This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62014CN0030
Case C-30/14: Request for a preliminary ruling from the Hoge Raad der Nederlanden (Netherlands) lodged on 22 January 2014 — Ryanair Ltd, Other party: PR Aviation BV
Kawża C-30/14: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hoge Raad der Nederlanden (il-Pajjiżi l-Baxxi) fit- 22 ta’ Jannar 2014 – Ryanair Ltd vs PR Aviation BV
Kawża C-30/14: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hoge Raad der Nederlanden (il-Pajjiżi l-Baxxi) fit- 22 ta’ Jannar 2014 – Ryanair Ltd vs PR Aviation BV
ĠU C 135, 5.5.2014, p. 18–19
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
5.5.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 135/18 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hoge Raad der Nederlanden (il-Pajjiżi l-Baxxi) fit-22 ta’ Jannar 2014 – Ryanair Ltd vs PR Aviation BV
(Kawża C-30/14)
2014/C 135/20
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Qorti tar-rinviju
Hoge Raad der Nederlanden
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Ryanair Ltd
Konvenuta: PR Aviation BV
Domanda preliminari
L-effett tad-[Direttiva dwar id-databases] (1) jestendi ruħu anki għall-online databases li ma humiex protetti, abbażi tal-Kapitolu II tad-Direttiva, bid-drittijiet tal-awtur, u li lanqas ma huma protetti, abbażi tal-Kapitolu III, minn dritt sui generis, u dan fis-sens li l-libertà li wieħed jagħmel użu minn tali databases ma tistax, b’applikazzjoni (analoga jew le) tal-Artikoli 6(1) u 8, flimkien mal-Artikolu 15 [tad-Direttiva dwar id-databases], tiġi limitata kuntrattwalment?
(1) Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 96/9/KE, tal-11 ta’ Marzu 1996, dwar il-protezzjoni legali ta’ databases (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 15, p. 459).