Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62021CN0350

    Kawża C-350/21: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-iSpetsializiran nakazatelen sad (il-Bulgarija) fl-4 ta’ Ġunju 2021 – Proċeduri kriminali

    ĠU C 338, 23.8.2021, p. 13–14 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    23.8.2021   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 338/13


    Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-iSpetsializiran nakazatelen sad (il-Bulgarija) fl-4 ta’ Ġunju 2021 – Proċeduri kriminali

    (Kawża C-350/21)

    (2021/C 338/16)

    Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru

    Qorti tar-rinviju

    Spetsializiran nakazatelen sad

    Parti fil-proċeduri kriminali nazzjonali

    Spetsializirana prokuratura

    Domandi preliminari

    1)

    Leġiżlazzjoni nazzjonali (l-Artikolu 251b(1) taż-Zakon za elektronnite saobshtenia (il-Liġi dwar il-Komunikazzjoni Elettronika)) li tipprevedi l-konservazzjoni ġeneralizzata u indifferenzjata tad-data kollha dwar it-traffiku (data relatata mat-traffiku u mal-lokalizzazzjoni tal-utenti ta’ mezzi ta’ komunikazzjoni elettronika) matul perijodu ta’ sitt xhur għall-finijiet tal-ġlieda kontra l-kriminalità serja, hija kompatibbli mal-Artikolu 15(1) moqri flimkien mal-Artikolu 5(1) u mal-premessa 11 tad-Direttiva 2002/58/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Lulju 2002 dwar l-ipproċessar tad-data personali u l-protezzjoni tal-privatezza fis-settur tal-komunikazzjoni elettronika (1), sa fejn il-leġiżlazzjoni nazzjonali tipprevedi ċerti garanziji?

    2)

    Leġiżlazzjoni nazzjonali (l-Artikolu 159a tan-Nakazatelno-protsesualen kodeks (il-Kodiċi ta’ Proċeduri Kriminali)) li ma tillimitax l-aċċess għad-data dwar it-traffiku biss għal dak li huwa strettament neċessarju u li, fir-rigward ta’ persuni li d-data dwar it-traffiku tagħhom ġiet ikkonsultata mill-awtoritajiet inkarigati mill-proċeduri kriminali, ma tipprevedix id-dritt li jkunu informati b’dan, sa fejn dan ma jostakolax il-proċeduri kriminali, u ma tipprevedix rimedju ġudizzjarju kontra aċċess illegali, hija kompatibbli mal-Artikolu 15(1) moqri flimkien mal-Artikolu 5(1) u mal-premessa 11 tad-Direttiva 2002/58?


    (1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 29, p. 514


    Top