Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52020M9899

    Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Kawża M.9899 — KKR/Koos Holding Cooperatief) Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata (Test b’rilevanza għaż-ŻEE) 2020/C 251/15

    PUB/2020/611

    ĠU C 251, 31.7.2020, p. 20–21 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    31.7.2020   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 251/20


    Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

    (Kawża M.9899 — KKR/Koos Holding Cooperatief)

    Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

    (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

    (2020/C 251/15)

    1.   

    Fl-24 ta’ Lulju 2020, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

    Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

    KKR & Co. Inc. (“KKR”, l-Istati Uniti)

    Koos Holding Coöperatief U.A. (“Koos Holding”, in-Netherlands)

    KKR takkwista, skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll uniku tal-intier tal-impriża Koos Holding.

    Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz tax-xiri ta’ ishma.

    2.   

    L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

    għal KKR: ditta ta’ investiment globali, li toffri firxa wiesgħa ta' servizzi ta' fondi ta' assi alternattivi u prodotti ta’ investiment oħrajn lill-investituri u tipprovdi soluzzjonijiet għas-swieq tal-kapital għad-ditta, il-kumpaniji tal-portafoll tagħha u l-klijenti l-oħra,

    għal Koos Holding: l-iżvilupp u r-rinnovazzjoni ta’ parks ta’ vaganza, li jew tamministrahom u toperahom hi stess jew li għalihom tissieħeb ma’ operatur li jaġixxi bħala aġent ta’ prenotazzjoni. Il-parks tal-vaganzi huma operati taħt il-marka “Roompot” u jvarjaw minn postijiet ta’ kampeġġ li joffru akkomodazzjoni tat-tined jew ta’ bungalows sa għażla ta’ vilel iktar ta’ klassi. Koos Holding topera l-parks fin-Netherlands u fil-Ġermanja, u hija attiva bħala aġent ta’ prenotazzjoni għall-parks fin-Netherlands, fil-Belġju, fi Franza, fl-Italja, fi Spanja u fid-Danimarka.

    3.   

    Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

    Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jenħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

    4.   

    Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati sabiex iressqu l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.

    Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jenħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

    (M.9899 — KKR / Koos Holding Cooperatief)

    Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-posta elettronika, bil-faks jew bil-posta. Int mitlub tuża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

    E-mail: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

    Faks: +32 122964301

    Indirizz postali:

    Il-Kummissjoni Ewropea

    Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

    Ir-Reġistru tal-Fużjonijiet

    1049 Bruxelles/Brussel

    BELGIQUE/BELGIË


    (1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

    (2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.


    Top