This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32017R2069
Commission Implementing Regulation (EU) 2017/2069 of 13 November 2017 amending Implementing Regulation (EU) No 540/2011 as regards the extension of the approval periods of the active substances flonicamid (IKI-220), metalaxyl, penoxsulam and proquinazid (Text with EEA relevance. )
Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2069 tat-13 ta' Novembru 2017 li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 fir-rigward tal-estensjoni tal-perjodi ta' approvazzjoni għas-sustanzi attivi flonicamid (IKI-220), metalassil, penoxsulam u proquinazid (Test b'rilevanza għaż-ŻEE. )
Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2069 tat-13 ta' Novembru 2017 li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 fir-rigward tal-estensjoni tal-perjodi ta' approvazzjoni għas-sustanzi attivi flonicamid (IKI-220), metalassil, penoxsulam u proquinazid (Test b'rilevanza għaż-ŻEE. )
C/2017/7442
ĠU L 295, 14.11.2017, p. 51–53
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
14.11.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 295/51 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/2069
tat-13 ta' Novembru 2017
li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 fir-rigward tal-estensjoni tal-perjodi ta' approvazzjoni għas-sustanzi attivi flonicamid (IKI-220), metalassil, penoxsulam u proquinazid
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Ottubru 2009 dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 79/117/KEE u 91/414/KEE (1), u b'mod partikolari l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 17 tiegħu,
Billi:
(1) |
Il-Parti A tal-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 (2) tistabbilixxi s-sustanzi attivi li jitqiesu li ġew approvati skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009. |
(2) |
L-applikazzjonijiet għat-tiġdid tal-approvazzjoni tas-sustanzi attivi inklużi f'dan ir-Regolament ġew ippreżentati b'konformità mar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 844/2012 (3). Madankollu, l-approvazzjoni ta' dawk is-sustanzi tista' tiskadi, għal raġunijiet li huma barra mill-kontroll tal-applikant, qabel ma tkun ittieħdet deċiżjoni dwar it-tiġdid tal-approvazzjoni tagħhom. Għalhekk jeħtieġ li jiġu estiżi l-perjodi tal-approvazzjoni tagħhom skont l-Artikolu 17 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009. |
(3) |
Minħabba ż-żmien u r-riżorsi meħtieġa biex titlesta l-valutazzjoni tal-applikazzjonijiet għat-tiġdid tal-approvazzjonijiet tal-għadd kbir ta' sustanzi attivi li l-approvazzjonijiet tagħhom jiskadu bejn l-2019 u l-2021, id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni C(2016)6104 (4) stabbiliet programm ta' ħidma li jiġbor flimkien sustanzi attivi simili u li jistabbilixxi l-prijoritajiet abbażi tat-tħassib dwar is-sikurezza għas-saħħa tal-bniedem u tal-annimali jew għall-ambjent kif previst fl-Artikolu 18 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009. |
(4) |
Billi s-sustanzi attivi elenkati f'dan ir-Regolament mhumiex fil-kategoriji prijoritizzati fid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni C(2016) 6104, jenħtieġ li l-perjodu ta' approvazzjoni jiġi estiż b'sentejn jew bi tliet snin, filwaqt li jitqiesu d-data ta' skadenza attwali, il-fatt li skont l-Artikolu 6(3) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 844/2012 id-dossier supplimentari għal sustanza attiva għandu jiġi ppreżentat mhux aktar tard minn 30 xahar qabel l-iskadenza tal-approvazzjoni, il-ħtieġa li tiġi żgurata distribuzzjoni bilanċjata tar-responsabbiltajiet u tal-ħidma fost l-Istati Membri li jaġixxu bħala relaturi u korelaturi, u r-riżorsi disponibbli meħtieġa għall-valutazzjoni u għat-teħid ta' deċiżjonijiet. Għalhekk, jixraq li l-perjodu tal-approvazzjoni għas-sustanza attiva proquinazid jiġi estiż b'sentejn, u li l-perjodi tal-approvazzjoni għas-sustanzi attivi flonicamid (IKI-220), metalassil u penoxsulam jiġu estiżi bi tliet snin. |
(5) |
Għar-raġuni tal-għan tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 17 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, f'każijiet meta ma jitressaqx dossier supplimentari skont ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 844/2012 mhux aktar tard minn 30 xahar qabel id-data tal-iskadenza rispettiva stabbilita fl-Anness ta' dan ir-Regolament, il-Kummissjoni tistabbilixxi d-data ta' skadenza fl-istess data bħal dik ta' qabel dan ir-Regolament jew fl-eqreb data minn hemm 'il quddiem. |
(6) |
Fid-dawl tal-għan tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 17 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, fir-rigward ta' każijiet meta l-Kummissjoni tadotta Regolament li jistipula li l-approvazzjoni ta' sustanza attiva msemmija fl-Anness ta' dan ir-Regolament ma tiġġeddidx minħabba li ma jkunux issodisfati l-kriterji tal-approvazzjoni, il-Kummissjoni tistabbilixxi data ta' skadenza fl-istess data prevista qabel dan ir-Regolament jew inkella, jekk din id-data tiġi aktartard, fid-data tad-dħul fis-seħħ tar-Regolament li jistipula li l-approvazzjoni tas-sustanza attiva ma tiġġeddidx. Fir-rigward tal-każijiet meta l-Kummissjoni tadotta Regolament li jistipula t-tiġdid ta' sustanza attiva msemmija fl-Anness ta' dan ir-Regolament, il-Kummissjoni tipprova tistabbilixxi l-aktar data tal-applikazzjoni kmieni possibbli, kif xieraq u skont iċ-ċirkostanzi. |
(7) |
Għaldaqstant, jenħtieġ li r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 jiġi emendat skont dan. |
(8) |
Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 huwa emendat skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-13 ta' Novembru 2017.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 309, 24.11.2009, p. 1.
(2) ĠU L 153, 11.6.2011, p. 1.
(3) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 844/2012 tat-18 ta' Settembru 2012 li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-proċedura ta' tiġdid għas-sustanzi attivi, kif previst fir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (ĠU L 252, 19.9.2012, p. 26).
(4) Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tat-28 ta' Settembru 2016 dwar l-istabbiliment ta' programm ta' ħidma għall-valutazzjoni tal-applikazzjonijiet għat-tiġdid tal-approvazzjonijiet tas-sustanzi attivi li jiskadu fl-2019, fl-2020 u fl-2021 skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU C 357, 29.9.2016, p. 9).
ANNESS
Il-Parti A tal-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 hija emendata kif ġej:
(1) |
fis-sitt kolonna, skadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 301, Penoxsulam, id-data tinbidel bid-data “31 ta' Lulju 2023”; |
(2) |
fis-sitt kolonna, skadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 302, Proquinazid, id-data tinbidel bid-data “31 ta' Lulju 2022”; |
(3) |
fis-sitt kolonna, Skadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 304, Metalassil, id-data tinbidel bid-data “30 ta' Ġunju 2023”; |
(4) |
fis-sitt kolonna, skadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 305, Flonicamid (IKI-220), id-data tinbidel bid-data “31 ta' Awwissu 2023”; |