EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document L:2023:176:FULL

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, L 176, 11 ta' Lulju 2023


Display all documents published in this Official Journal
 

ISSN 1977-074X

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 176

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 66
11 ta' Lulju 2023


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament tal-Kunsill (UE) 2023/1433 tal-10 ta’ Lulju 2023 li jemenda r-Regolament (UE) 2016/44 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja

1

 

*

Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2023/1434 tal-25 ta’ April 2023 li jemenda, għall-finijiet tal-adattament tiegħu għall-progress tekniku u xjentifiku, ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-klassifikazzjoni, l-ittikkettar u l-imballaġġ tas-sustanzi u t-taħlitiet fir-rigward taż-żieda ta’ noti fil-Parti 1, it-Taqsima 1.1.3, tal-Anness VI ( 1 )

3

 

*

Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2023/1435 tat-2 ta’ Mejju 2023 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-klassifikazzjoni, l-ittikkettar u l-imballaġġ tas-sustanzi u t-taħlitiet fir-rigward tal-modifika tal-entrati fil-Parti 3 tal-Anness VI għall-aċidu 2-etileżanojku u l-imlieħ tiegħu, għall-aċidu boriku, għat-triossidu tad-diboron, għall-ettaossidu tad-disodju tat-tetraboron, idrat, għat-tetraborat tad-disodju, anidru, għall-aċidu ortoboriku melħ tas-sodju, għad-dekaidrat tat-tetraborat tad-disodju u għall-pentaidrat tat-tetraborat tad-disodju ( 1 )

6

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/1436 tal-10 ta’ Lulju 2023 li jikkonċerna n-nuqqas ta’ tiġdid tal-approvazzjoni tas-sustanza attiva dimossistrobina, f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li jemenda r-Regolamenti ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 u (UE) 2015/408 ( 1 )

10

 

 

DIRETTIVI

 

*

Direttiva Delegata tal-Kummissjoni (UE) 2023/1437 4 ta’ Mejju 2023 li temenda, għall-finijiet ta’ adattament għall-progress xjentifiku u tekniku, l-Anness IV tad-Direttiva 2011/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ eżenzjoni għall-użu tal-merkurju fit-trasdutturi tal-pressjoni tat-tidwib għal reometri kapillari f’ċerti kundizzjonijiet ( 1 )

14

 

*

Direttiva ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/1438 tal-10 ta’ Lulju 2023 li temenda d-Direttivi 2003/90/KE u 2003/91/KE fir-rigward tal-protokolli għall-eżami ta’ ċerti varjetajiet ta’ speċijiet ta’ pjanti agrikoli u ta’ speċijiet ta’ ħxejjex ( 1 )

17

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2023/1439 tal-10 ta’ Lulju 2023 li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2015/1333 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja

26

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2023/1440 tal-10 ta’ Lulju 2023 dwar miżura ta' assistenza taħt il-Faċilità Ewropea għall-Paċi biex tappoġġa l-Forzi Armati tal-Ghana

28

 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE.

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

REGOLAMENTI

11.7.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 176/1


REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) 2023/1433

tal-10 ta’ Lulju 2023

li jemenda r-Regolament (UE) 2016/44 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 215 tiegħu,

Wara li kkunsidra id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/1333 tal-31 ta’ Lulju 2015 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja, u li tħassar id-Deċiżjoni 2011/137/PESK (1),

Wara li kkunsidra l-proposta konġunta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà u tal-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Fis-26 ta’ Frar 2011, il-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti (“KSNU”) adotta tar-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti (UNSCR) 1970 (2011), u b’hekk impona embargo tal-armi fuq il-Libja.

(2)

Il-KSNU fil-UNSCR 2292 (2016) tiegħu awtorizza lill-Istati li jaġixxu f’livell nazzjonali jew permezz ta’ organizzazzjonijiet reġjonali, biex jispezzjonaw fl-ibħra internazzjonali ’l barra mill-kosta tal-Libja l-bastimenti li huma għandhom xi bażi raġonevoli biex jaħsbu li dawn il-bastimenti qed iġorru armi jew materjal relatat lejn jew mil-Libja, direttament jew indirettament, bi ksur tal-embargo fuq l-armi tan-Nazzjonijiet Uniti fuq il-Libja, u ddeċieda li l-Istati, malli jiskopru waqt dawn l-ispezzjonijiet oġġetti pprojbiti mill-embargo tal-armi fuq il-Libja, għandhom jikkonfiskaw u jeħilsu minn dawn l-oġġetti.

(3)

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2020/472 (2) tipprevedi li l-kompitu ewlieni tal-operazzjoni navali tal-Unjoni EUNAVFOR MED IRINI huwa li tikkontribwixxi għall-implimentazzjoni tal-embargo fuq l-armi tan-Nazzjonijiet Uniti fuq il-Libja.

(4)

Għal dak l-għan, l-Artikolu 2(3) tad-Deċiżjoni (PESK) 2020/472 jipprevedi li, f’konformità mar-Riżoluzzjonijiet rilevanti tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti, bħall-UNSCR 1970 (2011) u UNSCR 2473(2019), u b’mod partikolari l-UNSCR 2292 (2016), kif meħtieġ, l-EUNAVFOR MED IRINI għandha twettaq, fiż-Żona maqbula tal-Operazzjonijiet fl-ibħra internazzjonali ’l barra mill-kosta tal-Libja, spezzjonijiet fuq bastimenti destinati lejn jew mil-Libja fejn ikun hemm bażi raġonevoli biex taħseb li dawn il-bastimenti qed iġorru armi jew materjal relatat lejn jew mil-Libja, direttament jew indirettament, bi ksur tal-embargo tal-armi fuq il-Libja, u li l-EUNAVFOR MED IRINI għandha tieħu l-azzjoni rilevanti biex tikkonfiska u teħles minn tali oġġetti.

(5)

Barra minn hekk, l-Artikolu 2(5) tad-Deċiżjoni (PESK) 2020/472 jipprevedi li, fid-dawl tar-rekwiżiti operazzjonali eċċezzjonali, u fuq stedina minn Stat Membru, l-EUNAVFOR MED IRINI tista’ tiddevja bastimenti lejn il-portijiet ta’ dak l-Istat Membru u teħles mill-armi u mill-materjal relatat li tkun issekwestrat, inkluż billi taħżinhom, teqridhom jew tittrasferihom lejn Stat Membru jew lejn parti terza. Jipprevedi wkoll li l-eliminazzjoni ta’ armi maqbuda u materjal relatat jista’ jseħħ bl-assistenza ta’ Stat Membru, li għandu jimpenja ruħu li jlesti malajr kemm jista’ jkun il-proċeduri meħtieġa li jippermettu l-eliminazzjoni tal-oġġetti maqbuda, fil-qafas tal-liġi u l-proċeduri applikabbli.

(6)

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2023/1439 (3) tintroduċi dispożizzjoni fid-Deċiżjoni (PESK) 2015/1333 fis-sens li tali Stat Membru jkun obbligat jieħu l-miżuri neċessarji biex jiffaċilita l-eliminazzjoni, f’isem l-EUNAVFOR MED IRINI, ta’ armi u materjal relatat issekwestrati mill-EUNAVFOR MED IRINI fl-ibħra internazzjonali f’konformità mal-mandat tagħha.

(7)

Bl-għan li tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi ta’ din id-dispożizzjoni fl-Istati Membri kollha, hija neċessarja azzjoni regolatorja fil-livell tal-Unjoni.

(8)

Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2016/44 (4) idaħħal fis-seħħ id-Deċiżjoni (PESK) 2015/1333. Għaldaqstant, jenħtieġ li r-Regolament (UE) 2016/44 jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-artikolu li ġej jiddaħħal fir-Regolament (UE) Nru 2016/44:

“Artikolu 22a

1.   Stat Membru li jassisti lill-EUNAVFOR MED IRINI f’konformità mal-Artikolu 2(5) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2020/472 (*1) għandu jieħu l-miżuri neċessarji biex f’isem l-EUNAVFOR MED IRINI jiddisponi minn armi jew -materjal relatat, inkluż oġġetti u teknoloġija li huma koperti mil-Lista Militari Komuni tal-Unjoni, li jiġu ttrasportati fl-ibħra internazzjonali bi ksur tal-projbizzjoni msemmija fl-Artikolu 5a(1) tad-Deċiżjoni (PESK) 2015/1333, u li ġew issekwestrati mill-EUNAVFOR MED IRINI fl-ibħra miftuħa skont l-Artikolu 2(3) tad-Deċiżjoni (PESK) 2020/472.

2.   Id-disponiment imsemmi fil-paragrafu 1 jista’ jsir, b’mod partikolari, billi dawn l-oġġetti jinqerdu, jsiru inoperabbli jew billi jkun permess l-użu tagħhom, inkluż minn parti terza, filwaqt li jiġi evitat it-trasferiment sussegwenti tagħhom lejn il-Libja jew lejn kwalunkwe pajjiż terz ieħor li lejh huwa ppprojbit it-trasferiment ta’ armi jew ta’ materjal relatat.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-10 ta’ Lulju 2023.

Għall-Kunsill

Il-President

P. NAVARRO RÍOS


(1)  ĠU L 206, 1. 8. 2015, p. 34.

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2020/472 tal-31 ta’ Marzu 2020 dwar operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea fil-Mediterran (EUNAVFOR MED IRINI) (ĠU L 101, 1.4.2020, p. 4).

(3)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2023/1439 tal-10 ta’ Lulju 2023 li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2015/1333 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja (ara l-paġna 26 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali).

(4)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2016/44 tat-18 ta’ Jannar 2016 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja u u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 204/2011 (ĠU L 12, 19. 1. 2016, p. 1).


11.7.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 176/3


REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2023/1434

tal-25 ta’ April 2023

li jemenda, għall-finijiet tal-adattament tiegħu għall-progress tekniku u xjentifiku, ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-klassifikazzjoni, l-ittikkettar u l-imballaġġ tas-sustanzi u t-taħlitiet fir-rigward taż-żieda ta’ noti fil-Parti 1, it-Taqsima 1.1.3, tal-Anness VI

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar il-klassifikazzjoni, l-ittikkettar u l-imballaġġ tas-sustanzi u t-taħlitiet, li jemenda u jħassar id-Direttivi 67/548/KEE u 1999/45/KE, u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1907/2006 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 53(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Il-Parti 1, it-Taqsima 1.1.3, tal-Anness VI tar-Regolament (KE) Nru 1272/2008 fiha lista ta’ noti li tista’ tiġi assenjata ma’ entrata waħda jew aktar ta’ klassifikazzjoni u ta’ tikkettar armonizzati u li huma relatati mal-identifikazzjoni, mal-klassifikazzjoni u mat-tikkettar tas-sustanzi kif ukoll mal-klassifikazzjoni u mat-tikkettar tat-taħlitiet.

(2)

Fl-opinjoni tiegħu, l-Kumitat għall-Istima tar-Riskji (RAC) tal-11 ta’ Ġunju 2020 dwar l-aċidu 2-etileżanojku u l-imlieħ tiegħu (2), skont l-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi rrakkomanda li tiżdied nota ġdida fil-Parti 1, it-Taqsima 1.1.3.1, tal-Anness VI, tar-Regolament (KE) Nru 1272/2008, biex jiġi ċċarat li l-klassifikazzjoni li tkopri grupp ta’ sustanzi fl-istess entrata hija bbażata biss fuq il-proprjetajiet perikolużi ta’ dik il-parti tas-sustanza li hija komuni għas-sustanzi kollha f’dik l-entrata. Skont l-RAC, għall-partijiet mhux komuni ta’ sustanza, huwa meħtieġ li jiġi vvalutat jekk il-proprjetajiet perikolużi tagħhom jistgħux jiġġustifikaw klassifikazzjoni aktar severa (kategorija ogħla) jew klassifikazzjoni usa’ (inklużi differenzazzjoni addizzjonali, organi fil-mira u/jew dikjarazzjonijiet ta’ periklu) għall-istess klassi ta’ periklu. Għalhekk jenħtieġ li tiżdied nota X ġdida mal-Parti 1, it-Taqsima 1.1.3.1, tal-Anness VI, tar-Regolament (KE) Nru 1272/2008. Peress li din in-nota tista’ tiġi attribwita lil sustanzi oħra li għandhom l-istess proprjetajiet fil-futur, jenħtieġ li hija tiġi fformulata b’tali mod li ma tkunx limitata għal dik l-entrata speċifika.

(3)

L-opinjoni tal-RAC tal-20 ta’ Settembru 2019 dwar l-aċidu boriku, it-triossidu tad-diboron, l-ettaossidu tad-disodju tat-tetraboron idrat, it-tetraborat tad-disodju anidru, l-aċidu ortoboriku melħ tas-sodju, id-dekaidrat tat-tetraborat tad-disodju, il-pentaidrat tat-tetraborat tad-disodju (3) kif ukoll l-opinjoni tal-RAC tal-11 ta’ Ġunju 2020 dwar l-aċidu 2-etileżanojku u l-imlieħ tiegħu, iddeskrivew evidenza xjentifika li t-tossiċità riproduttiva ta’ kull wieħed minn dawn il-gruppi ta’ sustanzi hija dovuta għal entità molekulari komuni għall-membri kollha tal-grupp rispettiv. Meta kienu qed jikkunsidraw proposti għall-klassifikazzjoni armonizzata ta’ ċerti komposti tal-boron u tal-aċidu 2-etileżanojku u l-imlieħ tiegħu, l-esperti tal-Istati Membri kkonsultati fil-grupp ta’ esperti CARACAL (Awtoritajiet Kompetenti għar-Reġistrazzjoni, il-Valutazzjoni, l-Awtorizzazzjoni u r-Restrizzjoni ta’ Sustanzi Kimiċi (REACH) u l-Klassifikazzjoni, l-Ittikkettar u l-Imballaġġ (CLP)) talbu li jiżdiedu noti ġodda fil-Parti 1, it-Taqsima 1.1.3.2, tal-Anness VI, tar-Regolament (KE) Nru 1272/2008. Skont id-diskussjoni fil-grupp ta’ esperti CARACAL, dawn in-noti huma meħtieġa biex jippermettu identifikazzjoni aktar preċiża tal-periklu tat-taħlitiet, li fihom diversi sustanzi li jappartjenu għall-istess “entrata fi grupp”. Jenħtieġ li l-prinċipju ta’ addittività japplika għal sustanzi li l-periklu tagħhom huwa minħabba l-preżenza jew il-formazzjoni ta’ entità molekulari komuni. B’konsegwenza ta’ dan, huwa meħtieġ li jitqies il-kontribut ta’ dawn is-sustanzi għall-karatteristika perikoluża ġenerali tat-taħlita fi proporzjon mal-konċentrazzjoni tagħhom, billi jitqabbel il-limitu ta’ konċentrazzjoni ġeneriku jew speċifiku applikabbli mas-somma tal-konċentrazzjonijiet tas-sustanzi preżenti. Għalhekk, jenħtieġ li, jiżdiedu żewġ noti ġodda, in-noti 11 u 12, fil-Parti 1, it-Taqsima 1.1.3.2, tal-Anness VI tar-Regolament (KE) Nru 1272/2008. Billi n-nota 11 jenħtieġ li tiġi assenjata lill-aċidu boriku u l-imlieħ tiegħu, u lil komposti boriċi oħra li jirrilaxxaw l-aċidu boriku/borat, fid-dawl tal-ispeċifiċità tal-entrati kkonċernati, jenħtieġ li din tiġi fformulata b’tali mod li tkun speċifika għal dawk l-entrati. Peress li n-nota 12 x’aktarx li fil-futur tiġi assenjata lil sustanzi oħra għajr l-aċidu 2-etileżanojku u l-imlieħ tiegħu, jenħtieġ li din tiġi fformulata b’tali mod li ma tkunx limitata għal dik l-entrata speċifika.

(4)

Għalhekk, jenħtieġ li r-Regolament (KE) Nru 1272/2008 jiġi emendat skont dan,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Emendi għar-Regolament (KE) Nru 1272/2008

L-Anness VI tar-Regolament (KE) Nru 1272/2008 huwa emendat kif stabbilit fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-25 ta’ April 2023.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)  ĠU L 353, 31.12.2008, p. 1.

(2)  https://echa.europa.eu/documents/10162/8740de5b-368d-55a7-7955-094ef602d760

(3)  https://echa.europa.eu/documents/10162/584263da-199c-f86f-9b73-422a4f22f1c3


ANNESS

Il-Parti 1 tal-Anness VI tar-Regolament (KE) Nru 1272/2008 hija emendata kif ġej:

(1)

fit-Taqsima 1.1.3.1, tiżdied in-nota X li ġejja:

“Nota X:

Il-klassifikazzjoni għall-klassi(jiet) ta’ periklu f’din l-entrata hija bbażata biss fuq il-proprjetajiet perikolużi tal-parti tas-sustanza li hija komuni għas-sustanzi kollha fl-entrata. Il-proprjetajiet perikolużi ta’ kwalunkwe sustanza fl-entrata jiddependu wkoll fuq il-proprjetajiet tal-parti tas-sustanza li mhijiex komuni għas-sustanzi kollha fil-grupp. Din tal-aħħar trid tiġi evalwata biex jiġi vvalutat jekk klassifikazzjoni(jiet) aktar severa (jiġifieri kategorija ogħla) jew kamp ta’ applikazzjoni usa’ tal-istess klassifikazzjoni (differenzjazzjoni addizzjonali, organi fil-mira u/jew dikjarazzjonijiet ta’ periklu) jistgħux japplikaw għall-klassi(jiet) ta’ periklu fl-entrata.”;

(2)

fit-Taqsima 1.1.3.2, jiżdiedu n-noti 11 u 12 li ġejjin:

“Nota 11:

Il-klassifikazzjoni tat-taħlitiet bħala tossikant għar-riproduzzjoni hija meħtieġa jekk is-somma tal-konċentrazzjonijiet tal-komposti tal-boron individwali li huma kklassifikati bħala tossikant għar-riproduzzjoni fit-taħlita kif imqiegħda fis-suq tkun ≥ 0,3 %.

Nota 12:

Il-klassifikazzjoni ta’ taħlitiet bħala tossikant għar-riproduzzjoni hija meħtieġa jekk is-somma tal-konċentrazzjonijiet ta’ sustanzi individwali koperti minn din l-entrata fit-taħlita kif imqiegħda fis-suq tkun daqs, jew ogħla mil-limitu ġeneriku ta’ konċentrazzjoni applikabbli għall-kategorija assenjata, jew limitu ta’ konċentrazzjoni speċifiku mogħti f’din l-entrata.”.


11.7.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 176/6


REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2023/1435

tat-2 ta’ Mejju 2023

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-klassifikazzjoni, l-ittikkettar u l-imballaġġ tas-sustanzi u t-taħlitiet fir-rigward tal-modifika tal-entrati fil-Parti 3 tal-Anness VI għall-aċidu 2-etileżanojku u l-imlieħ tiegħu, għall-aċidu boriku, għat-triossidu tad-diboron, għall-ettaossidu tad-disodju tat-tetraboron, idrat, għat-tetraborat tad-disodju, anidru, għall-aċidu ortoboriku melħ tas-sodju, għad-dekaidrat tat-tetraborat tad-disodju u għall-pentaidrat tat-tetraborat tad-disodju

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar il-klassifikazzjoni, l-ittikkettar u l-imballaġġ tas-sustanzi u t-taħlitiet, li jemenda u jħassar id-Direttivi 67/548/KEE u 1999/45/KE, u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1907/2006 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 37(5) tiegħu,

Billi:

(1)

Il-Parti 3, it-Tabella 3, tal-Anness VI tar-Regolament (KE) Nru 1272/2008 fiha lista tal-klassifikazzjoni u tal-ittikkettar armonizzati tas-sustanzi perikolużi abbażi tal-kriterji stabbiliti fil-Partijiet 2 sa 5 tal-Anness I ta’ dak ir-Regolament.

(2)

Tressqu proposti għall-introduzzjoni tal-klassifikazzjoni u tal-ittikkettar armonizzati ta’ ċerti sustanzi u għall-aġġornament jew għat-tħassir tal-klassifikazzjoni u tal-ittikkettar armonizzati ta’ ċerti sustanzi oħra lill-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (“l-Aġenzija”), skont l-Artikolu 37 tar-Regolament (KE) Nru 1272/2008. Il-Kumitat għall-Istima tar-Riskji (l-“RAC”) tal-Aġenzija adotta opinjonijiet dwar dawk il-proposti, wara li kkunsidra l-kummenti li waslu mingħand il-partijiet ikkonċernati.

(3)

L-opinjoni tal-RAC tal-20 ta’ Settembru 2019 dwar l-aċidu boriku, it-triossidu tad-diboron, l-ettaossidu tad-disodju tat-tetraboron, idrat, it-tetraborat tad-disodju, anidru, l-aċidu ortoboriku melħ tas-sodju, id-dekaidrat tat-tetraborat tad-disodju u l-pentaidrat tat-tetraborat tad-disodju (2), kif ukoll l-opinjoni tal-RAC tal-11 ta’ Ġunju 2020 dwar l-aċidu 2-etileżanojku u l-imlieħ tiegħu (3), iddeskrivew evidenza xjentifika li tindika li t-tossiċità riproduttiva ta’ kull wieħed minn dawk il-gruppi ta’ sustanzi hija dovuta għal entità molekulari komuni għall-membri kollha ta’ grupp ta’ sustanzi. Għalhekk, l-esperti tal-Istati Membri kkonsultati fil-grupp ta’ esperti tal-Kummissjoni CARACAL (Awtoritajiet Kompetenti għar-Reġistrazzjoni, għall-Valutazzjoni, għall-Awtorizzazzjoni u għar-Restrizzjoni tas-Sustanzi Kimiċi (REACH) u għall-Klassifikazzjoni, għall-Ittikkettar u għall-Imballaġġ (CLP)) talbu ż-żieda ta’ noti mal-entrati relatati mal-gruppi ta’ sustanzi msemmija f’dawk l-opinjonijiet tal-RAC tal-2019 u tal-2020, sabiex tiġi indirizzata s-sitwazzjoni li fiha bosta sustanzi li jappartjenu għal wieħed minn dawk il-gruppi jkunu preżenti flimkien f’taħlita u biex jiġi previst li l-limitu ta’ konċentrazzjoni applikabbli għall-klassifikazzjoni tat-taħlita għandu jitqabbel mas-somma tal-konċentrazzjonijiet ta’ dawk is-sustanzi. Dawk in-noti żdiedu mal-Parti 1, it-taqsima 1.1.3.2, tal-Anness VI tar-Regolament (KE) Nru 1272/2008 permezz tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2023/1434. Tal-25 ta’ April 2023 li jemenda, għall-finijiet tal-adattament tiegħu għall-progress tekniku u xjentifiku, ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-klassifikazzjoni, l-ittikkettar u l-imballaġġ tas-sustanzi u t-taħlitiet fir-rigward taż-żieda tan-noti mal-Parti 1, it-Taqsima 1.1.3, tal-Anness VI (4) bħala n-nota 11 u n-nota 12. Għalhekk jixraq li tiżdied referenza għan-nota 11 mal-entrati għall-aċidu boriku, għat-triossidu tad-diboron, għall-ettaossidu tad-disodju tat-tetraboron, idrat, għat-tetraborat tad-disodju, anidru, għall-aċidu ortoboriku melħ tas-sodju, għad-dekaidrat tat-tetraborat tad-disodju u għall-pentaidrat tat-tetraborat tad-disodju u referenza għan-nota 12 mal-entrata għall-aċidu 2-etileżanojku u l-imlieħ tiegħu.

(4)

Fl-opinjoni tiegħu tal-11 ta’ Ġunju 2020 dwar l-aċidu 2-etileżanojku u l-imlieħ tiegħu, l-RAC irrakkomanda li tiżdied nota ma’ din l-entrata, bil-għan li titqies il-possibbiltà li, għalkemm l-entrata għal dan il-grupp ta’ sustanzi hija bbażata fuq il-proprjetajiet tossiċi ta’ parti komuni ta’ dawk is-sustanzi, parti oħra tas-sustanzi li hija speċifika għas-sustanzi tista’ tiġġustifika klassifikazzjoni f’kategorija ogħla jew klassifikazzjoni b’ambitu usa’, pereż. billi jiġu inklużi differenzazzjoni addizzjonali, organi fil-mira u/jew dikjarazzjonijiet ta’ periklu, għal ċerti sustanzi fl-entrata. Tali nota żdiedet mal-Parti 1, it-taqsima 1.1.3.1, tal-Anness VI tar-Regolament (KE) Nru 1272/2008 permezz tar-Regolament Delegat (UE) 2023/1434. bħala n-nota X. Għalhekk jixraq li tiżdied referenza għan-nota X mal-entrata dwar l-aċidu 2-etileżanojku u l-imlieħ tiegħu.

(5)

L-esperti tal-Istati Membri kkonsultati fil-grupp ta’ esperti CARACAL issuġġerew li n-nota A attwali għandha tkun applikabbli għall-aċidu 2-etileżanojku u l-imlieħ tiegħu. In-nota A tippreskrivi li għal sustanzi koperti minn entrata b’deskrizzjoni ġenerali, bħal pereżempju “komposti…” jew “imlieħ…”, il-fornitur huwa meħtieġ li jiddikjara l-isem korrett fuq it-tikketta. Peress li l-entrata għall-aċidu 2-etileżanojku u l-imlieħ tiegħu fiha deskrizzjoni ġenerali bħal din, jenħtieġ li tiżdied referenza għan-nota A mal-entrata.

(6)

Peress li r-Regolament Delegat (UE) 2023/1434 ġie adottat fil-25 ta’ April 2023, in-noti inklużi f’dak ir-Regolament ma setgħux jiddaħħlu fit-Tabella 3 tal-Anness VI fiż-żmien tal-adozzjoni tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2021/849 (5) u r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2022/692 (6) li żiedu l-entrati rispettivi fit-Tabella 3 tal-Anness VI tar-Regolament (KE) Nru 1272/2008. Għalhekk jeħtieġ li jiġu aġġornati l-entrati li jikkonċernaw l-aċidu boriku; it-triossidu tad-diboron; l-ettaossidu tad-disodju tat-tetraboron, idrat; it-tetraborat tad-disodju, anidru; l-aċidu ortoboriku melħ tas-sodju; id-dekaidrat tat-tetraborat tad-disodju; il-pentaidrat tat-tetraborat tad-disodju, billi tiżdied referenza għan-nota 11 ma’ kull wieħed minnhom. Jeħtieġ ukoll li tiġi aġġornata l-entrata dwar l-aċidu 2-etileżanojku u l-imlieħ tiegħu billi tiżdied referenza għan-nota 12 u għan-nota X f’dik l-entrata.

(7)

Għalhekk, jenħtieġ li r-Regolament (KE) Nru 1272/2008 jiġi emendat skont dan.

(8)

Jenħtieġ li l-konformità mal-klassifikazzjonijiet armonizzati riveduti ma tkunx meħtieġa minnufih, għaliex il-fornituri għandhom bżonn ftit żmien biex jadattaw l-ittikkettar u l-imballaġġ tas-sustanzi u tat-taħlitiet għall-klassifikazzjonijiet armonizzati riveduti u sabiex ibigħu l-ħażniet eżistenti ta’ sustanzi u taħlitiet. Dan il-perjodu ta’ żmien jippermetti wkoll lill-fornituri jieħdu l-azzjonijiet meħtieġa biex jiżguraw il-konformità ma’ rekwiżiti oħra stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 1272/2008, kif emendat b’dan ir-Regolament. Madankollu, jenħtieġ li l-fornituri jkollhom il-possibbiltà li japplikaw il-klassifikazzjonijiet armonizzati riveduti, u li jadattaw l-ittikkettar u l-imballaġġ skont dan, fuq bażi volontarja mid-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, sabiex jiġi żgurat livell għoli ta’ protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem u tal-ambjent u biex tingħata biżżejjed flessibbiltà lill-fornituri,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Emendi għar-Regolament (KE) Nru 1272/2008

L-Anness VI tar-Regolament (KE) Nru 1272/2008 huwa emendat kif stabbilit fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dħul fis-seħħ u applikazzjoni

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

L-Artikolu 1 għandu japplika mill-1 ta’ Frar 2025.

Il-fornituri jistgħu jikklassifikaw, jittikkettaw u jippakkjaw is-sustanzi u t-taħlitiet elenkati fl-Anness ta’ dan ir-Regolament f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 1272/2008, kif emendat b’dan ir-Regolament, mill-31 ta’ Lulju 2023.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-2 ta’ Mejju 2023.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)  ĠU L 353, 31.12.2008, p. 1.

(2)  https://echa.europa.eu/documents/10162/584263da-199c-f86f-9b73-422a4f22f1c3

(3)  https://echa.europa.eu/documents/10162/8740de5b-368d-55a7-7955-094ef602d760

(4)  Ara paġna 3 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali.

(5)  ĠU L 188, 28.5.2021, p. 27.

(6)  ĠU L 129, 3.5.2022, p. 1.


ANNESS

Fil-Parti 3, it-Tabella 3, tal-Anness VI, l-entrati li jikkorrispondu għan-numri tal-indiċi 005-007-00-2, 005-008-00-8, 005-011-00-4 u 607-230-00-6 huma sostitwiti bl-entrati li ġejjin rispettivament:

Nru tal-Indiċi

Isem Kimiku

Nru KE

Nru CAS

Klassifikazzjoni

Tikkettar

Limiti ta’ Konċ. Speċifiċi, Fatturi-M u ATEs

Noti

Klassi tal-Periklu u Kodiċi tal-Kategorija

Kodiċi tad-Dikj. tal-Periklu

Pittogramma, Kodiċi tal-Kliem Sinjal

Kodiċi tad-Dikj. tal-Periklu

Kodiċi Suppl. tad-Dikj. tal-Periklu

“005-007-00-2

aċidu boriku; [1]

aċidu boriku [2]

233-139-2 [1]

234-343-4 [2]

10043-35-3 [1]

11113-50-1 [2]

Ripr. 1B

H360FD

GHS08

Dgr

H360FD

 

 

11 ”

“005-008-00-8

triossidu tad-diboron

215-125-8

1303-86-2

Ripr. 1B

H360FD

GHS08

Dgr

H360FD

 

 

11 ”

“005-011-00-4

ettaossidu tad-disodju tat-tetraboron, idrat; [1]

tetraborat tad-disodju, anidru; [2]

aċidu ortoboriku, melħ tas-sodju; [3]

dekaidrat tat-tetraborat tad-disodju; [4]

pentaidrat tat-tetraborat tad-disodju [5]

235-541-3 [1]

215-540-4 [2]

237-560-2 [3]

215-540-4 [4]

215-540-4 [5]

12267-73-1 [1]

1330-43-4 [2]

13840-56-7 [3]

1303-96-4 [4]

12179-04-3 [5]

Ripr. 1B

H360FD

GHS08

Dgr

H360FD

 

 

11 ”

“607-230-00-6

aċidu 2-etileżanojku u l-imlieħ tiegħu, bl-eċċezzjoni ta’ dawk speċifikati banda oħra f’dan l-Anness

-

-

Ripr. 1B

H360D

GHS08

Dgr

H360D

 

 

A, X, 12 ”


11.7.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 176/10


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2023/1436

tal-10 ta’ Lulju 2023

li jikkonċerna n-nuqqas ta’ tiġdid tal-approvazzjoni tas-sustanza attiva dimossistrobina, f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li jemenda r-Regolamenti ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 u (UE) 2015/408

(Test b’ rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 79/117/KEE u 91/414/KEE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 20(1) u l-Artikolu 78(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/75/KE (2) inkludiet id-dimossistrobina bħala sustanza attiva fl-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE (3).

(2)

Skont l-Artikolu 78(3) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, is-sustanzi attivi inklużi fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE jitqiesu li ġew approvati skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 u huma elenkati fil-Parti A tal-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 (4).

(3)

Kif stipulat fil-Parti A tal-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011, l-approvazzjoni tas-sustanza attiva dimossistrobina tiskadi fil-31 ta’ Jannar 2024.

(4)

F’konformità mal-Artikolu 1 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 844/2012 (5) u fil-perjodu ta’ żmien previst f’dak l-Artikolu, ġiet sottomessa applikazzjoni għat-tiġdid tal-approvazzjoni tas-sustanza attiva dimossistrobina lill-Ungerija, l-Istat Membru relatur, u lill-Irlanda, l-Istat Membru korelatur.

(5)

L-applikant issottometta l-fajls supplimentari meħtieġa skont l-Artikolu 6 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 844/2012, lill-Istat Membru relatur, lill-Istat Membru korelatur, lill-Kummissjoni u lill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”). L-Istat Membru relatur sab li l-applikazzjoni kienet kompluta.

(6)

L-Istat Membru relatur ħejja abbozz tar-rapport ta’ valutazzjoni tat-tiġdid b’konsultazzjoni mal-Istat Membru korelatur, u bagħtu lill-Awtorità u lill-Kummissjoni fl-1 ta’ Settembru 2017. Fl-abbozz tar-rapport ta’ valutazzjoni tat-tiġdid, l-Istat Membru relatur ippropona li tiġġedded l-approvazzjoni tas-sustanza attiva dimossistrobina.

(7)

L-Awtorità ppubblikat il-fajl sommarju supplimentari. Barra minn hekk, l-Awtorità ċċirkolat ukoll l-abbozz tar-rapport ta’ valutazzjoni tat-tiġdid lill-applikant u lill-Istati Membri biex jagħtu l-kummenti tagħhom u nediet konsultazzjoni pubblika dwaru. L-Awtorità għaddiet il-kummenti li rċeviet lill-Kummissjoni.

(8)

L-Awtorità wettqet konsultazzjonijiet esperti fl-oqsma tat-tossikoloġija tal-mammiferi, id-destin u l-imġiba ambjentali, u l-ekotossikoloġija f’Jannar u Ġunju 2022. B’riżultat ta’ dawk il-konsultazzjonijiet, l-Awtorità identifikat tħassib, b’mod partikolari fir-rigward tal-kontaminazzjoni tal-ilma ta’ taħt l-art mill-metaboliti tossikoloġikament rilevanti tad-dimossistrobina.

(9)

Fit-12 ta’ Awwissu 2022, fid-dawl tat-tħassib dwar il-kontaminazzjoni tal-ilma ta’ taħt l-art identifikat mill-Awtorità, il-Kummissjoni talbet lill-Awtorità toħroġ stqarrija li jkun fiha sommarju tas-sejbiet ewlenin tagħha fir-rigward tal-valutazzjoni tas-sustanza attiva dimossistrobina fir-rigward tad-destin ambjentali tagħha, l-imġiba tagħha u l-ekotossikoloġija tagħha.

(10)

Fl-11 ta’ Ottubru 2022, l-Awtorità kkomunikat dik id-dikjarazzjoni lill-Kummissjoni (6).

(11)

Fid-dikjarazzjoni tagħha, l-Awtorità kkonfermat li jeżisti qasam kritiku ta’ tħassib għall-użi rappreżentattivi kollha tas-sustanza attiva, b’mod partikolari potenzjal għoli ta’ kontaminazzjoni tal-ilma ta’ taħt l-art minn metaboliti tossikoloġikament rilevanti tad-dimossistrobina (505M08 u 505M09) fil-kundizzjonijiet ġeoklimatiċi kollha rrappreżentati mix-xenarji ta’ valutazzjoni tal-ilma ta’ taħt l-art.

(12)

Fit-8 ta’ Diċembru 2022 u fil-25 ta’ Jannar 2023 rispettivament, il-Kummissjoni ppreżentat l-abbozz tar-rapport tat-tiġdid tagħha dwar id-dimossistrobina u abbozz ta’ dan ir-Regolament lill-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf.

(13)

Il-Kummissjoni stiednet lill-applikant jissottometti l-kummenti tiegħu dwar id-dikjarazzjoni tal-Awtorità. Barra minn hekk, f’konformità mal-Artikolu 14(1), it-tielet subparagrafu, tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 844/2012, il-Kummissjoni stiednet lill-applikant biex jissottometti l-kummenti tiegħu dwar l-abbozz tar-rapport tat-tiġdid. L-applikant ressaq il-kummenti tiegħu, u dawn ġew eżaminati bir-reqqa.

(14)

Minkejja l-argumenti mressqa mill-applikant, it-tħassib marbut mad-destin ambjentali, l-imġiba u l-ekotossikoloġija tad-dimossistrobina ma setax jiġi eliminat.

(15)

Konsegwentement, ma ġiex stabbilit li d-dimossistrobina tissodisfa l-kriterji għall-approvazzjoni previsti fl-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009. Għalhekk, jixraq li l-approvazzjoni ta’ dik is-sustanza attiva ma tiġġeddidx.

(16)

Għaldaqstant, jenħtieġ li r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 jiġi emendat skont dan.

(17)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/408 (7) elenka d-dimossistrobina bħala kandidat għas-sostituzzjoni. Fid-dawl tan-nuqqas ta’ tiġdid tal-approvazzjoni tad-dimossistrobina, dak l-elenkar ma għadux rilevanti. Għaldaqstant, jenħtieġ li d-dimossistrobina titħassar mill-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/408.

(18)

L-Istati Membri jenħtieġ li jingħataw iż-żmien biex jirtiraw l-awtorizzazzjonijiet tal-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom id-dimossistrobina.

(19)

Fir-rigward tal-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom id-dimossistrobina, meta l-Istati Membru jagħtu perjodu ta’ grazzja f’konformità mal-Artikolu 46 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, dak il-perjodu jenħtieġ li ma jaqbiżx it-12-il xahar mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

(20)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/115 (8) jestendi l-perjodu tal-approvazzjoni tad-dimossistrobina sal-31 ta’ Jannar 2024 biex il-proċess tat-tiġdid ikun jista’ jitlesta qabel jiskadi l-perjodu tal-approvazzjoni. Madankollu, peress li ttieħdet deċiżjoni dwar in-nuqqas ta’ tiġdid tal-approvazzjoni qabel dik id-data ta’ skadenza estiża, jenħtieġ li dan ir-Regolament japplika qabel dik id-data.

(21)

Ir-Regolament ma jipprevjenix is-sottomissjoni ta’ applikazzjoni oħra għall-approvazzjoni tad-dimossistrobina skont l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009.

(22)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Nuqqas ta’ tiġdid tal-approvazzjoni tas-sustanza attiva

L-approvazzjoni tas-sustanza attiva dimossistrobina mhix imġedda.

Artikolu 2

Emenda lir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011

Fil-Parti A tal-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011, titħassar ir-ringiela 128 dwar id-dimossistrobina.

Artikolu 3

Emenda lir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/408

L-entrata għad-dimossistrobina fl-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/408 titħassar.

Artikolu 4

Miżuri tranżizzjonali

L-Istati Membri għandhom jirtiraw l-awtorizzazzjonijiet għall-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom id-dimossistrobina bħala sustanza attiva sal-31 ta’ Jannar 2024.

Artikolu 5

Perjodu ta’ grazzja

Kull perjodu ta’ grazzja mogħti mill-Istati Membri f’konformità mal-Artikolu 46 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 għandu jiskadi sal-31 ta’ Lulju 2024.

Artikolu 6

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-10 ta’ Lulju 2023.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)  ĠU L 309, 24.11.2009, p. 1.

(2)  Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/75/KE tal-11 ta’ Settembru 2006 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE sabiex tinkludi d-dimoxystrobinu bħala sustanza attiva (ĠU L 248, 12.9.2006, p. 3).

(3)  Id-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE tal-15 ta’ Lulju 1991 li tikkonċerna t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (ĠU L 230, 19.8.1991, p. 1).

(4)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 tal-25 ta’ Mejju 2011 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f’dak li għandu x’jaqsam mal-lista ta’ sustanzi attivi approvati (ĠU L 153, 11.6.2011, p. 1).

(5)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 844/2012 tat-18 ta’ Settembru 2012 li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-proċedura ta’ tiġdid għas-sustanzi attivi, kif previst fir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (ĠU L 252, 19.9.2012, p. 26). Dan ir-Regolament ġie sostitwit bir-Regolament (UE) 2020/1740, iżda għadu japplika għall-proċedura għat-tiġdid tal-approvazzjoni tas-sustanzi attivi: (1) li l-perjodu tal-approvazzjoni tagħhom jintemm qabel is-27 ta’ Marzu 2024; (2) li fil-każ tagħhom, Regolament adottat f’konformità mal-Artikolu 17 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 fis-27 ta’ Marzu 2021 jew wara din id-data, jestendi l-perjodu tal-approvazzjoni sas-27 ta’ Marzu 2024 jew sa data iktar tard.

(6)  EFSA (European Food Safety Authority), 2022. Statement concerning the assessment of environmental fate and behaviour and ecotoxicology in the context of the pesticides peer review of the active substance dimoxystrobin. EFSA Journal 2022; 20(11): e07634 https://doi.org/10.2903/j.efsa.2022.7634.

(7)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/408 tal-11 ta’ Marzu 2015 dwar l-implimentazzjoni tal-Artikolu 80(7) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jistabbilixxi lista ta’ kandidati għas-sostituzzjoni (ĠU L 67, 12.3.2015, p. 18).

(8)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/115 tas-16 ta’ Jannar 2023 li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 fir-rigward tal-estensjoni tal-perjodu ta’ approvazzjoni tas-sustanza attiva dimossistrobin (ĠU L 15, 17.1.2023, p. 13).


DIRETTIVI

11.7.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 176/14


DIRETTIVA DELEGATA TAL-KUMMISSJONI (UE) 2023/1437

4 ta’ Mejju 2023

li temenda, għall-finijiet ta’ adattament għall-progress xjentifiku u tekniku, l-Anness IV tad-Direttiva 2011/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ eżenzjoni għall-użu tal-merkurju fit-trasdutturi tal-pressjoni tat-tidwib għal reometri kapillari f’ċerti kundizzjonijiet

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2011/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2011 dwar ir-restrizzjoni tal-użu ta’ ċerti sustanzi perikolużi fit-tagħmir elettriku u elettroniku (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 5(1)(a) tagħha,

Billi:

(1)

Id-Direttiva 2011/65/UE tirrikjedi li l-Istati Membri jiżguraw li t-tagħmir elettriku u elettroniku mqiegħed fis-suq ma jkunx fih is-sustanzi perikolużi elenkati fl-Anness II ta’ dik id-Direttiva. Dik ir-restrizzjoni ma tapplikax għal ċerti applikazzjonijiet eżentati li huma elenkati fl-Anness IV ta’ dik id-Direttiva.

(2)

Il-kategoriji tat-tagħmir elettriku u elettroniku li għalihom tapplika d-Direttiva 2011/65/UE huma elenkati fl-Anness I ta’ dik id-Direttiva.

(3)

Il-merkurju hu sustanza ristretta elenkata fl-Anness II tad-Direttiva 2011/65/UE.

(4)

Fis-26 ta’ April 2021, il-Kummissjoni rċeviet applikazzjoni magħmula f’konformità mal-Artikolu 5(3) tad-Direttiva 2011/65/UE biex tiġi elenkata eżenzjoni fl-Anness IV ta’ dik id-Direttiva, għall-użu tal-merkurju fit-trasdutturi tal-pressjoni tat-tidwib għal reometri kapillari f’temperaturi ogħla minn 300 °C u pressjonijiet ogħla minn 1 000 bar (“l-eżenzjoni mitluba”).

(5)

It-trasduttur tal-pressjoni użat, inkorporat f’reometri kapillari, huwa magħmul minn komponenti elettriċi u huwa apparat tal-kejl elettriku fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2011/65/UE. Ir-reometri kapillari deskritti fl-eżenzjoni mitluba jaqgħu taħt il-kategorija 9 “strumenti ta’ monitoraġġ u kontroll” tal-Anness I tad-Direttiva 2011/65/UE.

(6)

L-evalwazzjoni tal-applikazzjoni għal eżenzjoni, li kienet tinkludi studju ta’ valutazzjoni teknika u xjentifika (2), ikkonkludiet li s-sostituzzjoni tal-merkurju fi trasdutturi tal-pressjoni tat-tidwib għal reometri kapillari f’temperaturi ogħla minn 300 °C u pressjonijiet ogħla minn 1 000 bar bħalissa mhijiex prattikabbli mil-lat xjentifiku jew tekniku. L-evalwazzjoni kienet tinkludi konsultazzjonijiet mal-partijiet ikkonċernati kif meħtieġ mill-Artikolu 5(7) tad-Direttiva 2011/65/UE.

(7)

Waħda mill-kundizzjonijiet rilevanti speċifikati fl-Artikolu 5(1), il-punt (a) tad-Direttiva 2011/65/UE hija ssodisfata, jiġifieri dik li l-eliminazzjoni u s-sostituzzjoni mhumiex prattikabbli mil-lat xjentifiku jew tekniku.

(8)

Għalhekk, jixraq li tingħata l-eżenzjoni mitluba billi jiddaħħlu l-applikazzjonijiet koperti minnha fl-Anness IV tad-Direttiva 2011/65/UE b’rabta mat-tagħmir elettriku u elettroniku tal-kategorija 9.

(9)

Sabiex tinżamm il-konformità mar-restrizzjonijiet futuri fuq il-prodotti miżjudin bil-merkurju skont ir-Regolament (UE) 2017/852 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3), jeħtieġ li l-perjodu tal-validità tal-eżenzjoni jiġi limitat sal-31 ta’ Diċembru 2025. Il-perjodu huwa stabbilit f’konformità mal-Artikolu 5(2), l-ewwel subparagrafu, tad-Direttiva 2011/65/UE.

(10)

Għaldaqstant, jenħtieġ li d-Direttiva 2011/65/UE tiġi emendata skont dan,

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

L-Anness IV tad-Direttiva 2011/65/UE huwa emendat kif stabbilit fl-Anness ta’ din id-Direttiva.

Artikolu 2

1.   L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw, sa mhux iktar tard minn tal-31 ta' Jannar 2024, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva. Għandhom jikkomunikaw minnufih it-test ta’ dawk id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni.

Dawn għandhom japplikaw dawk id-dispożizzjonijiet minn tal-21 ta' Jannar 2024.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, dawn għandhom jinkludu referenza għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati minn dik ir-referenza meta ssir il-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Huma l-Istati Membri li għandhom jiddeterminaw kif trid issir dik ir-referenza.

2.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet prinċipali tad-dritt nazzjonali li jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.

Artikolu 3

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 4

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, 4 ta’ Mejju 2023

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)  ĠU L 174, 1.7.2011, p. 88.

(2)  Studju biex jiġu vvalutati t-talbiet għal żewġ (-2-) eżenzjonijiet, għall-użu tal-merkurju fit-trasdutturi tal-pressjoni u tad-DEHP f’materjal bażi tal-PVC, fl-Anness IV tad-Direttiva 2011/65/UE (Pakkett 25)

(3)  Regolament (UE) 2017/852 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Mejju 2017 dwar il- merkurju, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1102/2008 (ĠU L 137, 24.5.2017, p. 1)


ANNESS

Fl-Anness IV tad-Direttiva 2011/65/UE, jiżdied il-punt 49 li ġej:

“49

L-użu tal-merkurju fit-trasdutturi tal-pressjoni tat-tidwib għal reometri kapillari f’temperaturi ogħla minn 300 °C u pressjonijiet ogħla minn 1 000 bar

Tapplika għall-kategorija 9 u tiskadi fil-31 ta’ Diċembru 2025.”


11.7.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 176/17


DIRETTIVA TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2023/1438

tal-10 ta’ Lulju 2023

li temenda d-Direttivi 2003/90/KE u 2003/91/KE fir-rigward tal-protokolli għall-eżami ta’ ċerti varjetajiet ta’ speċijiet ta’ pjanti agrikoli u ta’ speċijiet ta’ ħxejjex

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2002/53/KE tat-13 ta’ Ġunju 2002 dwar il-varjetajiet komuni ta’ katalgi ta’ speċi ta’ pjanti agrikoli (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 7(2), il-punti (a) u (b) tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2002/55/KE tat-13 ta’ Ġunju 2002 dwar il-marketing ta’ żrieragħ tal-ħxejjex (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 7(2), il-punti (a) u (b) tagħha,

Billi:

(1)

Id-Direttivi tal-Kummissjoni 2003/90/KE (3) u 2003/91/KE (4) għandhom l-għan li jiżguraw li l-varjetajiet ta’ speċijiet ta’ pjanti agrikoli u ta’ speċijiet ta’ ħxejjex li l-Istati Membri jinkludu fil-katalgi nazzjonali tagħhom jikkonformaw mal-protokolli stabbiliti mill-Uffiċċju Komunitarju tal-Varjetajiet tal-Pjanti (“CPVO”). B’mod partikolari, dawk id-Direttivi għandhom l-għan li jiżguraw konformità mar-regoli li jikkonċernaw il-karatteristiċi li għandhom jiġu koperti bħala minimu mill-eżami u l-kundizzjonijiet minimi għall-eżami ta’ ċerti varjetajiet ta’ speċijiet ta’ pjanti agrikoli u ta’ ħxejjex. Għall-ispeċijiet mhux koperti mill-protokolli tas-CPVO, dawk id-Direttivi għandhom l-għan li jiżguraw konformità mal-linji gwida tal-Unjoni Internazzjonali għall-Protezzjoni ta’ Varjetajiet Ġodda tal-Pjanti (“UPOV”).

(2)

Is-CPVO u l-UPOV aġġornaw il-protokolli eżistenti, b’mod partikolari fir-rigward tal-qanneb, it-tewm, il-kohlrabi, iċ-ċikwejra tal-weraq, id-dulliegħ u n-nevew. Dawk l-iżviluppi jenħtieġ li jiġu riflessi fid-dritt tal-Unjoni.

(3)

Għalhekk, jenħtieġ li d-Direttivi 2003/90/KE u 2003/91/KE jiġu emendati skont dan.

(4)

L-Istati Membri jenħtieġ li japplikaw ir-regoli l-ġodda mill-1 ta’ Jannar 2024. Madankollu, sabiex ma jitfixklux l-eżamijiet uffiċjali, jenħtieġ li japplika dan li ġej. Għall-varjetajiet li ma kinux aċċettati għall-inklużjoni fil-Katalgu Komuni tal-varjetajiet ta’ speċijiet ta’ pjanti agrikoli jew ta’ ħxejjex, l-eżamijiet uffiċjali, li bdew qabel l-1 ta’ Jannar 2024 u li għadhom ma ġewx iffinalizzati, jenħtieġ li jitkomplew f’konformità mad-Direttiva 2003/90/KE jew mad-Direttiva 2003/91/KE kif kienu qabel ma ġew emendati b’din id-Direttiva.

(5)

Il-miżuri previsti f’din id-Direttiva huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

Emendi għad-Direttiva 2003/90/KE

L-Annessi I u II tad-Direttiva 2003/90/KE huma sostitwiti bit-test stipulat fil-parti A tal-Anness ta’ din id-Direttiva.

Artikolu 2

Emendi għad-Direttiva 2003/91/KE

L-Annessi tad-Direttiva 2003/91/KE huma sostitwiti bit-test stipulat fil-parti B tal-Anness ta’ din id-Direttiva.

Artikolu 3

Traspożizzjoni

1.   L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw, sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2023, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex ikunu konformi ma’ din id-Direttiva. Huma għandhom jikkomunikaw minnufih it-test ta’ dawk id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni. Huma għandhom japplikaw dawk id-dispożizzjonijiet mill-1 ta’ Jannar 2024.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, fihom għandu jkun hemm referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati minn dik ir-referenza meta ssir il-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Huma l-Istati Membri li għandhom jiddeċiedu kif issir dik ir-referenza.

2.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.

Artikolu 4

Miżuri tranżizzjonali

Għall-eżamijiet uffiċjali tal-varjetajiet mibdija qabel l-1 ta’ Jannar 2024 iżda li għadhom mhumiex iffinalizzati, għandhom japplikaw id-Direttivi 2003/90/KE u 2003/91/KE kif kienu qabel ma ġew emendati b’din id-Direttiva.

Artikolu 5

Dħul fis-seħħ

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 6

Destinatarji

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, l-10 ta’ Lulju 2023.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)  ĠU L 193, 20.7.2002, p. 1.

(2)  ĠU L 193, 20.7.2002, p. 33.

(3)  Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2003/90/KE tas-6 ta’ Ottubru 2003 li tistabbilixxi miżuri ta’ implimentazzjoni għall-iskopijiet tal-Artikolu 7 tad-Direttiva tal-Kunsill 2002/53/KE fir-rigward tal-karatteristiċi li għandhom jiġu koperti bħala minimu mill-eżami u l-kondizzjonijiet minimi għall-eżami ta’ ċerti varjetajiet ta’ speċi ta’ pjanti agrikoli (ĠU L 254, 8.10.2003, p. 7).

(4)  Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2003/91/KE tas-6 ta’ Ottubru 2003 li twaqqaf il-miżuri ta’implimentazzjoni għall-għanijiet ta’ Artikolu 7 tad-Direttiva tal-Kunsill 2002/55/KE rigward il-karatteristiċi li għandhom jiġu inklużi bħala minimu ottenut mill-eżami u l-kondizzjonijiet minimi għall-eżami ta’ċerti varjetajiet ta’speċi ta’ ħaxix (ĠU L 254, 8.10.2003, p. 11).


ANNESS

Parti A

“ANNESS I

Lista ta’ speċijiet li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 1(2), il-punt (a), li jridu jikkonformaw mal-protokolli tekniċi tas-CPVO  (*1)

Isem xjentifiku

Isem komuni

Protokoll tas-CPVO

Dactylis glomerata L.

Deqquqa

TP 31/1 tal-25.3.2021

Festuca arundinacea Schreb.

Żwien tar-ragħa

TP 39/1 tal-1.10.2015

Festuca filiformis Pourr.

Żwien tan-nagħaġ tal-werqa fina

TP 67/1 tat-23.6.2011

Festuca ovina L.

Żwien tan-nagħaġ

TP 67/1 tat-23.6.2011

Festuca pratensis Huds.

Żwien tal-mergħat

TP 39/1 tal-1.10.2015

Festuca rubra L.

Żwien aħmar

TP 67/1 tat-23.6.2011

Festuca trachyphylla (Hack.) Hack.

Żwien iebes tal-ġeneru Festuca

TP 67/1 tat-23.6.2011

Lolium multiflorum Lam.

Sikrana Taljana

TP 4/2 tad-19.3.2019

Lolium perenne L.

Sikrana perenni

TP 4/2 tad-19.3.2019

Lolium x hybridum Hausskn.

Sikrana ibrida

TP 4/2 tad-19.3.2019

Medicago sativa L.

Xnien

TP 6/1 Corr. tat-22.12.2021

Medicago x varia T. Martyn

Xnien ir-ramel

TP 6/1 Corr. tat-22.12.2021

Phleum nodosum L.

Mustaċċ il-qattus

TP 34/1 tat-22.12.2021

Phleum pratense L.

Denb il-qattus

TP 34/1 tat-22.12.2021

Pisum sativum L. (partim)

Piżelli

TP 7/2 Rev. 3 Corr. tas-6.3.2020

Poa pratensis L.

Mellieġ taz-zokk lixx

TP 33/1 tal-15.3.2017

Trifolium pratense L.

Silla ħamra

TP 5/1 tat-22.12.2021

Vicia faba L.

Favetta

TP 8/1 tad-19.3.2019

Vicia sativa L.

Ġulbiena komuni

TP 32/1 tad-19.4.2016

Brassica napus L. var. napobrassica (L.) Rchb.

Nevew

TP 89/1 tal-11.3.2015

Raphanus sativus L. var. oleiformis Pers.

Ravanell għall-għalf

TP 178/1 tal-15.3.2017

Brassica napus L. (partim)

Kolza

TP 36/3 tal-21.4.2020

Cannabis sativa L.

Qanneb

TP 276/2 Rev. tat-30.12.2022

Glycine max (L.) Merr.

Fażola tas-sojja

TP 80/1 tal-15.3.2017

Gossypium spp.

Qoton

TP 88/2 tal-11.12.2020

Helianthus annuus L.

Ġirasol

TP 81/1 tal-31.10.2002

Linum usitatissimum L.

Kittien/Żerriegħa tal-kittien

TP 57/2 tad-19.3.2014

Sinapis alba L.

Mustarda bajda

TP 179/1 tal-15.3.2017

Avena nuda L.

Ħafur għerwien żgħir, ħafur mingħajr buq

TP 20/3 tas-6.3.2020

Avena sativa L. (tinkludi A. byzantina K. Koch)

Ħafur u Ħafur aħmar

TP 20/3 tas-6.3.2020

Hordeum vulgare L.

Xgħir

TP 19/5 tad-19.3.2019

Oryza sativa L.

Ross

TP 16/3 tal-1.10.2015

Secale cereale L.

Segala

TP 58/1 Rev. Corr. tas-27.4.2022

Sorghum bicolor (L.) Moench subsp. bicolor

Haxix tas-Sorgu

TP 122/1 tad-19.3.2019

Sorghum bicolor (L.) Moench subsp. drummondii (Steud.) de Wet ex Davidse

Ħaxix tas-Sudan

TP 122/1 tad-19.3.2019

Sorghum bicolor (L.) Moench subsp. bicolor x Sorghum bicolor (L.) Moench subsp. drummondii (Steud.) de Wet ex Davidse

Ibridi li jirriżultaw mill-inkroċjar ta’ Sorghum bicolor subsp. bicolor u Sorghum bicolor subsp. drummondii

TP 122/1 tad-19.3.2019

xTriticosecale Wittm. ex A. Camus

Ibridi li jirriżultaw mill-inkroċjar ta’ speċi tal-ġeneru Triticum u ta’ speċi tal-ġeneru Secale

TP 121/3 Corr. tas-27.4.2022

Triticum aestivum L. subsp. aestivum

Qamħ

TP 3/5 tad-19.3.2019

Triticum turgidum L. subsp. durum (Desf.) van Slageren

Qamħ durum

TP 120/3 tad-19.3.2014

Zea mays L. (partim)

Qamħirrum

TP 2/3 tal-11.3.2010

Solanum tuberosum L.

Patata

TP 23/3 tal-15.3.2017

ANNESS II

Lista ta’ speċijiet imsemmija fl-Artikolu 1(2), il-punt (b) li jridu jikkonformaw mal-linji gwida tal-ittestjar tal-UPOV  (*2)

Isem xjentifiku

Isem komuni

Linja gwida tal-UPOV

Beta vulgaris L.

Pitravi tal-għalf

TG/150/3 tal-4.11.1994

Agrostis canina L.

Agrostide kanina

TG/30/6 tat-12.10.1990

Agrostis gigantea Roth

Agrostide ġganta

TG/30/6 tat-12.10.1990

Agrostis stolonifera L.

Agrostide rampikanti

TG/30/6 tat-12.10.1990

Agrostis capillaris L.

Agrostide komuni

TG/30/6 tat-12.10.1990

Bromus catharticus Vahl

Ħurtan Perenni

TG/180/3 tal-4.4.2001

Bromus sitchensis Trin.

Bromu tal-Alaska

TG/180/3 tal-4.4.2001

xFestulolium Asch. et Graebn.

Ibridi li jirriżultaw mill-inkroċjar ta’ speċi tal-ġeneru Festuca ma’ speċi tal-ġeneru Lolium

TG/243/1 tad-9.4.2008

Lotus corniculatus L.

Għantqux

TG/193/1 tad-9.4.2008

Lupinus albus L.

Lupina bajda

TG/66/4 tal-31.3.2004

Lupinus angustifolius L.

Lupina b’weraq dojoq

TG/66/4 tal-31.3.2004

Lupinus luteus L.

Lupina safra

TG/66/4 tal-31.3.2004

Medicago doliata Carmign.

Nefel tal-fergħa dritta

TG/228/1 tal-5.4.2006

Medicago italica (Mill.) Fiori

Nefel tal-midalja

TG/228/1 tal-5.4.2006

Medicago littoralis Rohde ex Loisel.

Nefel tax-xtut

TG/228/1 tal-5.4.2006

Medicago lupulina L.

Nefel iswed

TG/228/1 tal-5.4.2006

Medicago murex Willd.

Nefel tal-globu

TG/228/1 tal-5.4.2006

Medicago polymorpha L.

Nefel komuni

TG/228/1 tal-5.4.2006

Medicago rugosa Desr.

Nefel imkemmex

TG/228/1 tal-5.4.2006

Medicago scutellata (L.) Mill.

Nefel tal-bebbux

TG/228/1 tal-5.4.2006

Medicago truncatula Gaertn.

Nefel tal-fosdqa

TG/228/1 tal-5.4.2006

Trifolium repens L.

Silla bajda

TG/38/7 tad-9.4.2003

Trifolium subterraneum L.

Silla sotterranja

TG/170/3 tal-4.4.2001

Phacelia tanacetifolia Benth.

Kampanella ta’ Kalifornja

TG/319/1 tal-5.4.2017

Arachis hypogaea L.

Karawett

TG/93/4 tad-9.4.2014

Brassica juncea (L.) Czern

Mustarda kannella

TG/335/1 tas-17.12.2020

Brassica rapa L. var. silvestris (Lam.) Briggs

Rapa tan-nevew

TG/185/3 tas-17.4.2002

Carthamus tinctorius L.

Għosfor

TG/134/3 tas-12.10.1990

Papaver somniferum L.

Peprina

TG/166/4 tad-9.4.2014

Parti B

“ANNESS I

Lista ta’ speċijiet li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 1(2), il-punt (a), li jridu jikkonformaw mal-protokolli tekniċi tas-CPVO  (*3)

Isem xjentifiku

Isem komuni

Protokoll tas-CPVO

Allium cepa L. (il-grupp tas-Cepa)

Basal u Echalion

TP 46/2 tal-1.4.2009

Allium cepa L. (il-grupp tal-Aggregatum)

Xalott

TP 46/2 tal-1.4.2009

Allium fistulosum L.

Basal tal-għenieqed (Japanese bunching onion jew Welsh onion)

TP 161/1 tal-11.3.2010

Allium porrum L.

Kurrat

TP 85/2 tal-1.4.2009

Allium sativum L.

Tewm

TP 162/2 tat-30.5.2023

Allium schoenoprasum L.

Kurrat selvaġġ

TP 198/2 tal-11.3.2015

Apium graveolens L.

Karfus

TP 82/1 tat-13.3.2008

Apium graveolens L.

Karfusa liftija

TP 74/1 tat-13.3.2008

Asparagus officinalis L.

Spraġ

TP 130/2 tas-16.2.2011

Beta vulgaris L.

Pitravi inkluż il-pitrava Cheltenham

TP 60/1 tal-1.4.2009

Beta vulgaris L.

Pitravi tal-ispinaċi jew Chard

TP 106/2 tal-14.4.2021

Brassica oleracea L.

Kaboċċa mberfla

TP 90/1 tas-16.2.2011

Brassica oleracea L.

Pastard

TP 45/2 Rev. 2 tal-21.3.2018

Brassica oleracea L.

Brokkli li qed inibbet jew Kalabriż

TP 151/2 Rev. 2 tal-21.4.2020

Brassica oleracea L.

Kaboċċi ta’ Brussell/kaboċċi taz-zokk

TP 54/2 Rev. tal-15.3.2017

Brassica oleracea L.

Ġidra

TP 65/2 tat-30.5.2023

Brassica oleracea L.

Kaboċċa mfelfla (savoy), Kaboċċa bajda u Kaboċċa ħamra

TP 48/3 Rev. 2 tal-25.3.2021

Brassica rapa L.

Kaboċċa Ċiniża

TP 105/1 tat-13.3.2008

Capsicum annuum L.

Bżar aħmar jew Bżar ieħor

TP 76/2 Rev. 2 Corr. tal-21.4.2020

Cichorium endivia L.

Indivja tal-werqa mibruma u Indivja tal-werqa sempliċi

TP 118/3 tad-19.3.2014

Cichorium intybus L.

Ċikwejra industrijali

TP 172/2 tal-1.12.2005

Cichorium intybus L.

Ċikwejra tal-weraq

TP 154/2 Rev. tal-31.3.2023

Cichorium intybus L.

Ċikwejra Witloof

TP 173/2 tal-21.3.2018

Citrullus lanatus (Thunb.) Matsum. et Nakai

Dulliegħ

TP 142/2 Rev. 2 tal-31.3.2023

Cucumis melo L.

Bettieħ

TP 104/2 Rev. 2 Corr. tal-25.3.2021

Cucumis sativus L.

Ħjar u Ħjar tal-Pikles

TP 61/2 Rev. 2 tad-19.3.2019

Cucurbita maxima Duchesne

Qara’ aħmar

TP 155/1 tal-11.3.2015

Cucurbita pepo L.

Qarabagħli jew Zukkini

TP 119/1 Rev. tad-19.3.2014

Cynara cardunculus L.

Qaqoċċ u Qaqoċċ salvaġġ/qaqoċċ tax-xewk

TP 184/2 Rev. tas-6.3.2020

Daucus carota L.

Karrotti u Karrotti għall-għalf

TP 49/3 Corr. tat-13.3.2008

Foeniculum vulgare Mill.

Bużbież

TP 183/2 tal-14.4.2021

Lactuca sativa L.

Ħass

TP 13/6 Rev. 3 tas-27.4.2022

Solanum lycopersicum L.

Tadam

TP 44/4 Rev. 5 tal-14.4.2021

Petroselinum crispum (Mill.) Nyman ex A. W. Hill

Tursin

TP 136/1 Corr. tal-21.3.2007

Phaseolus coccineus L.

Fażola ta’ Spanja

TP 9/1 tal-21.3.2007

Phaseolus vulgaris L.

Fażola żgħira ta’ Franza u Fażola tixxeblek ta’ Franza

TP 12/4 tas-27.2.2013

Pisum sativum L. (partim)

Piżelli mkemmxa, Piżelli tonda u Piżelli ħelwa (sugar pea)

TP 7/2 Rev. 3 Corr. tas-6.3.2020

Raphanus sativus L.

Ravanell, Ravanell iswed

TP 64/2 Rev. Corr. tal-11.3.2015

Rheum rhabarbarum L

Rabarbru

TP 62/1 tad-19.4.2016

Scorzonera hispanica L.

Skorzonera jew Sassefrika sewda

TP 116/1 tal-11.3.2015

Solanum melongena L.

Brunġiel

TP 117/1 tat-13.3.2008

Spinacia oleracea L.

Spinaċi

TP 55/5 Rev. 4 tas-27.4.2022

Valerianella locusta (L.) Laterr.

Insalata tal-qamħ jew Ħass tal-ħaruf

TP 75/2 tal-21.3.2007

Vicia faba L. (partim)

Ful

TP 206/1 tal-25.3.2004

Zea mays L. (partim)

Qamħirrum ħelu u Popcorn

TP 2/3 tal-11.3.2010

Solanum habrochaites S. Knapp & D.M. Spooner; Solanum lycopersicum L. x Solanum habrochaites S. Knapp & D.M. Spooner; Solanum lycopersicum L. x Solanum peruvianum (L.) Mill.; Solanum lycopersicum L. x Solanum cheesmaniae (L. Ridley) Fosberg; Solanum pimpinellifolium L. x Solanum habrochaites S. Knapp & D.M. Spooner

Salvaġġ tat-tadam

TP 294/1 Rev. 5 tal-14.4.2021

Cucurbita maxima Duchesne x Cucurbita moschata Duchesne

L-ibridi interspeċifiċi tal-Cucurbita maxima Duchesne x Cucurbita moschata Duchesne għal użu bħala salvaġġ (rootstocks)

TP 311/1 tal-15.3.2017

ANNESS II

Lista ta’ speċijiet imsemmija fl-Artikolu 1(2), il-punt (b) li jridu jikkonformaw mal-linji gwida tal-ittestjar tal-UPOV  (*4)

Isem xjentifiku

Isem komuni

Linja gwida tal-UPOV

Brassica rapa L.

Nevew

TG/37/11 tat-23.9.2022


(*1)  It-test ta’ dawn il-protokolli jinsab fuq is-sit web tas-CPVO (www.cpvo.europa.eu).

(*2)  It-test ta’ dawn il-linji gwida jinsab fuq is-sit web tal-UPOV (www.upov.int)

(*3)  It-test ta’ dawn il-protokolli jinsab fuq is-sit web tas-CPVO (www.cpvo.europa.eu).

(*4)  It-test ta’ dawn il-linji gwida jinsab fuq is-sit web tal-UPOV (www.upov.int).


DEĊIŻJONIJIET

11.7.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 176/26


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2023/1439

tal-10 ta’ Lulju 2023

li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2015/1333 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,

Billi:

(1)

Fil-31 ta' Lulju 2015, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2015/1333 (1) dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja.

(2)

Il-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti (‘KSNU’), fir-Riżoluzzjoni 2292(2016) tiegħu, awtorizza lill-Istati li jaġixxu fuq livell nazzjonali jew permezz ta' organizzazzjonijiet reġjonali biex jispezzjonaw fl-ibħra miftuħa 'l barra mill-kosta tal-Libja bastimenti li huma jkollhom raġunijiet raġonevoli biex jemmnu li qed iġorru armi jew materjal relatat lejn jew mil-Libja, direttament jew indirettament, bi ksur tal-embargo fuq l-armi tan-Nazzjonijiet Uniti fuq il-Libja u ddeċieda li l-Istati, malli jiskopru, matul tali spezzjonijiet, oġġetti pprojbiti mill-embargo fuq l-armi fuq il-Libja, għandhom jissekwestraw u jiddisponu minn tali oġġetti.

(3)

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2020/472 (2) tipprevedi li l-kompitu ewlieni tal-operazzjoni navali tal-Unjoni EUNAVFOR MED IRINI huwa li tikkontribwixxi għall-implimentazzjoni tal-embargo fuq l-armi tan-Nazzjonijiet Uniti fuq il-Libja.

(4)

Għal dak l-għan, l-Artikolu 2(3) tad-Deċiżjoni (PESK) 2020/472 jipprevedi li, f'konformità mar-Riżoluzzjonijiet rilevanti tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti (‘UNSCRs’), b'mod partikolari l-UNSCR 2292(2016), u skont il-ħtieġa, l-EUNAVFOR MED IRINI għandha twettaq, fiż-Żona ta' Operazzjonijiet maqbula fl-ibħra miftuħa 'l barra mill-kosta tal-Libja, spezzjonijiet ta' bastimenti destinati lejn il-Libja jew ġejjin minnha fejn ikun hemm raġunijiet raġonevoli biex jitwemmen li tali bastimenti jkunu qed iġorru armi jew materjal relatat lejn jew mil-Libja, direttament jew indirettament, bi ksur tal-embargo fuq l-armi fuq il-Libja, u li l-EUNAVFOR MED IRINI għandha tieħu azzjoni rilevanti biex tissekwestra u tiddisponi minn tali oġġetti.

(5)

Barra minn hekk, l-Artikolu 2(5) tad-Deċiżjoni (PESK) 2020/472 jipprevedi li, fid-dawl tar-rekwiżiti operazzjonali eċċezzjonali, u fuq stedina minn Stat Membru, l-EUNAVFOR MED IRINI tista' tiddevja bastimenti lejn portijiet ta' dak l-Istat Membru u tiddisponi minn armi u materjal relatat li tkun issekwestrat, inkluż permezz ta' ħżin, qerda jew trasferiment lil Stat Membru jew lil parti terza. Jipprevedi wkoll li d-disponiment minn armi sekwestrati u materjal relatat jista' jitwettaq bl-assistenza ta' Stat Membru, li għandu jimpenja ruħu li jlesti malajr kemm jista' jkun il-proċeduri meħtieġa biex ikun possibbli d-disponiment mill-oġġetti sekwestrati, fil-qafas tal-liġi u l-proċeduri applikabbli.

(6)

Għalhekk jenħtieġ li jiġu introdotti dispożizzjonijiet rilevanti sabiex jipprevedu li tali Stat Membru jkun meħtieġ jieħu l-miżuri neċessarji biex jiffaċilita d-disponiment, f'isem l-EUNAVFOR MED IRINI, minn armi u materjal relatat issekwestrati mill-EUNAVFOR MED IRINI fl-ibħra miftuħa f'konformità mal-mandat tagħha.

(7)

Għalhekk, jenħtieġ li d-Deċiżjoni (PESK) 2015/1333 tiġi emendata skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-artikolu li ġej jiddaħħal fid-Deċiżjoni (PESK) 2015/1333:

“Artikolu 5a

1.   F’konformità mar-Riżoluzzjonijiet rilevanti tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti li jikkonċernaw il-Libja, b’mod partikolari UNSCR 1970(2011) u UNSCR 2292(2016), għandu jkun ipprojbit li bastimenti li jtajjru l-bandiera ta’ pajjiż terz, destinati lejn il-Libja jew ġejjin minnha, iġorru armi u materjal relatat, inkluż oġġetti u teknoloġija li huma koperti mil-Lista Militari Komuni tal-Unjoni, lejn jew mil-Libja, direttament jew indirettament, fl-ibħra miftuħa 'l barra mill-kosta tal-Libja, bi ksur tal-embargo fuq l-armi stabbilit minn ENSCR 1970 (2011).

2.   Stat Membru li jassisti lill-EUNAVFOR MED IRINI f'konformità mal-Artikolu 2(5) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2020/472 (*1) għandu jieħu l-miżuri neċessarji biex f'isem l-EUNAVFOR MED IRINI jiddisponi minn armi jew materjal relatat, inkluż oġġetti u teknoloġija koperti mil-Lista Militari Komuni tal-Unjoni, issekwestrati mill-EUNAVFOR MED IRINI fl-ibħra miftuħa skont l-Artikolu 2(3) ta' dik id-Deċiżjoni.

3.   Id-disponiment imsemmi fil-paragrafu 2 jista' jsir, b'mod partikolari, permezz tal-qerda ta' dawk l-oġġetti, billi jsiru inoperabbli jew billi jkun permess l-użu tagħhom, inkluż minn parti terza, filwaqt li jiġi evitat it-trasferiment sussegwenti tagħhom lejn il-Libja jew lejn kwalunkwe pajjiż terz ieħor li lejh huwa pprojbit it-trasferiment ta' armi jew materjal relatat.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, l-10 ta’ Lulju 2023.

Għall-Kunsill

Il-President

P. NAVARRO RÍOS


(1)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/1333 tal-31 ta' Lulju 2015 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja, u li tħassar id-Deċiżjoni 2011/137/PESK (ĠU L 206, 1.8.2015, p. 34).

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2020/472 tal-31 ta’ Marzu 2020 dwar operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea fil-Mediterran (EUNAVFOR MED IRINI) (ĠU L 101, 1.4.2020, p. 4).


11.7.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 176/28


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2023/1440

tal-10 ta’ Lulju 2023

dwar miżura ta' assistenza taħt il-Faċilità Ewropea għall-Paċi biex tappoġġa l-Forzi Armati tal-Ghana

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 28(1) u l-Artikolu 41(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2021/509 (1) tistabbilixxi l-Faċilità Ewropea għall-Paċi (EPF) għall-finanzjament mill-Istati Membri tal-azzjonijiet tal-Unjoni fil-qafas tal-politika estera u ta' sigurtà komuni (PESK) biex tinżamm il-paċi, jiġu pprevenuti l-konflitti u tissaħħaħ is-sigurtà internazzjonali skont l-Artikolu 21(2), il-punt (c), tat-Trattat. B'mod partikolari, skont l-Artikolu 1(2) tad-Deċiżjoni (PESK) 2021/509, l-EPF trid tintuża biex tiffinanzja miżuri ta' assistenza bħal azzjonijiet biex jissaħħu l-kapaċitajiet ta' Stati terzi u organizzazzjonijiet reġjonali u internazzjonali b’rabta ma’ kwistjonijiet militari u ta’ difiża.

(2)

Ir-reġjuni tat-tramuntana tal-pajjiżi kostali tal-Golf tal-Guinea, jiġifieri l-Ghana, il-Kosta tal-Avorju, il-Benin u t-Togo, qed jesperjenzaw kundizzjonijiet ta' sigurtà li qed jiddeterjoraw b'rabta mal-kriżi li qed taffettwa s-Saħel ċentrali.

(3)

Fid-dawl tal-ambjent tas-sigurtà li qed jiddeterjora, huwa importanti li jissaħħu l-forzi tad-difiża u tas-sigurtà li jippermetti u jappoġġa l-isforzi għall-istabbilizzazzjoni fil-Ghana. F'dan il-kuntest, u b'għarfien sħiħ tal-fatt li s-sitwazzjoni teħtieġ rispons integrat, hija prijorità ewlenija għall-Unjoni li tiżgura paċi u sigurtà fit-tul fil-Ghana.

(4)

Fil-5 ta' Mejju 2023, ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà irċieva talba mill-Ghana biex l-Unjoni tassisti lill-Forzi Armati tal-Ghana fl-akkwist ta' tagħmir ewlieni biex jissaħħu l-kapaċitajiet operazzjonali tal-unitajiet militari skjerati fil-parti tat-tramuntana tal-pajjiż biex jiġġieldu l-gruppi armati u jikkontrobattu u jnaqqsu l-opportunitajiet tagħhom biex dawk il-gruppi jwettqu attakki terroristiċi.

(5)

Miżuri ta' assistenza jridu jiġu implimentati b'kont meħud tal-prinċipji u r-rekwiżiti stipulati fid-Deċiżjoni (PESK) 2021/509, b'mod partikolari f'konformità mal-Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill 2008/944/PESK (2), u f'konformità mar-regoli għall-implimentazzjoni tad-dħul u n-nefqa ffinanzjati taħt l-EPF.

(6)

Il-Kunsill jafferma mill-ġdid id-determinazzjoni tiegħu li jipproteġi, jippromwovi u jissodisfa d-drittijiet tal-bniedem, il-libertajiet fundamentali u l-prinċipji demokratiċi u li jsaħħaħ l-istat tad-dritt u l-governanza tajba, f'konformità mal-Karta tan-Nazzjonijiet Uniti, id-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem u d-dritt internazzjonali, b'mod partikolari d-dritt internazzjonali dwar id-drittijiet tal-bniedem u d-dritt umanitarju internazzjonali,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Stabbiliment, objettivi, kamp ta' applikazzjoni u durata

1.   Hija b’dan stabbilita miżura ta' assistenza li tibbenifika minnha l-Ghana (il-"benefiċjarju"), li għandha tiġi ffinanzjata mill-Faċilità Ewropea għall-Paċi (EPF).

2.   L-objettiv tal-miżura ta' assistenza huwa li jissaħħu l-kapaċitajiet tal-Forzi Armati tal-Ghana biex jipproteġu l-integrità territorjali u s-sovranità tal-Ghana u l-popolazzjoni ċivili tagħha kontra l-aggressjoni interna u esterna u li tikkontribwixxi għall-paċi u l-istabbiltà fir-reġjun.

3.   Biex jintlaħaq l-objettiv stipulat fil-paragrafu 2, il-miżura ta' assistenza għandha tiffinanzja t-tipi ta' tagħmir li ġejjin mhux imfassla għall-forza letali:

(a)

tagħmir ta' intelligence u sorveljanza;

(b)

sistemi elettroniċi tal-gwerra;

(c)

tagħmir ta' inġinerija militari;

(d)

tagħmir tax-xmajjar;

(e)

tagħmir għan-newtralizzazzjoni ta' ordinanza splussiva.

4.   Il-miżura ta' assistenza għandha tiffinanzja t-trasferiment lejn il-Ghana ta' 105 vetturi militarizzati ssekwestrati mill-Operazzjoni EUNAVFOR MED IRINI abbord il-bastiment merkantili MV Victory RoRo fit-18 ta' Lulju 2022 minħabba l-ksur minn dak il-bastiment tal-embargo fuq l-armi tan-Nazzjonijiet Uniti fuq il-Libja.

5.   Id-durata tal-miżura ta' assistenza għandha tkun ta’ 30 xahar mid-data tal-adozzjoni ta' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Arranġamenti finanzjarji

1.   L-ammont ta' referenza finanzjarja maħsub biex ikopri n-nefqa relatata mal-miżura ta' assistenza għandu jkun ta' EUR 8 250 000.

2.   In-nefqa kollha għandha tiġi ġestita f'konformità mad-Deċiżjoni (PESK) 2021/509 u r-regoli għall-implimentazzjoni tad-dħul u n-nefqa ffinanzjata taħt l-EPF.

3.   In-nefqa relatata mal-implimentazzjoni tal-miżura ta' assistenza għandha tkun eliġibbli mid-data tal-adozzjoni ta' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 3

Arranġamenti mal-benefiċjarju

1.   Ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà (ir-"Rappreżentant Għoli") għandu jagħmel l-arranġamenti neċessarji mal-benefiċjarju biex jiżgura l-konformità tiegħu mar-rekwiżiti u l-kondizzjonijiet stabbiliti b'din id-Deċiżjoni bħala kondizzjoni għall-għoti ta' appoġġ taħt il-miżura ta' assistenza.

2.   L-arranġamenti msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jinkludu dispożizzjonijiet li jobbligaw lill-benefiċjarju jiżgura:

(a)

il-konformità tal-Forzi Armati tal-Ghana mad-dritt internazzjonali rilevanti, b'mod partikolari d-dritt internazzjonali dwar id-drittijiet tal-bniedem u d-dritt umanitarju internazzjonali;

(b)

l-użu xieraq u effiċjenti tal-assi kollha pprovduti taħt il-miżura ta' assistenza għall-finijiet li għalihom ikunu ġew ipprovduti;

(c)

il-manutenzjoni suffiċjenti tal-assi kollha pprovduti taħt il-miżura ta' assistenza biex tiġi żgurata l-użabilità tagħhom u d-disponibbiltà operazzjonali tagħhom tul iċ-ċiklu tal-ħajja tagħhom;

(d)

li l-assi kollha pprovduti taħt il-miżura ta' assistenza mhux ser jintilfu, jew jiġu ttrasferiti mingħajr il-kunsens tal-Kumitat tal-Faċilità stabbilit skont id-Deċiżjoni (PESK) 2021/509 lil persuni jew entitajiet oħra għajr dawk identifikati f'dawk l-arranġamenti, fi tmiem iċ-ċiklu tal-ħajja tagħhom.

3.   L-arranġamenti msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jinkludu dispożizzjonijiet dwar is-sospensjoni u t-terminazzjoni tal-appoġġ taħt il-miżura ta' assistenza f'każ li l-benefiċjarju jinstab li jkun kiser l-obbligi stipulati fil-paragrafu 2.

Artikolu 4

Implimentazzjoni

1.   Ir-Rappreżentant Għoli għandu jkun responsabbli li jiżgura l-implimentazzjoni ta' din id-Deċiżjoni f'konformità mad-Deċiżjoni (PESK) 2021/509, u r-regoli għall-implimentazzjoni tad-dħul u n-nefqa ffinanzjata taħt l-EPF, f'konformità mal-Qafas Metodoloġiku Integrat għall-valutazzjoni u l-identifikazzjoni tal-miżuri u l-kontrolli meħtieġa għall-miżuri ta' assistenza taħt l-EPF.

2.   L-implimentazzjoni tal-attivitajiet imsemmija fl-Artikolu 1(3) għandha titwettaq mill-amministratur għall-miżuri ta' assistenza, permezz ta' arranġament amministrattiv mal-Economat des Armées f'konformità mal-Artikolu 37 tad-Deċiżjoni (PESK) 2021/509.

Artikolu 5

Monitoraġġ, kontroll u evalwazzjoni

1.   Ir-Rappreżentant Għoli għandu jimmonitorja l-konformità mill-benefiċjarju mal-obbligi stipulati fl-Artikolu 3. Dan il-monitoraġġ għandu jintuża biex jipprovdi għarfien tal-kuntest u r-riskji ta' ksur tal-obbligi stabbiliti f'konformità mal-Artikolu 3, u biex jikkontribwixxi għall-prevenzjoni ta' tali ksur, inkluż ksur tad-dritt internazzjonali dwar id-drittijiet tal-bniedem u tad-dritt umanitarju internazzjonali mill-Forza Armati tal-Ghana.

2.   Il-kontroll tat-tagħmir u l-provvisti ta' wara t-trasportazzjoni għandu jiġi organizzat kif ġej:

(a)

verifika tal-kunsinna, li permezz tagħha ċ-ċertifikati tal-kunsinna tal-EPF jiġu ffirmati mill-forzi tal-utent aħħari mat-trasferiment tas-sjieda;

(b)

rappurtar, li permezz tiegħu l-benefiċjarju jirrapporta b'mod annwali dwar l-attivitajiet imwettqa bit-tagħmir ipprovdut taħt il-miżura ta' assistenza u dwar l-inventarju ta' oġġetti deżinjati, kif rilevanti, sakemm tali rappurtar ma jibqax jitqies meħtieġ mill-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà (KPS);

(c)

spezzjonijiet fuq il-post, li permezz tagħhom il-benefiċjarju jagħti lir-Rappreżentant Għoli aċċess biex iwettaq kontrolli fuq il-post meta mitlub.

3.   Ir-Rappreżentant Għoli għandu jwettaq evalwazzjoni finali mat-tlestija tal-assistenza biex jivvaluta jekk il-miżura ta' assistenza kkontribwietx biex jintlaħqu l-objettivi ddikjarati fl-Artikolu 1(2).

Artikolu 6

Rappurtar

Matul il-perjodu ta' implimentazzjoni, ir-Rappreżentant Għoli għandu jipprovdi lill-KPS b'rapporti ta' kull sitt xhur dwar l-implimentazzjoni tal-miżura ta' assistenza, f'konformità mal-Artikolu 63 tad-Deċiżjoni (PESK) 2021/509. L-amministratur għall-miżuri ta' assistenza għandu jinforma regolarment lill-Kumitat tal-Faċilità stabbilit bid-Deċiżjoni (PESK) 2021/509 dwar l-implimentazzjoni tad-dħul u n-nefqa f'konformità mal-Artikolu 38 ta' dik id-Deċiżjoni, inkluż billi jipprovdi informazzjoni dwar il-fornituri u s-sottokuntratturi involuti.

Artikolu 7

Sospensjoni u terminazzjoni

1.   Il-KPS jista' jiddeċiedi li jissospendi kompletament jew parzjalment l-implimentazzjoni tal-miżura ta' assistenza f'konformità mal-Artikolu 64 tad-Deċiżjoni (PESK) 2021/509.

2.   Il-KPS jista' jirrakkomanda wkoll li l-Kunsill itemm il-miżura ta' assistenza.

Artikolu 8

Dħul fis-seħħ

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, l-10 ta’ Lulju 2023.

Għall-Kunsill

Il-President

P. NAVARRO RÍOS


(1)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2021/509 tat-22 ta' Marzu 2021 li tistabbilixxi Faċilità Ewropea għall-Paċi, u li tħassar id-Deċiżjoni (PESK) 2015/528 (ĠU L 102, 24.3.2021, p. 14).

(2)  Il-Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill 2008/944/PESK tat-8 ta' Diċembru 2008 li tiddefinixxi regoli komuni li jirregolaw il-kontroll ta' esportazzjonijiet ta' teknoloġija u tagħmir militari (ĠU L 335, 13.12.2008, p. 99).


Top