Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62014TN0011

Kawża T-11/14: Rikors ippreżentat fit- 3 ta’ Jannar 2014 – Grundig Multimedia vs UASI (Pianissimo)

ĠU C 135, 5.5.2014, p. 41–42 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

5.5.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 135/41


Rikors ippreżentat fit-3 ta’ Jannar 2014 – Grundig Multimedia vs UASI (Pianissimo)

(Kawża T-11/14)

2014/C 135/53

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Grundig Multimedia AG (Stansstad, l-Isvizzera) (rappreżentant: S. Walter, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI), tal-5 ta’ Novembru 2013, fil-Każ R 441/2013-4;

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż, inklużi dawk sostnuti quddiem l-UASI.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali “Pianissimo” għal prodotti fil-klassi 7 – Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 11 102 266

Deċiżjoni tal-eżaminatur: trade mark li għaliha saret l-applikazzjoni miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 7(1)(b) u (2) tar-Regolament dwar it-trade mark Komunitarja.


Top