Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62012CA0599

Kawża C-599/12: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tat- 13 ta’ Marzu 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tar-Rechtbank van eerste aanleg te Brugge – il-Belġju) – BTW-eenheid BTWE Travel4you vs FOD Financiën (VAT  — Skema speċjali għall-aġenziji tal-ivvjaġġar  — Tranżazzjonijiet magħmula barra mill-Unjoni Ewropea  — Sitt Direttiva 77/388/KEE  — Artikolu 28(3)  — Direttiva 2006/112/KE  — Artikolu 370  — Klawżoli ta’ “standstill”  — Emenda tal-leġiżlazzjoni nazzjonali matul it-terminu ta’ traspożizzjoni)

ĠU C 135, 5.5.2014, p. 10–11 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

5.5.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 135/10


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tat-13 ta’ Marzu 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tar-Rechtbank van eerste aanleg te Brugge – il-Belġju) – BTW-eenheid BTWE Travel4you vs FOD Financiën

(Kawża C-599/12) (1)

((VAT - Skema speċjali għall-aġenziji tal-ivvjaġġar - Tranżazzjonijiet magħmula barra mill-Unjoni Ewropea - Sitt Direttiva 77/388/KEE - Artikolu 28(3) - Direttiva 2006/112/KE - Artikolu 370 - Klawżoli ta’ “standstill” - Emenda tal-leġiżlazzjoni nazzjonali matul it-terminu ta’ traspożizzjoni))

2014/C 135/11

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Rechtbank van eerste aanleg te Brugge

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Jetair NV, BTW-eenheid BTWE Travel4you

Konvenuta: FOD Financiën

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari – Rechtbank van eerste aanleg te Brugge – Interpretazzjoni tal-Artikoli 49 u 63 TFUE, tal-Artikoli 26(3) u 28(3)(a) tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE, tas-17 ta’ Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ – Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 23) – Interpretazzjoni u validità tal-Artikoli 153, 309 u 370 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 347, p. 1) – Sistema partikolari tal-aġenziji tal-ivvjaġġar – Provvista ta’ servizzi li tinvolvi r-rikors għal persuni suġġetti oħra sabiex jitwettqu tranżazzjonijiet barra mill-Unjoni – Nuqqas ta’ eżenzjoni – Prinċipji ta’ ugwaljanza, ta’ newtralità fiskali u ta’ proporzjonalità

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 28(3) tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE, tas-17 ta’ Mejju 1977, dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu mat-taxxi fuq il-valur tal-bejgħ – Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima, kif ukoll l-Artikolu 370 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, ma jipprekludux l-introduzzjoni minn Stat Membru qabel l-1 ta’ Jannar 1978, matul il-perijodu ta’ traspożizzjoni tas-Sitt Direttiva, ta’ dispożizzjoni li temenda l-leġiżlazzjoni eżistenti tagħha billi tissuġġetta għat-taxxa fuq il-valur miżjud it-tranżazzjonijiet ta’ aġenziji tal-ivvjaġġar relatati ma’ vjaġġi magħmula barra mill-Unjoni Ewropea.

2)

Stat Membru ma jiksirx l-Artikolu 309 tad-Direttiva 2006/112 billi ma jassimilax il-provvisti ta’ servizzi ta’ aġenziji tal-ivvjaġġar ma’ attivitajiet ta’ intermedjarji eżenti meta dawn il-provvisti jirrigwardaw vjaġġi magħmula barra mill-Unjoni u jissuġġetta l-imsemmija provvisti għat-taxxa fuq il-valur miżjud, meta jissuġġetta dawn il-provvisti għat-taxxa fuq il-valur miżjud, fl-1 ta’ Jannar 1978.

3)

L-Artikolu 370 tad-Direttiva VAT, moqri flimkien mal-punt 4 tal-Parti A tal-Anness X tal-imsemmija direttiva ma jiksirx id-dritt tal-Unjoni meta jagħti lill-Istati Membri d-dritt li jibqgħu jintaxxaw il-provvisti ta’ servizzi ta’ aġenziji tal-ivvjaġġar marbuta mal-vjaġġi magħmula barra mill-Unjoni Ewropea.

4)

Stat Membru ma jiksirx id-dritt tal-Unjoni, b’mod partikolari l-prinċipji ta’ ugwaljanza, ta’ proporzjonalità u ta’ newtralità fiskali, meta jittratta l-aġenziji tal-ivvjaġġar, fis-sens tal-Artikolu 26(1) tas-Sitt Direttiva 77/388 u tal-Artikolu 306 tad-Direttiva 2006/112, b’mod differenti mill-intermedjarji u billi jipprevedi regola bħad-Digriet Irjali tat-28 ta’ Novembru 1999, li skontu l-provvisti ta’ servizzi ta’ dawn l-aġenziji tal-ivvjaġġar biss, u mhux dawk tal-intermedjarji, jiġu ntaxxati meta dawn jirrigwardaw vjaġġi magħmula barra mill-Unjoni Ewropea.


(1)  ĠU C 86, 23.03.2013.


Top