prattiki attwali, it-tnixxif mhux bilfors isir f’post speċifiku, b’mod partikolari fost il-produtturi tal-azjendi, fejn ta’ spiss isir f’kamra tal-manifattura. Barra minn hekk, l-objettiv tat-tnixxif, li huwa li jinkiseb tkabbir tal-ħmira qabel ma l-ġobon jitqiegħed fil-kamra tal-maturazzjoni, li huwa obbligu tar-riżultat, żdied minflok il-perjodu massimu; dan huwa indikatur viżiv li jippermetti li jiġi żgurat li l-objettiv finali ta’ dan il-pass jintlaħaq, jiġifieri l-bidu tat-“tħaxxin” (li jikkorrispondi għad-dehra fil-wiċċ tal-ewwel flora tal-maturazzjoni). Il-perjodu massimu tat-tnixxif ta’ 48 siegħa tħassar ukoll mid-Dokument Uniku. |
g) |
“maturazzjoni” Is-sentenza: “Il-maturazzjoni f’kamra tal-maturazzjoni ddum tal-anqas għaxart ijiem fiż-żona tal-produzzjoni, inkluż il-ġurnata li fiha jiżdied it-tames f’temperatura minn 10 sa 12-il ° Celsius u umdità ta’ bejn 80 u 90 fil-mija.” Ġiet sostitwita bi: “It-tkessiħ huwa gradwali. It-temperatura tal-kamra tal-maturazzjoni għandha tkun ta’ mill-inqas 8 °C għaxart ijiem wara li jiżdied it-tames. Malli joħroġ mill-kamra tal-maturazzjoni, il-ġobon ikollu qoxra ffurmata u mimlija bil-moffa fil-wiċċ li tista’ taraha faċilment. F’każ ta’ trasport tal-ġobon mis-sit tal-manifattura sas-sit tal-maturazzjoni, il-ġobon jitkessaħ għat-trasport għal massimu ta’ 24 siegħa. Dan il-perjodu jiżdied mal-perjodu massimu tal-maturazzjoni.” Il-kundizzjonijiet tal-maturazzjoni ġew emendati, madankollu mingħajr ma ġie emendat il-perjodu minimu tal-maturazzjoni. It-temperatura massima fil-fażi finali tal-maturazzjoni trid tkun neċessarjament anqas mit-temperatura inizjali tal-proċess (tajjeb infakkru li meta jiżdied it-tames it-temperatura massima għandha tkun 25 °C) b’kont meħud tar-rekwiżit tat-tkessiħ gradwali. It-temperatura minima tal-maturazzjoni tbaxxiet minn 10 °C għal 8 °C għaxart ijiem wara li jiżdied it-tames biex jitqiesu l-prattiki veri. Fi 8 °C u aktar, il-flora tiżviluppa u teżerċita l-attività ta’ lipolisi u proteolisi tagħha għall-iżvilupp tal-aromi speċifiċi tax-“Chabichou du Poitou”. It-temperatura massima tal-maturazzjoni tħassret sabiex min jieħu ħsieb il-maturazzjoni jkollu aktar flessibbiltà. Żdiedet id-dehra esterna tal-ġobon malli joħroġ mill-kamra tal-maturazzjoni. Fil-fatt, il-fażi tal-maturazzjoni mhix ikkontrollata biss mit-temperatura iżda wkoll mill-ispezzjoni tad-dehra viżiva esterna tal-ġobon b’rabta mal-iżvilupp tal-flora fil-wiċċ. Il-valuri minimi u massimi tal-umdità tħassru minħabba li dawn il-valuri m’għadhomx jissodisfaw il-prattiki ta’ xi wħud mill-persuni li jieħdu ħsieb il-maturazzjoni. Fil-fatt, min jieħu ħsieb il-maturazzjoni jirraġuna l-umdità tiegħu skont l-estratt niexef waqt it-tneħħija mill-forma li jista’ jgħaddi minn varjazzjonijiet sinifikanti skont il-kwalità tal-ħalib użat. Għalhekk, l-umdità fil-kamra tal-maturazzjoni probabbli tgħaddi minn varjazzjonijiet sinifikanti, lil hinn mil-limiti stabbiliti fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott fis-seħħ. Żdied il-perjodu massimu tat-tkessiħ tal-ġobon mhux immaturat qabel it-trasport tiegħu f’vettura mkessħa (massimu ta’ 24 siegħa) sabiex jiġu evitati ċerti derivi possibbli ta’ ħżin fil-kesħa f’perjodu twil ħafna. Dan il-perjodu żdied mal-perjodu minimu tal-maturazzjoni minħabba l-imblukkar tal-proċess tal-maturazzjoni f’temperatura baxxa. It-temperatura massima tal-maturazzjoni ta’ 10 gradi u l-firxa tal-umdità ta’ 80 sa 90 % tħassru mid-Dokument Uniku. |
5 RABTA
Fir-rigward tal-intestatura dwar ir-rabta maż-żona ġeografika, din inkitbet kollha mill-ġdid biex toħroġ b’mod aktar ċar l-evidenza tar-rabta bejn ix-“Chabichou du Poitou” u ż-żona ġeografika tiegħu, mingħajr ma ġiet emendata s-sustanza tar-rabta. Din id-dimostrazzjoni tenfasizza, b’mod partikolari, il-kundizzjonijiet tal-produzzjoni tal-ħalib li jippermettu l-użu ta’ ħalib mhux ipproċessat adattat għall-ipproċessar tal-ġobon, li għalih huwa meħtieġ għarfien speċifiku, kif ukoll il-kundizzjonijiet tal-maturazzjoni. Il-punt “Speċifiċità taż-żona ġeografika” jkopri l-fatturi naturali taż-żona ġeografika kif ukoll il-fatturi umani, billi jiġbor fil-qosor l-aspett storiku u jenfasizza l-għarfien speċifiku. Il-punt “Speċifiċità tal-prodott” jenfasizza ċerti elementi introdotti fid-deskrizzjoni tal-prodott. Fl-aħħar nett, il-punt “Rabta kawżali” jispjega l-interazzjonijiet bejn il-fatturi naturali u umani u l-prodott.
Din l-emenda saret ukoll fid-Dokument Uniku.
6) TIKKETTAR
Il-paragrafu li ġej tħassar:
“Il-ġobon li jibbenefika mid-Denominazzjoni ta’ Oriġini għandu jiġi kkummerċjalizzat b’tikketta individwali bl-isem tad-Denominazzjoni akkumpanjat mill-kliem “Denominazzjoni ta’ Oriġini”, miktubin kollha b’ittri ta’ daqs ta’ mill-inqas żewġ terzi d-daqs tal-akbar ittri fuq it-tikketta.
It-twaħħil tal-logo INAO huwa obbligatorju.
Barra minn hekk, il-kliem “Manifattura azjendali” jew “Ġobon azjendali” jew kwalunkwe kliem ieħor li jagħti x’jifhem li l-ġobon huwa ta’ oriġini azjendali huwa riżervat għall-produtturi li jipproċessaw il-ħalib prodott fl-azjenda tagħhom.
Il-ġobon ta’ manifattura azjendali miġbur u mmaturat minn dak li jieħu ħsieb il-maturazzjoni jista’ jkollu wkoll dan il-kliem”.
Żdiedet is-sentenza li ġejja:
“Minbarra l-informazzjoni obbligatorja meħtieġa skont ir-regolamenti fir-rigward tat-tikkettar u l-preżentazzjoni ta’ oġġetti tal-ikel, it-tikkettar jinkludi l-isem irreġistrat tal-prodott u s-simbolu DOP tal-Unjoni Ewropea fl-istess kamp viżiv”.
L-intestatura dwar it-tikkettar ġiet aġġornata biex tqis l-iżviluppi fil-leġiżlazzjoni nazzjonali u Ewropea. Tħassar l-obbligu dwar id-daqs tal-ittri, minħabba li jidher li jagħmel aktar sens li jkun meħtieġ li l-isem u s-simbolu tad-DOP tal-Unjoni Ewropea jkun fl-istess kamp viżiv.
Dawn l-emendi saru wkoll fid-Dokument Uniku.
7) OĦRAJN
L-indirizz tad-dipartiment kompetenti tal-Istat Membru ġie aġġornat.
L-isem u d-dettalji ta’ kuntatt tal-grupp ġew aġġornati u żdied l-istatus legali tiegħu.
Fir-rigward tal-intestatura dwar ir-referenzi tal-istrutturi ta’ spezzjoni, ġew aġġornati l-isem u d-dettalji tal-istrutturi uffiċjali. Din l-intestatura ssemmi d-dettalji ta’ kuntatt tal-awtoritajiet ta’ spezzjoni kompetenti Franċiżi: Institut national de l’origine et de la qualité (INAO) u Direction générale de la concurrence, de la consommation et de la répression des fraudes (DGCCRF). Żdied li l-isem u d-dettalji ta’ kuntatt tal-korp taċ-ċertifikazzjoni jistgħu jiġu kkonsultati fuq is-sit web tal-INAO u fuq il-bażi tad-data tal-Kummissjoni Ewropea.
Fir-rigward tal-intestatura dwar ir-rekwiżiti nazzjonali, żdiedet tabella bil-punti ewlenin li għandhom jiġu mmonitorjati u l-metodu ta’ evalwazzjoni tagħhom.
DOKUMENT UNIKU
“CHABICHOU DU POITOU”
Nru tal-UE: PDO-FR-0115-AM01 – 5.12.2018
DOP (X) IĠP ()
1. Isem/Ismijiet
“Chabichou du Poitou”
2. Stat Membru jew Pajjiż Terz
Franza
3. Deskrizzjoni tal-prodott agrikolu jew tal-oġġett tal-ikel
3.1. Tip ta’ prodott
Klassi 1.3. Ġobnijiet
3.2. Deskrizzjoni tal-prodott li għalih japplika l-isem f’(1)
Ix-“Chabichou du Poitou” huwa magħmul esklussivament mill-ħalib mhux ipproċessat u sħiħ tal-mogħoż. Huwa ġobon artab u mhux ippressat, mhux imsajjar, b’koagulazzjoni lattika u miżjud bi ftit tames, kemxejn mielaħ, b’qoxra rqiqa u b’moffa bajda, safra jew blu fil-wiċċ.
Għandu għamla ta’ kon żgħir mingħajr ponta, imsejħa “bonde” (mill-għamla tat-tapp tal-injam ta’ bettija). Fi tmiem il-perjodu minimu tal-maturazzjoni, il-ġobon ikollu fuq in-naħa ta’ fuq il-marka karatteristika “CdP”.
Il-ġobon fih tal-anqas 18-il gramma xaħam għal kull 100 gramma ta’ prodott lest. Il-piż totali tal-materja niexfa m’għandux ikun anqas minn 40 gramma għal kull ġobna.
Il-piż minimu tal-ġobon huwa ta’ 140 gramma fi tmiem il-perjodu minimu tal-maturazzjoni ta’ għaxart ijiem wara li jiżdied it-tames.
Il-ġobna bajda hija soda, b’konsistenza omoġenja u fina, u fl-istess ħin għandha rtubija naturali.
Meta l-ġobon ikun frisk, il-konsistenza hija waħda li tinħall.
Wara maturazzjoni mtawla, il-ġobna tista’ titfarrak u tista’ tidher xi tnixxija taħt il-qoxra.
Meta l-ġobon ikun frisk, it-togħma tkun ħelwa u tixbah lil dik tal-ħalib.
Wara diversi ġimgħat ta’ maturazzjoni, it-togħma tal-mogħoż toħroġ u ddum aktar. Kultant wieħed jinnota aromi ta’ frott niexef. It-togħma mhix mielħa, aċiduża jew morra żżejjed.
3.3. Għalf (għall-prodotti li joriġinaw mill-annimali biss) u materja prima (għall-prodotti pproċessati biss)
Tal-anqas 75 % tar-razzjon annwali tal-mogħoż għandu jiġi miż-żona ġeografika, jiġifieri 825 kg ta’ materja niexfa għal kull mogħża fis-sena. Dan ir-rekwiżit iqis il-prattiki u l-limitazzjonijiet attwali tal-irziezet fiż-żona ġeografika marbuta mal-adattament għall-klima b’perjodi regolari ta’ nixfa u n-natura ġeoloġika tal-ħamrija.
Il-foraġġi jiġu prodotti bis-sħiħ fiż-żona ġeografika. Ir-razzjon huwa magħmul minn tal-anqas 55 % foraġġ jiġifieri 605 kilogramma ta’ materja niexfa għal kull mogħża fis-sena.
Bħala foraġġi jitqiesu: il-foraġġi mill-ħxejjex, mill-għelejjel tal-legumi puri jew ikkombinati, il-legumi bl-għeruq u mill-familja tal-kaboċċi, it-tiben u l-pjanti sħaħ taċ-ċereali, tal-għelejjel tal-legumi, taż-żrieragħ żejtnin u tal-għelejjel li fihom il-proteini minbarra foraġġi ħoxnin oħra, u l-ispeċi spontanji li jinsabu fiż-żona ġeografika. Dawn jiġu kkonsmati friski, imgeżwra, f’forma ta’ ħuxlief, akkumulati jew imnixxfa.
Is-silaġġ huwa pprojbit. It-tgeżwir huwa awtorizzat fil-limitu ta’ 200 kilogramma ta’ materja niexfa għal kull mogħża fis-sena. Il-foraġġ imgeżwer għandu rata ta’ materja niexfa ta’ mill-inqas 50 %.
L-għalf akkumulat u dak imnixxef huwa limitat għal 200 kilogramma ta’ materja niexfa għal kull mogħża fis-sena.
Ir-razzjon għal kull mogħża fis-sena għandu jkun fih tal-anqas 200 kilogramma ta’ materja niexfa f’forma ta’ nifel jew għelejjel tal-legumi, li jkunu ġejjin miż-żona ġeografika.
Il-materja li ġejja biss tista’ tintuża fil-kompożizzjoni tar-razzjon supplimentari, kemm jekk tkun taħlita azjendali jew ikel kummerċjali sħiħ:
— |
ħbub taċ-ċereali, sħaħ jew estrużi, u prodotti dderivati minnhom; |
— |
żrieragħ u frott żejtnin u prodotti dderivati minnhom; |
— |
żrieragħ tal-għelejjel tal-legumi u prodotti dderivati minnhom; |
— |
żrieragħ u frott ieħor u prodotti dderivati minnhom; pasti tal-espellent tal-ġewż, qastan miksur; |
— |
tuberi, għeruq u prodotti dderivati minnhom; |
— |
żejt u xaħam ta’ oriġini veġetali; |
— |
foraġġi, foraġġi ħoxnin u prodotti dderivati minnhom; |
— |
minerali u prodotti dderivati minnhom; |
— |
addittivi teknoloġiċi: aġenti li jgħaqqdu, aġenti li jħaxxnu u ġelifikanti; |
— |
mikronutrijenti u vitamini. |
L-użu tax-xorrox tal-azjenda huwa awtorizzat.
Ir-razzjon supplimentari huwa limitat għal 495 kilogramma ta’ materja niexfa għal kull mogħża fis-sena. Dan għandu jkun fih tal-anqas 150 kilogramma jew 30 % ta’ ċereali u/jew żrieragħ żejtnin u/jew għelejjel li fihom il-proteini li jkunu ġejjin miż-żona ġeografika.
3.4. Passi speċifiċi tal-produzzjoni li jridu jsiru fiż-żona ġeografika ddefinita
Il-produzzjoni tal-ħalib, il-manifattura u l-maturazzjoni jsiru fiż-żona ġeografika.
3.5. Regoli speċifiċi dwar it-tqattigħ, it-taħkik, l-ippakkjar, eċċ.
Minbarra l-informazzjoni obbligatorja prevista skont ir-regolamenti dwar it-tikkettar u l-preżentazzjoni ta’ oġġetti tal-ikel, it-tikketta tinkludi l-isem irreġistrat tal-prodott u s-simbolu DOP tal-Unjoni Ewropea fl-istess kamp viżiv.
3.6. Regoli speċifiċi dwar it-tikkettar
—
4. Deskrizzjoni fil-qosor tad-delimitazzjoni taż-żona ġeografika
Id-département ta’ Vienne
Il-canton ta’ Chasseneuil-du-Poitou: il-communes kollha;
Il-canton ta’ Châtellerault 1: il-communes kollha;
Il-canton ta’ Châtellerault 2: il-communes ta’ Châtellerault, Orches, Savigny-sous-Faye, Sérigny, u Sossais;
Il-canton ta’ Châtellerault 3: il-communes ta’ Châtellerault u Senillé-Saint-Sauveur;
Il-canton ta’ Chauvigny: il-communes ta’ Availles-en-Châtellerault, Bonneuil-Matours, Cenon-sur-Vienne, Chauvigny (għall-parti li tikkorrispondi mat-territorju tagħha fid-data tad-29 ta’ Ġunju 1990), u Valdivienne (għall-parti li tappartjeni għat-territorju ta’ Chauvigny fid-data tad-29 ta’ Ġunju 1990);
Il-canton ta’ Civray: il-communes ta’ Asnois, Blanzay, Champagné-le-Sec, Champagné-Saint-Hilaire, Champniers, La Chapelle-Bâton, Charroux, Chatain, Château-Garnier, Civray, La Ferrière-Airoux, Genouillé, Joussé, Linazay, Lizant, Magné, Mauprévoir, Payroux, Saint-Gaudent, Saint-Macoux, Saint-Martin-l’Ars, Saint-Pierre-d’Exideuil, Saint-Romain, Saint-Saviol, Savigné, Sommières-du-Clain, Surin, u Voulême;
Il-canton ta’ Jaunay-Clan: il-communes kollha;
Il-canton ta’ Loudun: il-communes ta’ Angliers, Arçay, Aulnay, Berthegon, Cernay, Chalais, La Chaussée, Chouppes, La Roche-Rigault, Coussay, Craon, Curçay-sur-Dive, Dercé, Doussay, Glénouze, La Grimaudière, Guesnes, Loudun, Martaizé, Maulay, Mazeuil, Messemé, Moncontour, Monts-sur-Guesnes, Mouterre-Silly, Prinçay, Ranton, Saint-Clair, Saint-Jean-de-Sauves, Saint-Laon, Saires, Sammarçolles, Ternay, u Verrue
Il-canton ta’ Lusignan: il-communes kollha;
Il-canton ta’ Lussac-les-Châteaux: il-communes ta’ Bouresse, Brion, Gençay, Lhommaizé, Moussac, Queaux, Saint-Laurent-de-Jourdes, Saint-Maurice-la-Clouère, Saint-Secondin, Usson-du-Poitou, Verrières, u Le Vigeant;
Il-canton ta’ Migné-Auxances: il-communes kollha;
Il-canton ta’ Poitiers 1: il-communes kollha;
Il-canton ta’ Poitiers 2: il-communes kollha;
Il-canton ta’ Poitiers 3: il-communes kollha;
Il-canton ta’ Poitiers 4: il-communes kollha;
Il-canton ta’ Poitiers 5: il-communes kollha;
Il-canton ta’ Vivonne: il-communes kollha;
Il-canton ta’ Vouneuil-sous-Biard: il-communes kollha;
Id-département ta’ Deux-Sèvres
Il-canton ta’ Bressuire: il-muniċipalità ta’ Geay;
Il-canton ta’ Celles-sur-Belle: il-communes kollha;
Il-canton ta’ La Gâtine: il-communes ta’ Aubigny, Beaulieu-sous-Parthenay, La Boissière-en-Gâtine, Chantecorps, Clavé, Coutières, Doux, La Ferrière-en-Parthenay, Fomperron, Les Forges, Gourgé, Les Groseillers, Lhoumois, Mazières-en-Gâtine, Ménigoute, Oroux, La Peyratte, Pressigny, Reffannes, Saint-Georges-de-Noisné, Saint-Germier, Saint-Lin, Saint-Marc-la-Lande, Saint-Martin-du-Fouilloux, Saint-Pardoux, Saurais, Soutiers, Thénezay, Vasles, Vausseroux, Vautebis, Verruyes, u Vouhé;
Il-canton ta’ Melle: il-communes kollha;
Il-canton ta’ Mignon-et-Boutonne: il-communes ta’ Asnières-en-Poitou, Brieuil-sur-Chizé, Brioux-sur-Boutonne, Chérigné, Ensigné, Juillé, Luché-sur-Brioux, Lusseray, Paizay-le-Chapt, Périgné, Secondigné-sur-Belle, Séligné, Vernoux-sur-Boutonne, Villefollet, u Villiers-sur-Chizé;
Il-canton ta’ Plaine Niortaise: il-communes ta’ Brûlain, Prahecq, Saint-Martin-de-Bernegoue, u Vouillé;
Il-canton ta’ Saint-Maixent-l’Ecole: il-communes ta’ Augé, Azay-le-Brûlé, La Crèche, Exireuil, Nanteuil, Romans, Sainte-Eanne, Saint-Maixent-l’École, Saint-Martin-de-Saint-Maixent, Sainte-Néomaye, Saivres, u Souvigné;
Il-canton ta’ Thouars: il-communes ta’ Missé, Saint-Jacques-de-Thouars, Saint-Jean-de-Thouars, u Thouars;
Il-canton ta’ Val de Thouet: il-communes ta’ Airvault, Assais-les-Jumeaux, Availles-Thouarsais, Boussais, Brie, Brion-près-Thouet, Le Chillou, Glénay, Irais, Louin, Luzay, Maisontiers, Marnes, Oiron, Pas-de-Jeu, Pierrefitte, Saint-Cyr-la-Lande, Sainte-Gemme, Saint-Généroux, Saint-Jouin-de-Marnes, Saint-Léger-de-Montbrun, Saint-Loup-Lamairé, Saint-Martin-de-Mâcon, Saint-Martin-de-Sanzay, Saint-Varent, Taizé-Maulais, Tessonnière, u Tourtenay;
Id-département ta’ Charente
Il-canton ta’ Charente-Bonnieure: il-communes ta’ Benest, Le Bouchage, Champagne-Mouton, u Vieux-Ruffec;
Il-canton ta’ Charente-Nord: il-communes ta’ Les Adjots, Bernac, Bioussac, Brettes, La Chèvrerie, Condac, Courcôme, Empuré, La Faye, La Forêt-de-Tessé, Londigny, Longré, La Magdeleine, Montjean, Nanteuil-en-Vallée, Paizay-Naudouin-Embourie, Raix, Ruffec, Saint-Gourson, Saint-Martin-du-Clocher, Souvigné, Taizé-Aizie, Theil-Rabier, Villefagnan, u Villiers-le-Roux.
5. Rabta maż-żona ġeografika
Iż-żona ġeografika tax-“Chabichou du Poitou” tikkorrispondi mal-Haut-Poitou, medda art kalkarja li testendi sal-fruntieri tal-Massif Central lejn il-Lvant u sax-Charente taċ-ċereali u l-inbid fin-Nofsinhar. Il-communes taż-żona ġeografika jinsabu prinċipalment fil-Lvant tad-département ta’ Deux-Sèvres u fil-Punent tad-département ta’ Vienne, kif ukoll, sa ċertu punt, fit-Tramuntana tad-département ta’ Charente.
Il-Haut-Poitou ġie ffurmat matul perjodi ta’ sedimentazzjoni kalkarja. Il-ħamrija ewlenija osservata ġejja mit-tibdil ta’ dan il-blat ta’ sors kalkarju. L-artijiet taflija u kalkarja huma l-aktar formazzjoni tal-ħamrija rappreżentata. Din hija ħamrija kannella taflija u kalkarja pjuttost fonda. Fin-nofs tan-Nofsinhar taż-żona ġeografika, wieħed josserva l-preżenza ta’ artijiet ħomor imsejħa “à châtaigniers” (tal-qastan). Din hija ħamrija kannella ramlija u taflija fonda li tirriżulta mid-dekalċifikazzjoni tas-substrat kalkarju.
Il-klima moderata hija soġġetta għal influwenzi oċeaniċi, madankollu, b’anqas xita milli f’reġjuni oħra tal-kosta tal-Atlantiku, għadd ta’ jiem xemxin u nuqqas ta’ ilma fis-sajf li jista’ jvarja ħafna minn sena għal oħra.
Għalhekk, iż-żona ta’ “Chabichou du Poitou” għandha mużajk ta’ ħamrija, b’potenzjal agronomiku differenti, li jippermetti kultivazzjonijiet varji skont iż-żoni u l-perjodu (rotazzjoni tal-kultivazzjonijiet). L-ambjent naturali jwassal għall-produzzjoni ta’ foraġġi ta’ kwalità kif ukoll ta’ ċereali.
Il-Poitou huwa storikament reġjun ikkaratterizzat mill-preżenza tat-trobbija tal-mogħoż. Għalhekk, il-Poitou kien minn kmieni kulturalment ikkaratterizzat mill-produzzjoni ta’ ġobon tal-mogħoż ta’ tipi differenti. Il-ħalib mill-ħlib huwa l-ewwel maħsub għall-manifattura ta’ ġobon frisk ikkonsmat kuljum fuq skala familjali. Dan l-awtokonsum huwa mifrux b’mod speċjali fost l-iżgħar bdiewa li ma jistgħux irabbu l-baqar minħabba li m’għandhomx biżżejjed art. It-trobbija tal-mogħoż u l-manifattura tal-ġobon huma l-prerogattiva tan-nisa. Il-forma tax-“Chabichou du Poitou” hija forma żgħira, ta’ oriġini tal-fuħħar, użata biex jiġi mmanifatturat il-ġobon bi ftit ħalib.
Fl-1876, il-kriżi tal-fillosera mmarkat żvolta għall-agrikoltura lokali, li abbandunat id-dielja favur it-trobbija tal-annimali u l-produzzjoni tal-ħalib, kemm tal-baqar, għall-produzzjoni tal-butir, kif ukoll tal-mogħoż. Il-merħla tal-mogħoż ta’ Deux-Sèvres u ta’ Vienne mbagħad esperjenzat żvilupp qawwi u l-volumi saru akbar mill-bżonnijiet tal-konsum familjali, il-ġobon żejjed mill-produzzjoni azjendali ġie mmaturat u kkummerċjalizzat fis-swieq lokali.
Mill-bidu tas-seklu 20, il-produzzjoni tax-“Chabichou du Poitou” esperjenzat irkupru bl-iżvilupp ta’ kooperattivi tal-ħalib. Inizjalment speċjalizzat fil-ġbir tal-ħalib tal-baqra, il-moviment kooperattiv jestendi għall-ġbir tal-ħalib tal-mogħoż maħsub għall-manifattura tal-ġobon.
Illum, il-ħalib tal-mogħża huwa prodott minn azjendi li jagħmlu parti mill-kultivazzjonijiet il-kbar, u dan jikkostitwixxi mużajk fil-livell tal-użu tal-art. Tista’ tiġi stabbilita solidarjetà bejn dawk li jrabbu u l-bdiewa taċ-ċereali għall-iżvilupp tal-art u għall-iskambju tal-għalf, taċ-ċereali u tal-foraġġ, speċjalment in-nifel.
Il-forma użata għall-produzzjoni tax-“Chabichou du Poitou” żżomm forma ta’ “bonde” u tagħti l-identità lill-ġobon bl-intars tas-sinjal “CdP”. Il-manifatturi jużaw l-għarfien espert speċifiku marbut mal-għamla ta’ kon mingħajr ponta tal-forma biex jimmaniġġjaw l-eliminazzjoni tax-xorrox. Il-kontroll tal-aċidifikazzjoni u t-triptiku tat-tqattir/tmelliħ/tnixxif huma essenzjali għal sinereżi regolari u dawn iħejju l-formazzjoni tal-qoxra, punt essenzjali għall-manifattura tal-ġobon minħabba d-diffikultajiet tat-tqattir marbut mal-forma.
Ix-“Chabichou du Poitou” għandu l-forma ta’ kon mingħajr ponta, imsejħa “bonde”. Il-qoxra tiegħu għandha l-moffa fil-wiċċ u kultant xi tnixxija ħafifa. Il-ġobna bajda hija soda, b’konsistenza omoġenja u fina. Dan għandu togħma ta’ mogħoż moderata iżda li ddum, bi ħjiel ta’ togħma morra u mielħa, u kultant b’aromi ta’ frott niexef.
Il-klima tal-Haut Poitou, aktar niexfa minn dik tas-setturi l-oħra tas-Seuil du Poitou, il-medda art kalkarja twila u vasta li tinsab bejn il-Massif Armorikan u l-Massif Centrali, kif ukoll il-ħamrija taflija u kalkarja li tirriżulta mill-alterazzjoni tal-blat oriġinali, ikkontribwew għall-iżvilupp ta’sistemi ta’ polikultura-trobbija tal-mogħoż. L-azjendi tal-mogħoż jinsabu fil-qalba ta’ kultivazzjonijiet kbar f’artijiet niexfa, li huma tajbin ħafna għall-mogħża. Il-mogħoż jiġu mitmugħin b’għalf għoli fil-fibra u varjat li jgħin biex jistruttura l-ħalib (proporzjon ta’ proteini - xaħam) u jipprovdi ekosistema mikrobjali għall-ħalib.
L-għalf tal-mogħoż bi proporzjon sinifikanti ta’ foraġġi u ċereali jagħti lok b’mod partikolari għal provvista oriġinali ta’ ħmira. Il-varjetà tal-għalf imqassam lill-mogħoż, il-kwalità tal-foraġġi u tas-supplimenti, u l-inklużjoni tar-razzjonijiet jikkontribwixxu għall-espressjoni tal-karatteristiċi organolettiċi tax-“Chabichou du Poitou”. Il-preżenza bikrija ta’ flora tal-maturazzjoni fil-ħalib, malli jimmatura, tispjega l-preżenza, xi drabi, ta’ xi tnixxija ħafifa taħt il-qoxra u l-konsistenza fina tal-ġobna tax-“Chabichou du Poitou”.
L-aċidifikazzjoni sinifikanti ħafna tal-baqta sservi ta’ appoġġ għall-ħmira diżaċidifikanti. Din tħejji l-wasla tal-ġeotrikju li jikkontribwixxi għad-dehra partikolari tal-ġobon (moffa fil-wiċċ tal-qoxra) u għat-togħma ta’ mogħoż moderata li ddum u bi ħjiel ta’ togħma morra u mielħa, xi drabi kompluta b’aromi ta’ frott niexef, speċjalment tal-ġellewża.
Il-forma użata għall-manifattura tax-“Chabichou du Poitou” tagħti lill-ġobon l-għamla ta’ kon mingħajr ponta karatteristika tiegħu (forma ta’ “bonde” żgħira tal-btieti). Din il-forma tagħti lix-“Chabichou du Poitou” l-identità tiegħu u toħloq teknoloġija partikolari li tiddetermina d-dehra u t-togħma tiegħu. L-għaxart ijiem minimi ta’ maturazzjoni u l-għarfien espert ta’ min jieħu ħsieb il-maturazzjoni dwar il-kontroll tat-temperaturi jippermettu l-iżvilupp ta’ flora tal-wiċċ u l-kisba tal-karatteristiċi organolettiċi tax-“Chabichou du Poitou”.
Referenza għall-pubblikazzjoni tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott
(it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 6(1) ta’ dan ir-Regolament)
http://info.agriculture.gouv.fr/gedei/site/bo-agri/document_administratif-5e3ac3fc-de33-401d-a82c-b4528803ebef