Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62015TA0095

    Kawża T-95/15: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Diċembru 2016 – Printeos et vs Il-Kummissjoni (“Kompetizzjoni — Akkordji — Suq Ewropew tal-envelops standard fuq katalogu u envelops speċjali stampati — Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 101 TFUE — Koordinazzjoni tal-prezzijiet ta’ bejgħ u tqassim tal-klijentela — Proċedura għar-riżolviment — Multi — Ammont bażiku — Aġġustament eċċezzjonali — Limitu massimu ta’ 10 % tad-dħul mill-bejgħ totali — Artikolu 23(2) tar-Regolament (KE) Nru 1/2003 — Obbligu ta’ motivazzjoni — Ugwaljanza fit-trattament”)

    ĠU C 30, 30.1.2017, p. 43–44 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    30.1.2017   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 30/43


    Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Diċembru 2016 – Printeos et vs Il-Kummissjoni

    (Kawża T-95/15) (1)

    ((“Kompetizzjoni - Akkordji - Suq Ewropew tal-envelops standard fuq katalogu u envelops speċjali stampati - Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 101 TFUE - Koordinazzjoni tal-prezzijiet ta’ bejgħ u tqassim tal-klijentela - Proċedura għar-riżolviment - Multi - Ammont bażiku - Aġġustament eċċezzjonali - Limitu massimu ta’ 10 % tad-dħul mill-bejgħ totali - Artikolu 23(2) tar-Regolament (KE) Nru 1/2003 - Obbligu ta’ motivazzjoni - Ugwaljanza fit-trattament”))

    (2017/C 030/47)

    Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

    Partijiet

    Rikorrenti: Printeos, SA (Alcalá de Henares, Spanja), Tompla Sobre Exprés, SL (Alcalá de Henares), Tompla Scandinavia AB (Stokkolma, l-Isvezja), Tompla France SARL (Fleury Mérogis, Franza), Tompla Druckerzeugnisse Vertriebs GmbH (Leonberg, il-Ġermanja) (rappreżentanti: H. Brokelmann u P. Martínez-Lage Sobredo, avukati)

    Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: F. Castilla Contreras, F. Jimeno Fernández u C. Urraca Caviedes, aġenti)

    Suġġett

    Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża, prinċipalment, għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2014) 9295 finali, tal-10 ta’ Diċembru 2014, dwar proċedura għall-applikazzjoni tal-Artikolu [101 TFUE] u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (AT.39780 – Envelops), u, sussidjarjament, għat-tnaqqis tal-ammont tal-multa imposta fuq ir-rikorrenti

    Dispożittiv

    1)

    L-Artikolu 2(1)(e) tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2014) 9295 finali, tal-10 ta’ Diċembru 2014, dwar proċedura għall-applikazzjoni tal-Artikolu [101 TFUE] u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (AT.39780 – Envelops) huwa annullat.

    2)

    Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata għall-ispejjeż.


    (1)  ĠU C 127, 20.4.2015.


    Top