This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62021TN0366
Case T-366/21: Action brought on 29 June 2021 — Coinbase v EUIPO — bitFlyer (coinbase)
Kawża T-366/21: Rikors ippreżentat fid-29 ta’ Ġunju 2021 – Coinbase vs EUIPO – bitFlyer (coinbase)
Kawża T-366/21: Rikors ippreżentat fid-29 ta’ Ġunju 2021 – Coinbase vs EUIPO – bitFlyer (coinbase)
ĠU C 338, 23.8.2021, pp. 26–27
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
|
23.8.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 338/26 |
Rikors ippreżentat fid-29 ta’ Ġunju 2021 – Coinbase vs EUIPO – bitFlyer (coinbase)
(Kawża T-366/21)
(2021/C 338/34)
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: Coinbase, Inc. (San Francisco, California, l-Istati Uniti) (rappreżentant: A. Nordemann, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: bitFlyer Inc. (Tokjo, il-Ġappun)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: ir-reġistrazzjoni internazzjonali tat-trade mark li tindika l-Unjoni Ewropea fir-rigward tat-trade mark coinbase – Reġistrazzjoni internazzjonali Nru 1 308 248 li tindika l-Unjoni.
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tad-29 ta’ April 2021 fil-Każ R 1751/2020-4
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
|
— |
tannulla d-deċiżjoni kkontestata; |
|
— |
tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż. |
Motiv invokat
|
— |
Ksur tal-Artikolu 59(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill |