This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62021CN0358
Case C-358/21: Request for a preliminary ruling from the Cour de cassation (Belgium) lodged on 9 June 2021 — Tilman SA v Unilever Supply Chain Company AG
Kawża C-358/21: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Cour de cassation (il-Belġju) fid-9 ta’ Ġunju 2021 – Tilman SA vs Unilever Supply Chain Company AG
Kawża C-358/21: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Cour de cassation (il-Belġju) fid-9 ta’ Ġunju 2021 – Tilman SA vs Unilever Supply Chain Company AG
ĠU C 338, 23.8.2021, pp. 14–15
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
|
23.8.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 338/14 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Cour de cassation (il-Belġju) fid-9 ta’ Ġunju 2021 – Tilman SA vs Unilever Supply Chain Company AG
(Kawża C-358/21)
(2021/C 338/18)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Qorti tar-rinviju
Cour de cassation
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Tilman SA
Konvenut: Unilever Supply Chain Company AG
Domanda preliminari
Ikun issodisfatt l-Artikolu 23(1)(a) u (2) tal-Konvenzjoni dwar il-ġuriżdizzjoni u r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali, iffirmata f’Lugano fit-30 ta’ Ottubru 2007, meta klawżola li tattribwixxi ġurisdizzjoni tkun inkluża f’kundizzjonijiet ġenerali li jagħmel riferiment għalihom kuntratt konkluż bil-miktub permezz ta’ hypertext link lejn sit internet li l-aċċess għalih jippermetti l-qari tal-imsemmija kundizzjonijiet ġenerali, it-tniżżil u l-istampar tagħhom, fejn il-parti li fil-konfront tagħha tkun diretta din il-klawżola ma tkunx intalbet taċċetta dawn il-kundizzjonijiet ġenerali bl-immarkar ta’ kaxxa fuq l-imsemmi sit internet?