This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62011TA0296
Case T-296/11: Judgment of the General Court of 14 March 2014 — Cementos Portland Valderrivas v Commission (Competition — Administrative proceeding — Decision to request information — Necessity of the information requested — Reasonable grounds — Judicial review — Proportionality)
Kawża T-296/11: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal- 14 ta’ Marzu 2014 – Cementos Portland Valderrivas vs Il-Kummissjoni ( “Kompetizzjoni — Proċedura amministrattiva — Deċiżjoni ta’ talba għal informazzjoni — Natura neċessarja tal-informazzjoni mitluba — Indizji suffiċjentement serji — Stħarriġ ġudizzjarju — Proporzjonalità” )
Kawża T-296/11: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal- 14 ta’ Marzu 2014 – Cementos Portland Valderrivas vs Il-Kummissjoni ( “Kompetizzjoni — Proċedura amministrattiva — Deċiżjoni ta’ talba għal informazzjoni — Natura neċessarja tal-informazzjoni mitluba — Indizji suffiċjentement serji — Stħarriġ ġudizzjarju — Proporzjonalità” )
ĠU C 135, 5.5.2014, p. 30–30
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
5.5.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 135/30 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Marzu 2014 – Cementos Portland Valderrivas vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-296/11) (1)
((“Kompetizzjoni - Proċedura amministrattiva - Deċiżjoni ta’ talba għal informazzjoni - Natura neċessarja tal-informazzjoni mitluba - Indizji suffiċjentement serji - Stħarriġ ġudizzjarju - Proporzjonalità”))
2014/C 135/36
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: Cementos Portland Valderrivas, SA (Pamplona, Spanja) (rappreżentanti: L. Ortiz Blanco, A. Lamadrid de Pablo u N. Ruiz García, avukati)
Konvenuta: il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: F. Castilla Contreras, C. Urraca Caviedes u C. Hödlmayr, aġenti, assistiti minn A. Rivas, avukat)
Suġġett
Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2011) 2368 finali, tat-30 ta’ Marzu 2011, dwar proċedura għall-applikazzjoni tal-Artikolu 18(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003 (Każ 39520 – Siment u prodotti reletati).
Dispożittiv
1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
2) |
Cementos Portland Valderrivas, SA hija kkundannata għall-ispejjeż, inklużi dawk relatati mal-proċeduri għal miżuri provviżorji. |